+TITOLU I SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
---+Artikolu 1 Il-Kamp ta' applikazzjoni
---+Artikolu 2 Setgħat superviżorji
------+Artikolu 2 1.
------+Artikolu 2 2.
------+Artikolu 2 3.
------+Artikolu 2 4.
------+Artikolu 2 5.
---+Artikolu 3 Applikazzjoni ta’ rekwiżiti aktar stretti mill-istituzzjonijiet
---+Artikolu 4 Definizzjonijiet
------+Artikolu 4 1.
------+Article 4 2.
------+Artikolu 4 3.
------+Artikolu 4 4.
------+Artikolu 4 5.
---+Artikolu 5 Definizzjonijiet speċifiċi għar-rekwiżiti ta' kapital għar-riskju tal-kreditu
---+Artikolu 5a Definizzjonijiet speċifiċi għall-kriptoassi
|
TITOLU I SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
TITOLU I SUĠĠETT, KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 1 Il-Kamp ta' applikazzjoni
|
Artikolu 1
Il-Kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli uniformi li jikkonċernaw rekwiżiti prudenzjali ġenerali li l-istituzzjonijiet, il-kumpanniji holding finanzjarji u l-kumpanniji holding finanzjarji mħallta sorveljati skont id-Direttiva 2013/36/UE għandhom jikkonformaw magħhom fir-rigward tal-elementi li ġejjin:
(a)
rekwiżiti ta' fondi proprji li jirrelataw ma' elementi totalment kwantifikabbli, uniformi u standardizzati ta' riskju tal-kreditu, riskju tas-suq, riskju operazzjonali, riskju tas-saldu u lieva finanzjarja;
(b)
rekwiżiti li jillimitaw skoperturi kbar;
(c)
rekwiżiti tal-likwidità li jirrelataw ma' elementi totalment kwantifikabbli, uniformi u standardizzati ta'r-riskju tal-likwidità;
(d)
rekwiżiti ta' rappurtar li jirrelataw mal-punti (a), (b) u (c);
(e)
rekwiżiti ta' divulgazzjoni pubblika.
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli uniformi li jikkonċernaw ir-rekwiżiti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli li entitajiet ta' riżoluzzjoni li huma istituzzjonijiet globali sistematikament importanti (G-SIIs) jew parti minn G-SIIs u sussidjarji materjali ta' G-SIIs mhux tal-UE għandhom jikkonformaw magħhom.
Dan ir-Regolament ma jirregolax ir-rekwiżiti tal-pubblikazzjoni għall-awtoritajiet kompetenti fil-qasam tar-regolazzjoni prudenzjali u s-superviżjoni tal-istituzzjonijiet kif stipulat fid-Direttiva 2013/36/UE.
|
|
Artikolu 2 Setgħat superviżorji
|
-
|
|
Artikolu 3 Applikazzjoni ta’ rekwiżiti aktar stretti mill-istituzzjonijiet
|
Artikolu 3
Applikazzjoni ta’ rekwiżiti aktar stretti mill-istituzzjonijiet
Dan ir-Regolament ma jostakolax lill-istituzzjonijiet milli jżommu fondi proprji u l-komponenti tagħhom f’eċċess ta’, jew japplikaw miżuri li jkunu aktar stretti minn, dawk meħtieġa minn dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 4 Definizzjonijiet
|
-
|
|
Artikolu 5 Definizzjonijiet speċifiċi għar-rekwiżiti ta' kapital għar-riskju tal-kreditu
|
Artikolu 5
Definizzjonijiet speċifiċi għar-rekwiżiti ta' kapital għar-riskju tal-kreditu
Għall-finijiet tal-Parti Tlieta, Titolu II, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“skopertura” tfisser ass jew element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ;
(2)
“telf” tfisser telf ekonomiku, inkluż effetti materjali ta’ skont, u kostijiet materjali diretti u indiretti assoċjati mal-ġbir fuq l-istrument;
▼M17
(3)
“telf mistenni” jew “EL” tfisser il-proporzjon, relatat ma' faċilità waħda, tal-ammont li mistenni jintilef fuq skopertura minn kwalunkwe wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
inadempjenza potenzjali ta' debitur fuq perjodu ta' sena għall-ammont pendenti f'inadempjenza;
(b)
avveniment potenzjali ta' dilwizzjoni fuq perjodu ta' sena għall-ammont pendenti fid-data tal-okkorrenza tal-avveniment ta' dilwizzjoni;
▼M17
