+Artikolu 4 Definizzjonijiet
---+Artikolu 4 1.
---+Article 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 4 5.
|
Artikolu 4 Definizzjonijiet
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
▼M9
(1)
“istituzzjoni ta’ kreditu” tfisser impriża li n-negozju tagħha jikkonsisti fi kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
li tieħu depożiti jew fondi ripagabbli oħra mingħand il-pubbliku u tagħti krediti f’isimha stess;
▼M17
(b)
li twettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness I, it-Taqsima A, il-punti (3) u (6), tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
6
), fejn tapplika waħda minn dawn li ġejjin, iżda l-impriża ma tkunx negozjant tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet, impriża ta' investiment kollettiv, impriża tal-assigurazzjoni, jew ditta tal-investiment li għaliha l-awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta' kreditu tiġi eżentata f'konformità mal-Artikolu 8a tad-Direttiva 2013/36/UE:
(i)
il-valur totali tal-assi konsolidati tal-impriża stabbilita fl-Unjoni, inkluż kwalunkwe waħda mill-fergħat u s-sussidjarji tagħha stabbiliti f'pajjiż terz, ikun ugwali għal jew jaqbeż l-EUR 30 biljun;
(ii)
il-valur totali tal-assi tal-impriża stabbilita fl-Unjoni, inkluż kwalunkwe waħda mill-fergħat u s-sussidjarji tagħha stabbiliti f'pajjiż terz, ikun inqas minn EUR 30 biljun, u l-impriża tkun parti minn grupp li fih il-valur totali tal-assi konsolidati tal-impriżi kollha f'dak il-grupp li jkunu stabbiliti fl-Unjoni, inkluż kwalunkwe waħda mill-fergħat u s-sussidjarji tagħhom stabbiliti f'pajjiż terz, li individwalment ikollhom assi totali ta' inqas minn EUR 30 biljun u li jwettqu kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness I, it-Taqsima A, il-punti (3) u (6), tad-Direttiva 2014/65/UE jkun ugwali għal jew jaqbeż l-EUR 30 biljun;
(iii)
il-valur totali tal-assi tal-impriża stabbilita fl-Unjoni, inkluż kwalunkwe waħda mill-fergħat u s-sussidjajri tagħha stabbiliti f'pajjiż terz, ikun anqas minn EUR 30 biljun, u l-impriża tkun parti minn grupp li fih il-valur totali tal-assi konsolidati tal-impriżi kollha fil-grupp li jwettqu kwalunkwe waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness I, it-Taqsima A, il-punti (3) u (6), tad-Direttiva 2014/65/UE, ikun ugwali għal jew jaqbeż l-EUR 30 biljun, fejn is-superviżur tal-konsolidazzjoni f'konsultazzjoni mal-kollega superviżur jiddeċiedu hekk sabiex jindirizzaw riskji potenzjali ta' ċirkomvenzjoni jew riskji potenzjali għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni;
▼M9
għall-finijiet tal-punti (b)(ii) u (b)(iii), meta l-impriża tkun parti minn grupp ta' pajjiż terz, l-assi totali ta' kull fergħa tal-grupp ta' pajjiż terz awtorizzati fl-Unjoni jiġu inklużi fil-valur totali kkombinat tal-assi tal-impriżi kollha fil-grupp;
(2)
“ditta tal-investiment” tfisser ditta tal-investiment kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, li tkun awtorizzata skont dik id-Direttiva iżda teskludi l-istituzzjonijiet ta kreditu;
(3)
“istituzzjoni” tfisser istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2013/36/UE jew impriża kif imsemmi fl-Artikolu 8a(3);
▼M9 —————
▼B
(5)
“impriża tal-assigurazzjoni” tfisser impriża tal-assigurazzjoni kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (
7
);
(6)
“impriża tar-riassigurazzjoni” tfisser impriża tal-assigurazzjoni kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE;
▼M8
(7)
“impriża ta' investiment kollettiv” jew “CIU” tfisser UCITS kif definita fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
8
) jew fond ta' investiment alternattiv (AIF) kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
9
);
▼B
(8)
“entità tas-settur pubbliku” tfisser korp amministrattivi mhux kummerċjali responsabbli lejn il-gvernijiet ċentrali, gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali, jew lejn l-awtoritajiet li jeżerċitaw l-istess responsabbiltajiet bħall-gvernijiet reġjonali u l-awtoritajiet lokali, jew impriża mhux kummerċjali li hija taħt is-sjieda ta' jew stabbilita jew sponsorjata mill-gvernijiet ċentrali, gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali, u li jkollha arranġamenti ta’ garanzija espliċita, u tista' tinkludi korpi awtoamministrati rregolati bil-liġi li jkunu taħt superviżjoni pubblika;
(9)
“korp ta' ġestjoni” tfisser korp ta' ġestjoni kif definit fil-punt (7) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;
(10)
“amministrazzjoni għolja” tfisser amministrazzjoni għolja kif definit fil-punt (9) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;
(11)
'riskju sistemiku' tfisser riskju sistemiku kif definit fil-punt (10) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2013/36/UE;
▼M17 —————
▼M5
(13)
“oriġinatur” tfisser oriġinatur kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402 (
10
);
(14)
“sponsor” tfisser sponsor kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;
▼M5
(14a)
“mutwanti oriġinali” tfisser mutwanti oriġinali kif definit fil-punt (20) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;
▼M17
(15)
“impriża prinċipali” tfisser impriża li tikkontrolla, fis-sens tal-punt (37), impriża waħda jew aktar;
(16)
“sussidjarja” tfisser impriża li hija kkontrollata, fis-sens tal-punt (37), minn impriża oħra; sussidjarji ta' sussidjarji għandhom jitqiesu wkoll bħala sussidjarji tal-impriża li tkun l-impriża prinċipali oriġinali tagħhom;
▼B
(17)
“fergħa” tfisser post tan-negozju li jifforma parti legalment dipendenti ta’ istituzzjoni u li twettaq b’mod dirett it-transazzjonijiet kollha jew uħud minnhom inerenti fin-negozju ta' istituzzjonijiet;
▼M17
(18)
“impriża ta' servizzi anċillari” tfisser impriża li l-attività prinċipali tagħha, kemm jekk ipprovduta lil impriżi fil-grupp kif ukoll lil klijenti barra mill-grupp, tikkonsisti minn kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
estensjoni diretta ta' operazzjoni bankarja;
(b)
kiri operattiv, is-sjieda jew l-amministrazzjoni ta' proprjetà, il-forniment ta' servizzi ta' pproċessar ta' data jew xi attività oħra sa fejn dawk l-attivitajiet huma anċillari għall-attività bankarja;
(c)
kull attività oħra meqjusa simili mill-EBA għal dawk imsemmija fil-punti (a) u (b);
▼B
“kumpannija tal-ġestjoni ta' assi” tfisser kumpannija tal-ġestjoni ta' assi kif iddefinita fil-punt (5) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/87/KE jew AIFM kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2011/61/UE inkluż, sakemm mhux previst mod ieħor, entitajiet ta' pajjiżi terzi, li jwettqu attivitajiet simili u li huma soġġetti għal-liġi ta' pajjiż terz ◄ li japplika rekwiżiti superviżorji u regolatorji li huma tal-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni;
▼M17
(20)
“kumpanija azzjonarja finanzjarja” tfisser impriża li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
tkun istituzzjoni finanzjarja;
(b)
ma tkunx kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta;
(c)
ikollha tal-anqas sussidjarja waħda li tkun istituzzjoni;
(d)
aktar minn 50 % ta' kwalunkwe wieħed mill-indikaturi li ġejjin ikunu assoċjati, fuq bażi kostanti, ma' sussidjarji li jkunu istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji, u b'attivitajiet imwettqin mill-impriża nnifisha li ma humiex relatati mal-akkwiżizzjoni jew mas-sjieda ta' holdings f'sussidjarji meta dawn l-attivitajiet ikunu tal-istess natura bħal dawk imwettqin minn istituzzjonijiet jew minn istituzzjonijiet finanzjarji:
(i)
l-ekwità tal-impriża fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħha;
(ii)
l-assi tal-impriża fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħha;
(iii)
id-dħul tal-impriża fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħha;
(iv)
il-persunal tal-impriża fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħha;
(v)
indikaturi oħra meqjusin rilevanti mill-awtorità kompetenti.
