|
+Artikolu 12 1. |
Artikolu 12 1.Kull Stat Membru għandu jaħtar waħda mis-CSIRTs tiegħu bħala koordinatur għall-finijiet ta' divulgazzjoni kkoordinata tal-vulnerabbiltajiet. Is-CSIRT maħtura bħala koordinatur għandha taġixxi bħala intermedjarju fdat u tiffaċilita, meta meħtieġ, l-interazzjoni bejn il-persuna fiżika jew ġuridika li tirrapporta vulnerabbiltà u l-manifattur jew il-fornitur tal-prodotti tal-ICT jew tas-servizzi tal-ICT li jkunu potenzjalment vulnerabbli, fuq talba ta' waħda mill-partijiet. Il-kompiti tas-CSIRT maħtura bħala koordinatur għandhom jinkludu:
(a)
l-identifikazzjoni tal-entitajiet ikkonċernati u l-kuntatt magħhom;
(b)
l-għoti ta' assistenza lill-persuni fiżiċi jew ġurdiċi li jirrapportaw vulnerabbiltà; u
(c)
in-negozjar tal-iskedi ta' żmien tad-divulgazzjoni, u l-ġestjoni tal-vulnerabbiltajiet li jaffettwaw entitajiet multipli. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi jkunu jistgħu jirrapportaw vulnerabbiltà b'mod anonimu, meta jitolbu dan, lis-CSIRT maħtura bħala koordinatur. Is-CSIRT maħtura bħala koordinatur għandha tiżgura li titwettaq azzjoni ta' segwitu diliġenti fir-rigward tal-vulnerabbiltà rrappurtata u għandha tiżgura l-anonimità tal-persuna fiżika jew ġuridika li tirrapporta l-vulnerabbiltà. Meta l-vulnerabbiltà rapportata jista' jkollha impatt sinifikanti fuq entitajiet f'aktar minn Stat Membru wieħed, is-CSIRT maħtura ta' kull Stat Membru kkonċernat għandha, meta jkun xieraq, tikkoopera ma' CSIRTs maħturin oħra fin-network tas-CSIRTs. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|