(4)
“obbligazzjoni ta' kreditu” tfisser kwalunkwe obbligazzjoni li tirriżulta minn kuntratt ta' kreditu, inkluż il-kapital, l-imgħax akkumulat u t-tariffi, dovuti minn debitur;
(5)
“skoperturi għall-kreditu” tfisser kwalunkwe element li jidher jew ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ, li jista' jirriżulta, f'obbligazzjoni ta' kreditu;
(6)
“faċilità” jew “faċilità ta' kreditu” tfisser skopertura għall-kreditu li tirriżulta minn kuntratt jew minn sett ta' kuntratti bejn debitur u istituzzjoni;
(7)
“marġni ta' konservattiviżmu” tfisser żieda inkorporata fl-istimi tal-parametri tar-riskju sabiex tqis il-firxa mistennija ta' żbalji fl-istima li jirriżultaw minn nuqqasijiet identifikati fid-data, fil-metodi, fil-mudelli, u l-bidliet fl-istandards ta' sottoskrizzjoni, fl-attitudni għar-riskji, fil-politiki ta' ġbir u ta' rkupru u fi kwalunkwe sors ieħor ta' inċertezza addizzjonali, kif ukoll minn żball ġenerali fl-istima;
(8)
“aġġustament xieraq” tfisser l-impatt fuq l-istimi tal-parametri tar-riskju li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' metodoloġiji fi ħdan l-istima tal-parametri tar-riskju biex jiġu kkoreġuti n-nuqqasijiet identifikati fid-data u fil-metodi ta' stima, u biex jitqiesu l-bidliet fl-istandards ta' sottoskrizzjoni, fl-attitudni għar-riskji, fil-politiki ta' ġbir u ta' rkupru u fi kwalunkwe sors ieħor ta' inċertezza addizzjonali, sa fejn ikun possibbli sabiex jiġu evitati preġudizzji fl-istimi tal-parametri tar-riskju;
(9)
“intrapriża żgħira u ta' daqs medju” jew “SME” tfisser kumpanija, intrapriża jew impriża li, skont l-aħħar kontijiet konsolidati tagħha, ikollha fatturat annwali li ma jaqbiżx EUR 50 000 000 ;
(10)
“impenn” tfisser kwalunkwe arranġament kuntrattwali li istituzzjoni toffri lil klijent, u li jkun aċċettat minn dak il-klijent, għall-estensjoni ta’ kreditu, għax-xiri ta’ assi jew għall-ħruġ ta’ sostituti tal-kreditu; u kwalunkwe tali arranġament li jista’ jiġi kkanċellat mingħajr kundizzjoni minn istituzzjoni fi kwalunkwe ħin mingħajr avviż minn qabel lil debitur jew kwalunkwe arranġament li jista’ jiġi kkanċellat minn istituzzjoni meta debitur jonqos milli jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dokumentazzjoni tal-faċilità, inkluż il-kundizzjonijiet li jeħtieġ li jiġu ssodisfati mid-debitur qabel kwalunkwe ġbid ta' kreditu inizjali jew sussegwenti skont l-arranġament, sakemm l-arranġamenti kuntrattwali jilħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin kollha:
(a)
arranġamenti kuntrattwali li permezz tagħhom l-istituzzjoni ma tirċievi l-ebda tariffa jew kummissjoni sabiex tistabbilixxi jew iżżomm dawk l-arranġamenti kuntrattwali;
(b)
arranġamenti kuntrattwali li permezz tagħhom il-klijent ikun meħtieġ japplika mal-istituzzjoni għall-ġbid ta' kreditu inizjali u għal kull ġbid ta' kreditu sussegwenti skont dawk l-arranġamenti kuntrattwali;
(c)
arranġamenti kuntrattwali li permezz tagħhom l-istituzzjoni jkollha awtorità sħiħa, irrispettivament mill-issodisfar mill-klijent tal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dokumentazzjoni tal-arranġament kuntrattwali, fuq l-eżekuzzjoni ta' kull ġbid ta' kreditu;
(d)
l-arranġamenti kuntrattwali jippermettu lill-istituzzjoni tivvaluta l-affidabbiltà kreditizja tal-klijent immedjatament qabel ma tiddeċiedi dwar l-eżekuzzjoni ta' kull ġbid ta' kreditu u l-istituzzjoni tkun implimentat u tapplika proċeduri interni li jiżguraw li tali valutazzjoni ssir qabel l-eżekuzzjoni ta' kull ġbid ta' kreditu;
(e)
arranġamenti kuntrattwali li jiġu offruti lil entità korporattiva, inkluża SME, li tkun immonitorjata mill-qrib fuq bażi kontinwa;