L-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li entità ma tikkwalifikax bħala kumpanija azzjonarja finanzjarja anke jekk wieħed mill-indikaturi msemmija fl-ewwel paragrafu, il-punti (i) sa (iii) jiġi ssodisfat, meta l-awtorità kompetenti tqis li l-indikatur rilevanti ma jagħtix stampa ġusta u vera tal-attivitajiet u r-riskji ewlenin tal-grupp. Qabel ma tieħu tali deċiżjoni, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-EBA u tipprovdi ġustifikazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva sostanzjata u dettaljata. L-awtorità kompetenti għandha tqis b'mod dovut l-opinjoni tal-EBA u, meta tiddeċiedi li tiddevja minnha, għandha fi żmien tliet xhur mid-data ta' meta tirċievi l-opinjoni tal-EBA, tipprovdi lill-EBA r-raġunament għad-devjazzjoni mill-opinjoni rilevanti;
▼M17
(20a)
“kumpanija azzjonarja ta' investiment” tfisser kumpanija azzjonarja ta' investiment kif definita fl-Artikolu 4(1), il-punt (23), tar-Regolament (UE) 2019/2033;
▼B
(21)
“kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta” tfisser kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta kif definit fil-punt (15) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/87/KE;
(22)
“kumpannija azzjonarja ta’ attività mħallta” tfisser impriża prinċipali, differenti minn kumpannija azzjonarja finanzjarja jew istituzzjoni jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, li s-sussidjarji tagħha jinkludu tal-inqas istituzzjoni waħda;
(23)
“impriża tal-assigurazzjoni ta’ pajjiż terz” tfisser impriża tal-assigurazzjoni ta’ pajjiż terz kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE;
(24)
“impriża tar-riassigurazzjoni ta’ pajjiż terz” tfisser impriża tar-riassigurazzjoni ta’ pajjiż terz kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE;
(25)
“ditta ta' investiment ta’ pajjiż terz rikonoxxuta” tfisser kumpannija li tissodisfa l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
jekk kienet stabbilita fl-Unjoni, tkun koperta mid-definizzjoni ta’ ditta ta' investiment;
(b)
tkun awtorizzata f’pajjiż terz;
(c)
tkun soġġetta għal u konformi mar-regoli prudenzjali meqjusa mill-awtoritajiet kompetenti bħala tal-inqas stretti daqs dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament jew fid-Direttiva 2013/36/UE;
▼M17
(26)
“istituzzjoni finanzjarja” tfisser impriża li tissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
ma tkunx istituzzjoni, kumpanija holding industrijali pura, entità bi skop speċjali tat-titolizzazzjoni, kumpanija azzjonarja tal-assigurazzjoni kif definit fl-Artikolu 212(1), il-punt (f), tad-Direttiva 2009/138/KE jew kumpanija azzjonarja tal-assigurazzjoni b'attività mħallta kif definita fl-Artikolu 212(1), il-punt (g), ta' dik id-Direttiva, ħlief meta kumpanija azzjonarja tal-assigurazzjoni b'attività mħallta jkollha istituzzjoni sussidjarja;
(b)
tissodisfa waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i)
l-attività prinċipali tal-impriża hija li takkwista jew li tkun is-sid ta' holdings jew li twettaq waħda jew aktar mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I, il-punti 2 sa 12 u l-punti 15, 16 u 17, tad-Direttiva 2013/36/UE, jew li ssegwi wieħed jew aktar mis-servizzi jew mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I, it-Taqsima A jew B, tad-Direttiva 2014/65/UE fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji elenkati fl-Anness I, it-Taqsima C, tad-Direttiva 2014/65/UE;
(ii)
l-impriża tkun ditta ta' investiment, kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta, kumpanija azzjonarja ta' investiment, fornitur ta' servizzi ta' pagament kif ikkategorizzat skont l-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (d), tad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
11
), kumpanija maniġerjali tal-assi jew impriża ta' servizzi anċillari;
▼M17
(26a)
“kumpanija holding industrijali pura” tfisser impriża li tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
l-attività prinċipali tagħha hija li takkwista jew tkun is-sid ta' holdings;
(b)
ma tkunx imsemmija fil-punt (27)(a), jew fil-punt (27)(d) sa (l), ta' dan il-paragrafu u ma tkunx ditta tal-investiment jew kumpanija tal-immaniġġjar tal-assi, jew fornitur ta' servizzi ta' pagament kif ikkategorizzat skont l-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (d), tad-Direttiva (UE) 2015/2366;
(c)
ma jkollha l-ebda parteċipazzjoni f'entità tas-settur finanzjarju;
▼B
(27)
‘entità tas-settur finanzjarju tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(b)
istituzzjoni finanzjarja;
▼M17 —————
▼B
(d)
impriża tal-assigurazzjoni;
(e)
impriża tal-assigurazzjoni ta' pajjiż terz;
(f)
impriża tar-riassigurazzjoni;
(g)
impriża tar-riassigurazzjoni ta' pajjiż terz;
▼C2
(h)
kumpannija azzjonarja tal-assigurazzjoni kif definit fil-punt (f) tal-Artikolu 212(1) tad-Direttiva 2009/138/KE;
▼C2
▼B
(k)
impriża eskluża mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE skont l-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva;
(l)
impriża ta' pajjiż terz b'mudell kummerċjali li jista' jitqabbel ma' kwalunkwe waħda mill-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (k);
▼M17
(28)
“istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru” tfisser istituzzjoni fi Stat Membru li jkollha istituzzjoni jew istituzzjoni finanzjarja bħala sussidjarja, jew li jkollha parteċipazzjoni f'istituzzjoni jew f'istituzzjoni finanzjarja, u li ma tkunx hija nnifisha sussidjarja ta' istituzzjoni oħra awtorizzata fl-istess Stat Membru, jew ta' kumpanija azzjonarja finanzjarja jew ta' kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita fl-istess Stat Membru;
▼B
(29)
“istituzzjoni prinċipali tal-UE” tfisser istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru li ma tkunx sussidjarja ta’ istituzzjoni oħra awtorizzata fi kwalunkwe Stat Membru, jew ta’ kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita fi kwalunkwe Stat Membru;
▼M9
(29a)
“ditta tal-investiment prinċipali fi Stat Membru” tfisser impriża prinċipali fi Stat Membru li hija ditta tal-investiment;
(29b)
“ditta tal-investiment prinċipali tal-UE” tfisser impriża prinċipali tal-UE li hija ditta tal-investiment;
▼M8
(29c)
“istituzzjoni ta' kreditu prinċipali fi Stat Membru” tfisser istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru li hija istituzzjoni ta' kreditu;
(29d)
“istituzzjoni ta' kreditu prinċipali tal-UE” tfisser istituzzjoni prinċipali tal-UE li hija istituzzjoni ta' kreditu;
▼B
(30)
“kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali fi Stat Membru” tfisser kumpannija azzjonarja finanzjarja li ma tkunx hija stess sussidjarja ta’ istituzzjoni awtorizzata fl-istess Stat Membru, jew ta’ kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita fl-istess Stat Membru;
(31)
“kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali tal-UE” tfisser kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali fi Stat Membru li ma tkunx sussidjarja ta’ istituzzjoni awtorizzata fi kwalunkwe Stat Membru, jew ta’ kumpannija azzjonarja finanzjarja oħra jew ta’ kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita fi kwalunkwe Stat Membru;
(32)
“kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru” tfisser kumpannija azzjonarja finanzjarja li ma tkunx hija stess sussidjarja ta’ istituzzjoni awtorizzata fl-istess Stat Membru, jew ta’ kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita fl-istess Stat Membru;
(33)
“kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali tal-UE” tfisser kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru li ma tkunx sussidjarja ta’ istituzzjoni awtorizzata fi kwalunkwe Stat Membru, jew ta’ kumpannija azzjonarja finanzjarja oħra jew ta’ kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita fi kwalunkwe Stat Membru;
(34)
“kontroparti ċentrali” jew 'CCP' (central counterparty) tfisser CCP kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
▼M17
(35)
“parteċipazzjoni” tfisser interess ta' parteċipazzjoni kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
12
), jew is-sjieda, diretta jew indiretta, ta' 20 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta' impriża;
▼B
(36)
►C9
“holding kwalifikattiva” tfisser holding diretta jew indiretta f’impriża li tirrappreżenta 10 % jew aktar tal-kapital jew tad-drittijiet tal-vot jew li tagħmilha possibbli li tiġi eżerċitata influwenza sinifikanti fuq il-maniġment ta’ dik l-impriża; ◄
▼M17
(37)
“kontroll” tfisser ir-relazzjoni bejn impriża prinċipali u sussidjarja, kif definita fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE, jew l-istandards ta' kontabbiltà li istituzzjoni hija soġġetta għalihom skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
13
), jew relazzjoni simili bejn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika u impriża;
▼B
(38)
“rabtiet mill-qrib” tfisser sitwazzjoni fejn żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew aktar ikunu konnessi b’xi waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
partiċipazzjoni fil-forma ta’ pussess dirett jew permezz ta’ kontroll ta’ 20 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta’ impriża;
(c)
konnessjoni permanenti tat-tnejn li huma jew ta' kollha mal-istess persuna terza minn relazzjoni ta’ kontroll;
(39)
“grupp ta’ klijenti konnessi” tfisser kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew aktar li, sakemm ma jintweriex mod ieħor, jikkostitwixxu riskju wieħed għaliex wieħed minnhom, direttament jew indirettament, ikollhom kontroll fuq l-ieħor jew l-oħrajn;
(b)
żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew aktar li bejniethom ma jkunx hemm relazzjoni ta’ kontroll kif deskritt fil-punt (a) imma li jridu jitqiesu li jikkostitwixxu riskju wieħed għaliex tant ikunu interkonnessi li, jekk wieħed minnhom kellu jiffaċċja problemi finanzjarji, b’mod partikolari diffikulatjiet fil-finanzjament jew fir-ripagament, l-ieħor jew l-oħrajn kolha probabbilment jiffaċċjaw ukoll diffikulatjiet fil-finanzjament jew fir-ripagament.
Minkejja l-punti (a) u (b), meta gvern ċentrali jkollu kontroll dirett ta’ jew ikun interkonness b'mod dirett ma' iżjed minn persuna waħda fiżika jew ġuridika, is-sett li jikkonsisti mill-gvern ċentrali u l-persuni kollha fiżiċi jew ġuridiċi li huma kkontrollati b'mod dirett jew indirett minnu f'konformità mal-punt (a), jew interkonnessi miegħu f'konformità mal-punt (b), jista' jiġi meqjus li ma jikkostitwixxix grupp ta’ klijenti konnessi. Minflok, l-eżistenza ta' grupp ta’ klijenti konnessi ffurmat mill-gvern ċentrali u persuni fiżiċi u ġuridiċi oħra tista' tkun valutata b'mod separat għal kull persuna direttament ikkontrollata minnu f'konformità mal-punt (a), jew direttament interkonnessa miegħu f'konformità mal-punt (b,) u għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi kollha li huma kkontrollati minn dik il-persuna f'konformità mal-punt (a) jew interkonnessi ma' dik il-persuna f'konformità mal-punt (b), inkluż il-gvern ċentrali. L-istess japplika fil-każijiet ta’ gvernijiet reġjonali jew awtoritajet lokali li għalihom japplika l-Artikolu 115(2).
