|
+ANNESS I |
ANNESS I
ANNESS I SERVIZZI TA’ PAGAMENT (kif imsemmi fil-punt (3) tal-Artikolu 4) 1. Servizzi li jippermettu li flus kontanti jitqiegħdu f’kont ta’ pagament kif ukoll l-operazzjonijiet kollha meħtieġa għat-tħaddim ta’ kont ta’ pagament. 2. Servizzi li jippermettu ġbid ta’ flus kontanti minn kont ta’ pagament kif ukoll l-operazzjonijiet kollha meħtieġa għat-tħaddim ta’ kont ta’ pagament. 3. Esekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament, inkluż trasferimenti ta’ fondi fuq kont ta’ pagament mal-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jew ma’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament ieħor:
(a)
esekuzzjoni ta’ debiti diretti, inkluż debiti diretti ta’ darba,
(b)
esekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament permezz ta’ kard ta’ pagament jew strument ta’ pagament simili jew apparat simili;
(c)
esekuzzjoni ta’ trasferimenti ta’ kreditu, fosthom ordnijiet permanenti. 4. Esekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament meta l-fondi huma koperti minn linja ta’ kreditu għal utent ta’ servizzi ta’ pagament:
(a)
esekuzzjoni ta’ debiti diretti, inkluż debiti diretti ta’ darba,
(b)
esekuzzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament permezz ta’ kard ta’ pagament jew apparat simili,
(c)
esekuzzjoni ta’ trasferimenti ta’ kreditu, fosthom ordnijiet permanenti; 5. Ħruġ ta’ strumenti ta’ pagament u/jew il-kisba ta’ tranżazzjonijiet ta’ pagament. 6. Rimessa ta’ flus. 7. Servizzi ta’ bidu ta’ pagament. 8. Servizzi ta’ informazzjoni dwar kontijiet. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|