(11)
“impenn kanċellabbli mingħajr kundizzjonijiet” tfisser kwalunkwe impenn li t-termini tiegħu jippermettu lill-istituzzjoni tikkanċella dan l-impenn sal-punt sħiħ permess skont il-protezzjoni tal-konsumatur u l-atti legali relatati, fejn applikabbli, fi kwalunkwe ħin mingħajr avviż minn qabel lid-debitur jew li effettivament jipprevedu kanċellazzjoni awtomatika minħabba deterjorament fl-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju.
|
|
Artikolu 5a Definizzjonijiet speċifiċi għall-kriptoassi
|
Artikolu 5a
Definizzjonijiet speċifiċi għall-kriptoassi
Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“kriptoassi” tfisser kriptoassi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (5), tar-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
20
) li mhuwiex munita diġitali tal-bank ċentrali;
(2)
“token tal-flus elettroniċi” jew “token tal-flus elettroniċi” tfisser token tal-flus elettroniċi jew token tal-flus elettroniċi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (7), tar-Regolament (UE) 2023/1114;
(3)
“skopertura tal-kriptoassi” tfisser assi jew element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ relatat ma' kriptoassi li jagħti lok għal riskju ta' kreditu, riskju ta' kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, riskju operazzjonali jew riskju tal-likwidità;
(4)
“assi tradizzjonali” tfisser kwalunkwe assi għajr kriptoassi, inkluż:
(a)
strumenti finanzjarji kif definiti fl-Artikolu 4(1), il-punt (50), ta' dan ir-Regolament;
(b)
fondi kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (25), tad-Direttiva (UE) 2015/2366;
(c)
depożiti kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (3), tad-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
21
), inkluż depożiti strutturati;
(d)
pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni fil-kuntest ta' titolizzazzjoni kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2017/2402;
(e)
prodotti tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja jew tal-ħajja li jaqgħu fil-klassijiet tal-assigurazzjoni elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2009/138/KE jew kuntratti ta' riassigurazzjoni u retroċessjoni msemmija f'dik id-Direttiva;
(f)
prodotti tal-pensjoni li, skont il-liġi nazzjonali, ikunu rikonoxxuti li għandhom l-għan ewlieni li jipprovdu lill-investitur bi dħul wara li jirtira, u li jintitolaw lill-investitur għal ċerti benefiċċji;
(g)
skemi għal pensjoni okkupazzjonali rikonoxxuti uffiċjalment fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
22
) jew tad-Direttiva 2009/138/KE;
(h)
prodotti tal-pensjoni individwali li għalihom il-liġi nazzjonali tirrikjedi kontribuzzjoni finanzjarja minn min iħaddem u li għalihom min iħaddem jew l-impjegat ma jkollux għażla fir-rigward tal-prodott jew il-fornitur tal-pensjoni;
(i)
prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2019/1238 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
23
);
(j)
l-iskemi tas-sigurtà soċjali koperti mir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
24
) u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
25
);
(5)
“assi tradizzjonali tokenizzat” tfisser tip ta' kriptoassi li jirrappreżenta assi tradizzjonali, inkluż token tal-flus elettroniċi;
(6)
“token irreferenzjat ma' assi” tfisser token irreferenzjat ma' assi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (6), tar-Regolament (UE) 2023/1114;
(7)
“servizz tal-kriptoassi” tfisser servizz ta' kriptoassi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (16), tar-Regolament (UE) 2023/1114.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|