▼M8
Żewġ persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew iktar li jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) jew (b) minħabba l-iskopertura diretta tagħhom għall-istess CCP għall-finijiet tal-attivitajiet ta' kklerjar mhumiex meqjusa li jikkostitwixxu grupp ta' klijenti relatati;
▼B
(40)
“awtorità kompetenti” tfisser awtorità pubblika jew korp rikonoxxut uffiċjalment mid-dritt nazzjonali, li jingħataw is-setgħa mid-dritt nazzjonali li jissorveljaw istituzzjonijiet bħala parti mis-sistema ta' superviżjoni li tkun operattiva fl-Istat Membru kkonċernat;
▼M8
(41)
“superviżur tal-konsolidazzjoni” tfisser awtorità kompetenti responsabbli mill-eżerċizzju tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata skont l-Artikolu 111 tad-Direttiva 2013/36/UE;
▼B
(42)
“awtorizzazzjoni” tfisser strument maħruġ fi kwalunkwe forma mill-awtoritajiet li permezz tiegħu jingħata d-dritt li jitwettaq in-negozju;
(43)
“Stat Membru domiċiljari” tfisser l-Istat Membru li fih istituzzjoni tkun ingħatat awtorizzazzjoni;
(44)
“Stat Membru ospitanti” tfisser l-Istat Membru li fih istituzzjoni jkollha fergħa jew li fih tipprovdi servizzi;
(45)
“banek ċentrali tas-SEBĊ” tfisser il-banek ċentrali nazzjonali li jkunu membri tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (ESCB), u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE);
(46)
“banek ċentrali” tfisser il-banek ċentrali tas-SEBĊ u l-banek ċentrali ta' pajjiżi terzi;
(47)
“sitwazzjoni konsolidata” tfisser is-sitwazzjoni li tirriżulta mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament skont il-Parti Wieħed, Titolu II, Kapitolu 2 għal istituzzjoni bħallikieku dik l-istituzzjoni kienet tifforma, flimkien ma’ entità oħra jew aktar, istituzzjoni waħda;
(48)
“bażi konsolidata” tfisser fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata;
(49)
“bażi subkonsolidata” tfisser abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata ta' istituzzjoni prinċipali, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta, bl-esklużjoni ta' sottogrupp ta' entitajiet jew abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata ta' istituzzjoni prinċipali, kumpannija azzjonarja finanzjarja jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta li ma tkunx l-istituzzjoni prinċipali, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja finali;
(50)
“strument finanzjarju” tfisser kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
(a)
kuntratt li jiġġenera kemm assi finanzjarji ta’ parti waħda kif ukoll obbligazzjoni finanzjarja jew strument ta’ ekwità ta’ parti oħra;
(b)
strument speċifikat fit-Taqsima C tal-Anness I għad-Direttiva 2004/39/KE;
(c)
strument finanzjarju derivattiv;
(d)
strument finanzjarju primarju;
L-istrumenti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) ikunu strumenti finanzjarji biss jekk il-valur tagħhom jidderivi mill-prezz ta’ strument finanzjarju sottostanti jew element, rata jew indiċi sottostanti oħra;
▼M9
(51)
“kapital inizjali” tfisser l-ammont u t-tipi ta’ fondi proprji speċifikati fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2013/36/UE;
▼M17
(52)
“riskju operazzjonali” tfisser ir-riskju ta' telf li jirriżulta minn proċessi interni, minn persuni u minn sistemi inadegwati jew li ma jirnexxux jew minn avvenimenti esterni, inkluż, iżda mhux limitat għal, riskju legali, riskju tal-mudell jew riskju tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT), iżda eskluż riskju strateġiku u reputazzjonali;
▼M17
(52a)
“riskju legali” tfisser ir-riskju ta' telf, inkluż, spejjeż, multi, penali jew danni punittivi, li tista' ġġarrab istituzzjoni bħala konsegwenza ta' avvenimenti li jirriżultaw fi proċedimenti legali, inkluż dawn li ġejjin:
(a)
azzjonijiet superviżorji u saldi privati;
(b)
nuqqas ta' aġir meta tkun neċessarja azzjoni sabiex tinżamm konformità ma' obbligu legali;
(c)
azzjoni meħuda sabiex tiġi evitata l-konformità ma' obbligu legali;
(d)
avvenimenti ta' kondotta ħażina, li huma avvenimenti li jirriżultaw minn imġiba ħażina volontarja jew negliġenti, inkluż forniment mhux xieraq ta' servizzi finanzjarji jew il-forniment ta' informazzjoni inadegwata jew qarrieqa dwar ir-riskju finanzjarju ta' prodotti mibjugħa mill-istituzzjoni;
(e)
nuqqas ta' konformità ma' kwalunkwe rekwiżit derivat minn dispożizzjonijiet statutorji jew leġiżlattivi nazzjonali jew internazzjonali;
(f)
nuqqas ta' konformità ma' kwalunkwe rekwiżit derivat minn arranġamenti kuntrattwali, jew ma' regoli interni u ma' kodiċijiet tal-kondotta stabbiliti f'konformità ma' regoli u prattiki nazzjonali jew internazzjonali;
(g)
nuqqas ta' konformità mar-regoli dwar l-etika;
(52b)
“riskju tal-mudell” tfisser ir-riskju ta' telf li jirriżulta minn deċiżjonijiet li jkunu prinċipalment ibbażati fuq l-eżitu tal-mudelli interni, minħabba żbalji fit-tfassil, fl-iżvilupp, fl-istima tal-parametru, fl-implimentazzjoni, l-użu jew il-monitoraġġ ta' dawn il-mudelli, inkluż dawn li ġejjin:
(a)
it-tfassil mhux xieraq ta' mudell intern magħżul u tal-karatteristiċi tiegħu;
(b)
il-verifika mhux adegwata tal-adegwatezza ta' mudell intern magħżul għall-istrument finanzjarju li għandu jiġi evalwat jew għall-prodott li għandu jiġi pprezzat, jew tal-adegwatezza tal-mudell intern magħżul għall-kundizzjonijiet tas-suq applikabbli;
