+Artikolu 1 Il-Kamp ta' applikazzjoni

Artikolu 1 Il-Kamp ta' applikazzjoni

Artikolu 1

Il-Kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli uniformi li jikkonċernaw rekwiżiti prudenzjali ġenerali li l-istituzzjonijiet, il-kumpanniji holding finanzjarji u l-kumpanniji holding finanzjarji mħallta sorveljati skont id-Direttiva 2013/36/UE għandhom jikkonformaw magħhom fir-rigward tal-elementi li ġejjin:

(a) 

rekwiżiti ta' fondi proprji li jirrelataw ma' elementi totalment kwantifikabbli, uniformi u standardizzati ta' riskju tal-kreditu, riskju tas-suq, riskju operazzjonali, riskju tas-saldu u lieva finanzjarja;

(b) 

rekwiżiti li jillimitaw skoperturi kbar;

(c) 

rekwiżiti tal-likwidità li jirrelataw ma' elementi totalment kwantifikabbli, uniformi u standardizzati ta'r-riskju tal-likwidità;

(d) 

rekwiżiti ta' rappurtar li jirrelataw mal-punti (a), (b) u (c);

(e) 

rekwiżiti ta' divulgazzjoni pubblika.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli uniformi li jikkonċernaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli li entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma istituzzjonijiet globali sistematikament importanti (G-SIIs) jew parti minn G-SIIs u sussidjarji materjali ta' G-SIIs mhux tal-UE għandhom jikkonformaw magħhom.

Dan ir-Regolament ma jirregolax ir-rekwiżiti tal-pubblikazzjoni għall-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tar-regolazzjoni prudenzjali u s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet kif stipulat fid-Direttiva 2013/36/UE.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit