+Artikolu 4 Trasparenza ta’ impatti avversi għas-sostenibbiltà fil-livell ta’ entità
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 4 6.
---+Artikolu 4 7.
|
Artikolu 4 Trasparenza ta’ impatti avversi għas-sostenibbiltà fil-livell ta’ entità
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jippubblikaw u jżommu fis-siti web tagħhom:
(a)
fejn iqisu l-impatti avversi prinċipali ta' deċiżjonijiet ta’ investiment fuq fatturi ta’ sostenibbiltà, dikjarazzjoni dwar il-politiki tad-diliġenza dovuta fir-rigward ta’ dawk l-impatti, b'kont meħud kif dovut tad-daqs, in-natura u l-iskala tal-attivitajiet tagħhom u t-tipi ta’ prodotti finanzjarji li huma jagħmlu disponibbli; jew
(b)
fejn ma jqisux impatti avversi ta' deċiżjonijiet ta’ investiment fuq fatturi ta’ sostenibbiltà, raġunijiet ċari għaliex ma jagħmlux dan, inkluża, fejn rilevanti, informazzjoni dwar jekk u meta huma għandhom l-intenzjoni li jikkunsidraw tali impatti avversi.
|
|
Artikolu 4 2.
|
Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jinkludu fl-informazzjoni pprovduta skont il-punt (a) tal-paragrafu 1 mill-inqas dan li ġej:
(a)
informazzjoni dwar il-politiki tagħhom dwar l-identifikazzjoni u l-prijoritizzazzjoni tal-impatti u l-indikaturi avversi prinċipali għas-sostenibbiltà;
(b)
deskrizzjoni tal-impatti avversi prinċipali għas-sostenibbiltà u ta' kwalunkwe azzjoni relatata magħhom, meħuda jew, fejn rilevanti, ippjanata;
(c)
sommarji qosra tal-politiki ta’ involviment skont l-Artikolu 3g tad-Direttiva 2007/36/KE, fejn applikabbli;
(d)
referenza għall-konformità tagħhom ma’ kodiċijiet responsabbli ta’ kondotta kummerċjali u standards rikonoxxuti internazzjonalment għad-diliġenza dovuta u r-rappurtar u, fejn rilevanti, il-grad ta’ allinjament tagħhom mal-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi.
|
|
Artikolu 4 3.
|
B’deroga mill-paragrafu 1, mit-30 ta’ Ġunju 2021, il-parteċipanti fis-suq finanzjarju li fid-dati tal-karta tal-bilanċ tagħhom jaqbżu l-kriterju tan-numru medju ta' 500 impjegat matul is-sena finanzjarja għandhom jippubblikaw u jżommu fis-siti web tagħhom dikjarazzjoni dwar politiki tagħhom ta’ diliġenza dovuta fir-rigward ta' l-impatti avversi prinċipali ta’ deċiżjonijiet ta' investiment fuq fatturi ta’ sostenibbiltà. Dik id-dikjarazzjoni għandha tal-inqas tinkludi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 4 4.
|
B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, mit-30 ta’ Ġunju 2021, il-parteċipanti fis-suq finanzjarju li huma impriżi omm ta’ grupp kbir kif imsemmi fl-Artikolu 3(7) tad-Direttiva 2013/34/UE li fid-dati tal-karta tal-bilanċ tal-grupp jaqbżu, fuq bażi konsolidata, il-kriterju tan-numru medju ta' 500 impjegat matul is-sena finanzjarja għandhom jippubblikaw u jżommu fis-siti web tagħhom dikjarazzjoni dwar il-politiki tagħhom ta’ diliġenza dovuta fir-rigward ta' impatti avversi prinċipali ta’ deċiżjonijiet ta' investiment fuq fatturi ta’ sostenibbiltà. Dik id-dikjarazzjoni għandha tal-inqas tinkludi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 4 5.
|
Il-konsulenti finanzjarji għandhom jippubblikaw u jżommu fis-siti web tagħhom:
(a)
informazzjoni dwar jekk, b'kont meħud kif dovut tad-daqs, in-natura u l-iskala tal-attivitajiet tagħhom u t-tipi ta' prodotti finanzjarji li dwarhom jagħtu pariri, jikkunsidrawx fil-pariri tagħhom dwar l-investiment jew dwar l-assigurazzjoni l-impatti avversi prinċipali fuq il-fatturi ta’ sostenibbiltà; jew
(b)
informazzjoni għalfejn ma jqisux impatti avversi tad-deċiżjonijiet ta’ investiment fuq fatturi ta’ sostenibbiltà fil-pariri tagħhom dwar l-investiment jew dwar l-assigurazzjoni, u, fejn rilevanti, inkluża informazzjoni dwar jekk u meta huma għandhom l-intenzjoni li jikkunsidraw tali impatti avversi.
|
|
Artikolu 4 6.
|
Sat-30 ta’ Diċembru 2020, l-ESAs għandhom jiżviluppaw, permezz tal-Kumitat Konġunt, abbozz ta' standards tekniċi regolatorji f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010 dwar il-kontenut, il-metodoloġiji u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tal-indikaturi tas-sostenibbiltà b'rabta mal-impatti avversi fuq il-klima u impatti avversi oħra relatati mal-ambjent. L-ESAs għandhom, fejn rilevanti, ifittxu l-kontribut tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u ċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 4 7.
|
Sat-30 ta’ Diċembru 2021, l-ESAs għandhom jiżviluppaw, permezz tal-Kumitat Konġunt, abbozz ta' standards tekniċi regolatorji f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010, dwar il-kontenut, il-metodoloġiji u l-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 sa 5 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tal-indikaturi tas-sostenibbiltà fir-rigward ta' impatti avversi fil-qasam ta' materji soċjali u ta' impjegati, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, u materji fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u kontra t-tixħim. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|