(c)
żbalji fl-implimentazzjoni ta' mudell intern magħżul;
(d)
valwazzjonijiet skont il-valur fis-suq u kalkolu tar-riskju żbaljati minħabba żball matul ir-reġistrazzjoni ta' negozju fis-sistema tan-negozjar;
(e)
l-użu ta' mudell intern magħżul jew tar-riżultati tiegħu għal skop li għalih dak il-mudell ma kienx maħsub jew iddisinjat, inkluż il-manipulazzjoni tal-parametri tal-immudellar;
(f)
il-monitoraġġ jew il-validazzjoni mhux f'waqthom jew ineffettivi tal-prestazzjoni tal-mudell jew il-kapaċità ta' previżjoni sabiex jiġi vvalutat jekk il-mudell intern magħżul ikunx għadu adattat għall-iskop tiegħu;
(52c)
“riskju tal-ICT” tfisser ir-riskju ta' telf relatat ma' kwalunkwe ċirkostanza raġonevolment identifikabbli relatata mal-użu tas-sistemi tan-network u tal-informazzjoni li, jekk iseħħ, jista' jikkomprometti s-sigurtà tas-sistemi tan-network u tal-informazzjoni, ta' kwalunkwe għodda jew proċess dipendenti mit-teknoloġija, ta' operazzjonijiet u proċessi, jew tal-forniment ta' servizzi billi jiġu prodotti effetti negattivi fl-ambjent diġitali jew fiżiku;
(52d)
“riskji ambjentali, soċjali u ta' governanza” jew “riskji ESG” tfisser ir-riskju ta' kwalunkwe impatt finanzjarju negattiv fuq l-istituzzjoni li jirriżulta mill-impatti attwali jew prospettivi ta' fatturi ambjentali, soċjali jew ta' governanza (ESG) fuq il-kontropartijiet jew fuq l-assi investiti ta’ dik l-istituzzjoni; Ir-riskji ESG jimmaterjalizzaw permezz tal-kategoriji tradizzjonali ta' riskji finanzjarji;
(52e)
“riskju minn fatturi ambjentali” tfisser kwalunkwe riskju ta' impatt finanzjarju negattiv fuq istituzzjoni li jirriżulta mill-impatt attwali jew prospettiv tal-fatturi ambjentali fuq il-kontropartijiet jew fuq l-assi investiti ta’ dik l-istituzzjoni, inkluż fatturi relatati mat-tranżizzjoni lejn l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
14
) ir-riskju minn fatturi ambjentali jinkludi kemm ir-riskju fiżiku kif ukoll ir-riskju ta' tranżizzjoni;
(52f)
“riskju fiżiku”, bħala parti mir-riskju minn fatturi ambjentali, tfisser ir-riskju ta' kwalunkwe impatt finanzjarju negattiv fuq istituzzjoni li jirriżulta mill-impatt attwali jew prospettiv tal-effetti fiżiċi tal-fatturi ambjentali fuq il-kontropartijiet jew fuq l-assi investiti ta' dik l-istituzzjoni;
(52g)
“riskju ta' tranżizzjoni”, bħala parti mir-riskju minn fatturi ambjentali, tfisser ir-riskju ta' kwalunkwe impatt finanzjarju negattiv fuq istituzzjoni li jirriżulta mill-impatt attwali jew prospettiv tat-tranżizzjoni għal ekonomija ambjentalment sostenibbli fuq il-kontropartijiet jew fuq l-assi investiti ta' dik l-istituzzjoni;
(52h)
“riskju soċjali” tfisser ir-riskju ta' impatt finanzjarju negattiv fuq istituzzjoni li jirriżulta mill-impatt attwali jew prospettiv tal-fatturi soċjali fuq il-kontropartijiet jew fuq l-assi investiti tagħha;
(52i)
“riskju ta' governanza” tfisser ir-riskju ta' kwalunkwe impatt finanzjarju negattiv fuq l-istituzzjoni li jirriżulta mill-impatt attwali jew prospettiv tal-fatturi ta' governanza fuq il-kontropartijiet jew fuq l-assi investiti ta' dik l-istituzzjoni;
▼B
(53)
“riskju ta’ dilwizzjoni” tfisser ir-riskju li ammont riċevibbli jitnaqqas permezz ta’ krediti ta’ flus jew mhux ta’ flus lid-debitur;
▼M17
(54)
“probabbiltà ta' inadempjenza” jew “PD” tfisser il-probabbiltà ta' inadempjenza ta' debitur jew, fejn applikabbli, ta' faċilità ta' kreditu, fuq perjodu ta' sena, u, fil-kuntest tar-riskju ta' dilwizzjoni, il-probabbiltà ta' dilwizzjoni fuq perjodu ta' sena;
(55)
“telf fil-każ ta' inadempjenza” jew “LGD” tfisser il-proporzjon tat-telf fuq skopertura relatata ma' faċilità waħda minħabba l-inadempjenza ta' debitur jew, fejn applikabbli, ta' faċilità ta' kreditu għall-ammont pendenti fil-mument tal-inadempjenza jew f'data ta' referenza partikolari wara d-data ta' inadempjenza u, fil-kuntest tar-riskju ta' dilwizzjoni, it-telf fil-każ ta' dilwizzjoni li jfisser il-proporzjon tat-telf fuq skopertura relatata ma' riċevibbli mixtrija minħabba dilwizzjoni, għall-ammont pendenti tar-riċevibbli mixtrija;
(56)
“fattur ta' konverżjoni” jew “fattur tal-konverżjoni ta' kreditu” jew “CCF” tfisser il-proporzjon tal-ammont mhux prelevat ta' impenn minn faċilità waħda li jista' jiġi prelevat minn dik il-faċilità waħda minn mument partikolari qabel inadempjenza u għalhekk ikun pendenti fil-mument tal-inadempjenza għall-ammont mhux prelevat tal-impenn minn dik il-faċilità, il-firxa tal-impenn li qed tiġi ddeterminata mil-limitu rakkomandat, sakemm il-limitu mhux rakkomandat ma jkunx ogħla;
▼B
(57)
“mitigazzjoni tar-riskju ta’ kreditu” tfisser it-teknika użata minn istituzzjoni biex tnaqqas ir-riskju ta’ kreditu assoċjat ma’ skopertura jew skoperturi li istituzzjoni tkompli żżomm;
▼M17
(58)
