+Artikolu 53 Rieżami
---+Artikolu 53 1.
---+Artikolu 53 2.
---+Artikolu 53 3.
---+Artikolu 53 4.
|
Artikolu 53 Rieżami
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 53 1.
|
Sat-3 ta' Mejju 2026, u sussegwentement kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha tevalwa dan ir-Regolament u tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.
|
|
Artikolu 53 2.
|
L-evalwazzjonijiet għandhom jivvalutaw jekk intlaħqux l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament li jiżgura swieq kontestabbli u ġusti u jivvalutaw l-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq l-utenti kummerċjali, speċjalment l-SMEs, u l-utenti finali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 7 jistax jiġi estiż għas-servizzi ta’ networking soċjali online.
|
|
Artikolu 53 3.
|
L-evalwazzjonijiet għandhom jistabbilixxu jekk jeħtieġx jiġu modifikati r-regoli, inkluż rigward il-lista tas-servizzi ewlenin ta’ pjattaforma stipulata fl-Artikolu 2, punt (2), l-obbligi stipulati fl-Artikoli 5, 6 u 7 u l-infurzar tagħhom, biex jiġi żgurat li s-swieq diġitali madwar l-Unjoni jkunu kontestabbli u ġusti. Wara l-evalwazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa li jistgħu jinkludu proposti leġiżlattivi.
|
|
Artikolu 53 4.
|
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti li jkollhom li tintalab mill-Kummissjoni bl-iskop li jitħejja r-rapport imsemmi fil-paragrafu 1.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|