“protezzjoni ta’ kreditu finanzjata” jew “FCP” tfisser it-teknika tal-mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu meta t-tnaqqis tar-riskju tal-kreditu fuq l-iskopertura ta' istituzzjoni jidderivi mid-dritt ta' din l-istituzzjoni, fil-każ tal-inadempjenza tad-debitur jew tal-faċilità ta' kreditu, jew fl-okkorrenza ta' avvenimenti ta' kreditu speċifiċi oħra li jirrelataw mad-debitur, li tillikwida, jew li tikseb trasferiment jew approprjazzjoni ta', jew li żżomm, ċerti assi jew ammonti, jew li tnaqqas l-ammont tal-iskopertura għal, jew li tibdlu bl-ammont tad-differenza bejn l-ammont tal-iskopertura u l-ammont ta' pretensjoni fuq l-istituzzjoni;
(59)
“protezzjoni ta’ kreditu mhux iffinanzjata” jew “UFCP” tfisser teknika ta' mitigazzjoni tar-riskju ta' kreditu meta t-tnaqqis tar-riskju ta' kreditu fuq l-iskopertura ta' istituzzjoni jidderivi mill-obbligu ta' parti terza li tħallas ammont fil-każ ta' inadempjenza tad-debitur jew tal-faċilità ta' kreditu, jew l-okkorrenza ta' avvenimenti ta' kreditu speċifiċi oħra;
(60)
“strument assimilat ta' flus kontanti” tfisser ċertifikat ta' depożitu, bond li jinkludi bond kopert jew kwalunkwe strument mhux subordinat ieħor, li nħareġ minn istituzzjoni mutwanti, li għaliha dik l-istituzzjoni mutwanti diġà tkun irċeviet pagament sħiħ u li jiġi rimborżat mingħajr kundizzjonijiet mill-istituzzjoni bil-valur nominali tiegħu;
▼M17
(60a)
“ingott tad-deheb” tfisser deheb fil-forma ta' komodità, inkluż vireg tad-deheb, ingotti u muniti, ġeneralment aċċettati mis-suq tal-ingotti, fejn jeżistu swieq likwidi għall-ingotti, u li l-valur tagħhom jiġi ddeterminat mill-valur tal-kontenut tad-deheb, definit skont il-purità u l-massa, aktar milli mill-interess tiegħu għan-numismatisti;
▼M5
(61)
“titolizzazzjoni” tfisser titolizzazzjoni kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;
(62)
“pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni” tfisser pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni kif definita fil-punt (19) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;
(63)
“rititolizzazzjoni” tfisser rititolizzazzjoni kif definita fil-punt (4) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;
▼B
(64)
“pożizzjoni ta’ rititolizzazzjoni” tfisser skopertura għal rititolizzazzjoni;
(65)
“tisħiħ fil-kreditu” tfisser arranġament kuntrattwali li bih il-kwalità ta’ kreditu ta’ pożizzjoni f’titolizzazzjoni tittejjeb fir-rigward ta’ dak li kienet tkun, kieku t-titjib ma kienx ġie pprovdut, inkluż it-titjib ipprovdut minn segmenti aktar subordinarji fit-titolizzazzjoni u tipi oħra ta’ protezzjoni ta’ kreditu;
▼M5
(66)
“entità bi skop speċjali ta’ titolizzazzjoni” jew “SSPE” tfisser entità bi skop speċjali ta’ titolizzazzjoni jew SSPE kif definita fil-punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;
(67)
“segment” tfisser segment kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;
▼B
(68)
“evalwazzjoni skont il-valur tas-suq” tfisser il-valwazzjoni tal-pożizzjonijiet bi prezzijiet tal-għeluq disponibbli immedjatement maħruġin minn sors indipendenti, inklużi prezzijiet tal-kambju, prezzijiet ikkwotati fuq l-iskrin, jew kwotazzjonijiet minn diversi sensara finanzjarji indipendenti ta’ reputazzjoni;
(69)
“evalwazzjoni skont mudell” tfisser kwalunkwe valwazzjoni li titqabbel ma' parametru referenzjarju, tiġi estrapolata jew ikkalkulata mod ieħor minn input wieħed jew aktar tas-suq;
(70)
“verifika indipendenti tal-prezz” tfisser proċess li bih l-inputs ta’ prezzijiet tas-suq jew l-ipprezzar skont mudell ikunu vverifikati regolarment għall-akkuratezza u l-indipendenza;
▼C2
(71)
“kapital eliġibbli” tfisser dan li ġej:
(a)
għall-finijiet tat-Titolu III tal-Parti Tnejn tfisser it-total ta' dan li ġej:
(i)
Il-kapital ta' Grad 1 kif imsemmi fl-Artikolu 25, mingħajr ma jiġi applikat it-tnaqqis fl-Artikolu 36(1)(k)(i);
(ii)
Il-kapital ta' Grad 2 kif imsemmi fl-Artikolu 71 li huwa ekwivalenti għal jew anqas minn terz tal-kapital ta' Grad 1 kif ikkalkulat skont il-punt (i) ta' dan il-punt;
(b)
▼M8
għall-finijiet tal-Artikolu 97 tfisser is-somma ta' dawn li ġejjin:
▼C2
(i)
Il-kapital ta' Grad 1 kif imsemmi fl-Artikolu 25;
(ii)
Il-kapital ta' Grad 2 kif imsemmi fl-Artikolu 71 li jkun ekwivalenti jew inqas minn terz tal-kapital ta' Grad 1;
▼B
(72)
“kambju rikonoxxut” tfisser kambju li jissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
▼M9
(a)
huwa suq regolat jew suq ta' pajjiż terz li huwa kkunsidrat ekwivalenti għal suq regolat skont il-proċedura stabbilita fil-punt (a) tal-Artikolu 25(4) tad-Direttiva 2014/65/UE;
▼B
(b)
għandu mekkaniżmu tal-ikklerjar li bih il-kuntratti elenkati fl-Anness II ikunu soġġetti għal rekwiżiti tal-marġini ta’ kuljum li, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti, jipprovdi protezzjoni adatta;
(73)
“benefiċċji tal-pensjoni diskrezzjonarji” tfisser benefiċċji tal-pensjoni mtejba mogħtija fuq bażi diskrezzjonarja minn istituzzjoni lill-impjegat bħala parti mill-pakkkett ta’ remunerazzjoni varjabbli ta’ dak l-impjegat, li ma jinkludux benefiċċji akkumulati mogħtija lill-impjegat skont it-termini tal-iskema tal-pensjonijiet tal-kumpannija;
▼C2
(74)
“valur tas-self ipotekarju” tfisser il-valur tal-proprjetà immobbli kif stabbilit minn valutazzjoni prudenzjali tal-kummerċjabbiltà futura tal-proprjetà billi jitqiesu l-aspetti sostenibbli fuq terminu twil tal-proprjetà, il-kondizzjonijiet normali u l-kondizzjonijiet tas-suq lokali, l-użu kurrenti u l-użu alternattiv xieraq tal-proprjetà.
▼M17
(74a)
“valur tal-proprjetà” tfisser il-valur ta' proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali ddeterminat f'konformità mal-Artikolu 229(1);
▼M17
(75)
“proprjetà residenzjali” tfisser xi waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
proprjetà immobbli li għandha n-natura ta' abitazzjoni u li tissodisfa l-liġijiet u r-regolamenti applikabbli kollha li jippermettu li l-proprjetà tiġi okkupata għal skopijiet ta' abitazzjoni;
(b)
proprjetà immobbli li għandha n-natura ta' abitazzjoni u li għadha qed tinbena, dment li jkun hemm l-aspettattiva li l-proprjetà ser tissodisfa l-liġijiet u r-regolamenti applikabbli kollha li jippermettu li l-proprjetà tiġi okkupata għal skopijiet ta' abitazzjoni;
(c)
id-dritt li wieħed jgħix f'appartamenti f'kooperattivi tal-akkomodazzjoni li jinsabu fl-Iżvezja;
(d)
aċċessorju tal-art għal proprjetà msemmija fil-punt (a), (b) jew (c);
▼M17
(75a)
“proprjetà immobbli kummerċjali” tfisser kwalunkwe proprjetà immobbli li ma hijiex proprjetà residenzjali;
(75b)
“skopertura għall-proprjetà immobbli li tipproduċi introjtu” jew “skopertura IPRE” tfisser skopertura koperta minn proprjetà immobbli residenzjali jew proprjetà kummerċjali waħda jew aktar fejn l-issodisfar tal-obbligazzjonijiet ta' kreditu relatati mal-iskopertura jiddependi materjalment fuq il-flussi ta' flus kontanti ġġenerati minn dawk il-proprjetajiet immobbli li jiggarantixxu din l-iskopertura, aktar milli fuq il-kapaċità tad-debitur li jissodisfa l-obbligazzjonijiet ta' kreditu minn sorsi oħrajn; is-sors primarju ta' tali flussi ta' flus kontanti jkun il-pagamenti tal-kiri, jew ir-rikavat mill-bejgħ ta' proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali;
(75c)
“skopertura ta' proprjetà immobbli li ma tipproduċix introjtu” jew “skopertura mhux IPRE” tfisser kwalunkwe skopertura koperta minn proprjetà immobbli residenzjali jew proprjetà kummerċjali waħda jew aktar li mhijiex skopertura IPRE;
(75d)
“skopertura garantita bi proprjetà residenzjali”, jew “skopertura garantita b'ipoteka fuq proprjetà residenzjali” tfisser skopertura garantita bi proprjetà residenzjali jew skopertura meqjusa bħala tali f'konformità mal-Artikolu 108(4);
(75e)
“skopertura garantita bi proprjetà immobbli kummerċjali”, jew “skopertua garantita b'ipoteka fuq proprjetà immobbli kummerċjali” tfisser skopertura garantita b'ipoteka fuq proprjetà immobbli kummerċjali;
(75f)
“skopertura garantita bi proprjetà immobbli”, jew “skopertura garantita b'ipoteka fuq proprjetà immobbli” jew “skopertura garantita permezz ta’ proprjetà immobbli bħala kollateral” tfisser skopertura garantita permezz ta’ proprjetà immobbli residenzjali jew kummerċjali jew skopertura meqjusa bħala tali f'konformità mal-Artikolu 108(4);
▼B
(76)
“valur tas-suq”, tfisser għall-fini ta’ proprjetà immobbli. l-ammont stmat li għalih il-proprjetà għandha tiġi skambjata fid-data tal-valutazzjoni bejn kompratur li jkun wera r-rieda u venditur li jkun wera r-rieda fi transazzjoni distakkata wara kummerċjalizzazzjoni xierqa fejn kull parti tkun aġixxiet b’mod konxjentement, b’mod prudenti u mingħajr ma tkun taħt pressjoni;
(77)
“qafas tal-kontabbiltà applikabbli” tfisser l-istandards ta' kontabbiltà li għalihom l-istituzzjoni tkun soġġetta skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 jew id-Direttiva 86/635/KEE;
▼M17
(78)
“rata ta' inadempjenza ta' sena” tfisser il-proporzjon bejn l-għadd ta' debituri jew, fejn id-definizzjoni ta' inadempjenza tiġi applikata fil-livell tal-faċilità ta' kreditu skont l-Artikolu 178(1), it-tieni subparagrafu, il-faċilitajiet ta' kreditu li fir-rigward tagħhom titqies li seħħet inadempjenza matul perjodu li jibda minn sena qabel data ta' osservazzjoni T, u l-għadd ta' debituri, jew fejn id-definizzjoni ta' inadempjenza tiġi applikata fil-livell tal-faċilità ta' kreditu skont l-Artikolu 178(1), it-tieni subparagrafu, faċilitajiet ta' kreditu assenjati għal dan il-grad jew aggregazzjoni sena qabel dik id-data ta' osservazzjoni T;
▼M17
(78a)
“skoperturi għall-akkwist ta' art, għall-iżvilupp u għall-kostruzzjoni” jew “skoperturi ADC” tfisser skoperturi għal korporattivi jew għal entitajiet bi skop speċjali li jiffinanzjaw kwalunkwe akkwist ta' art għal skopijiet ta' żvilupp u ta' kostruzzjoni, jew li jiffinanzjaw l-iżvilupp u l-kostruzzjoni ta' kwalunkwe proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali;
(78b)
“skopertura mhux ADC” tfisser kwalunkwe skopertura garantita bi proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali waħda jew aktar li ma hijiex skopertura ADC;
▼M17 —————
▼B
(80)
“finanzjament tal-kummerċ” tfisser finanzjament, inklużi garanziji, marbut mal-iskambju ta’ merkanzija u servizzi permezz ta’ prodotti finanzjarji ta’ maturità fissa għal perijodu ta’ żmien qasir, ġeneralment ta' inqas minn sena, mingħajr differiment awtomatiku;
(81)
“krediti tal-esportazzjoni b'appoġġ uffiċjali” tfisser self jew krediti għall-finanzjament tal-esportazzjoni ta' merkanzija u servizzi li għalihom aġenzija uffiċjali tal-krediti tal-esportazzjoni tipprovdi garanziji, assigurazzjoni jew finanzjament dirett,
▼C2
(82)
“ftehim ta' xiri mill-ġdid” u “operazzjoni ta' bejgħ bil-patt ta' xiri mill-ġdid” tfisser kwalunkwe ftehim li fih istituzzjoni jew il-kontroparti tagħha tittrasferixxi titoli jew prodotti jew drittijiet iggarantiti fir-rigward ta' titolu għal titoli jew prodotti fejn dik il-garanzija tkun inħarġet minn kambju rikonoxxut li jżomm id-drittijiet għat-titoli jew il-prodotti u l-ftehim ma jippermettix lill-istituzzjoni li tittrasferixxi jew tirhan titolu (ta' sigurtà) jew prodott partikolari fi kwalunkwe ħin lil aktar minn kontroparti waħda, soġġett għal impenn li tixtrihom mill-ġdid, jew titoli jew prodotti sostitwiti tal-istess deskrizzjoni bi prezz speċifiku f'data futura speċifika, jew li ser tkun speċifikata, minn min jittrasferixxi, li jkun ftehim ta' xiri mill-ġdid għall-istituzzjoni li tbigħ it-titoli jew prodotti u operazzjoni ta' bejgħ bil-patt ta' xiri mill-ġdid għall-istituzzjoni li tixtrihom;
▼B
(83)
“transazzjoni ta’ xiri mill-ġdid” tfisser kwalunkwe transazzjoni regolata minn ftehim ta’ xiri mill-ġdid jew minn operazzjoni ta' bejgħ bil-patt ta' xiri mill-ġdid;
(84)
“ftehim sempliċi ta’ xiri mill-ġdid” tfisser transazzjoni ta’ xiri mill-ġdid ta’ ass wieħed jew ta' assi simili, mhux kumplessi, kuntrarjament għal ġabra ta’ assi;
(85)
“pożizzjonijiet miżmuma b’intenzjoni ta' negozjar” tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
pożizzjonijiet proprjetarji u pożizzjonijiet li jitnisslu minn servizzi għall-klijenti u mill-appoġġ għall-iskambji (market making);
(b)
pożizzjonijiet maħsuba għar-rivendita f'terminu qasir;
(c)
pożizzjonijiet maħsuba biex jibbenefikaw minn differenzi fil-prezz reali jew mistennija ta' terminu qasir bejn il-prezzijiet tax-xiri u l-prezzijiet tal-bejgħ jew minn varjazzjonijiet oħra fil-prezz jew fir-rata tal-imgħax;
▼M8
(86)
“portafoll tan-negozjar” tfisser il-pożizzjonijiet kollha fl-istrumenti finanzjarji u fil-komoditajiet miżmuma minn istituzzjoni bil-ħsieb ta' negozju jew biex tiħħeġġja l-pożizzjonijiet miżmuma bil-ħsieb ta' negozju f'konformità mal-Artikolu 104;
▼B
(87)
“faċilità multilaterali ta' negozjar” tfisser faċilità multilaterali ta' negozjar kif definit fil-punt 15 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/39/KE;
▼C2
(88)
“kontroparti ċentrali li tikkwalifika” jew “QCCP” tfisser kontroparti ċentrali li jew ġiet awtorizzata f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew rikonoxxuta f'konformità mal-Artikolu 25 ta' dak ir-Regolament;
▼B
(89)
“fond ta’ inadempjenza” tfisser fond stabbilit minn CCP skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u użat skont l-Artikolu 45 ta' dak ir-Regolament;
(90)
“kontribuzzjoni prefinanzjata għall- fond ta' garanzija f'każ ta' inadempjenza ta' CCP” tfisser kontribuzzjoni għall-fond ta’ garanzija f'każ ta' inadempjenza ta' CCP li titħallas minn istituzzjoni;
▼M8
(91)
“skopertura ta' negozju” tfisser skopertura attwali, inkluż marġini ta' varjazzjoni dovut lill-membru tal-ikklerjar iżda li għadha ma ġietx riċevuta, u kwalunkwe skopertura potenzjali futura ta' membru tal-ikklerjar jew klijent, lil CCP li tirriżulta minn kuntratti u tranżazzjonijiet elenkati fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 301(1), kif ukoll marġni inizjali;
▼B
(92)
“suq regolat” tfisser suq regolat kif definit fil-punt (14) tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/39/KE;
(93)
“lieva finanzjarja” tfisser id-daqs relattiv tal-assi ta’ istituzzjoni, l-obbligi li ma jidhrux u l-obbligi kontinġenti ta’ pagament jew ta’ konsenja jew ta’ forniment ta’ kollateral, inklużi l-obbligi minn finanzjament riċevut, impenji magħmula, derivati jew ftehimiet ta’ xiri mill-ġdid, imma esklużi l-obbligi li jistgħu jiġu infurzati biss matul il-likwidazzjoni ta’ istituzzjoni, meta mqabbla mal-fondi proprji ta’ dik l-istituzzjoni;
(94)
“riskju ta’ lieva finanzjarja eċċessiva” tfisser ir-riskju li jirriżulta mill-vulnerabbiltà ta’ istitizzjoni minħabba lieva finanzjarja jew lieva finanzjarja kontinġenti li tista’ teħtieġ miżuri korrettivi mhux intenzjonati għall-pjan imprenditorjali tagħha, inkluż il-bejgħ b'urġenza ta’ assi li jista’ jirriżulta f’telf jew f’aġġustamenti tal-valutazzjoni tal-assi li jkun fadlilha;
(95)
'aġġustament ġenerali tar-riskju tal-kreditu' tfisser l-ammont tal-provvediment għat-telf speċifiku u ġenerali minħabba r-riskji tal-kreditu fuq is-self li kien rikonoxxut fir-rapporti finanzjarji tal-istituzzjoni f'konformità mal-qafas tal-kontabbiltà applikabbli;
▼M8
(96)
“ħeġġ intern” tfisser pożizzjoni li materjalment tikkumpensa l-elementi tar-riskju tal-komponent bejn pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar u pożizzjoni waħda jew iktar tal-portafoll mhux tan-negozjar jew bejn żewġ postijiet tan-negozjar;
▼B
(97)
'obbligu ta’ riferiment' tfisser obbligu użat għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur tas-saldu fi flus ta' derivat tal-kreditu;
(98)
“istituzzjoni esterna tal-valutazzjoni tal-kreditu” jew “ECAI”(external credit assessment institution) tfisser aġenzija ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu li hi reġistrata jew ċertifikata skont ir-Regolament (KE) Nru 1060/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar aġenziji li jiggradaw il-kreditu (
15
) jew bank ċentrali li joħroġ klassifikazzjonijiet tal-kreditu li huma eżentati mill-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009;
(99)
“ECAI nominata” tfisser ECAI nominata minn istituzzjoni;
(100)
“introjtu ieħor komprensiv akkumulat” għandha l-istess tifsira bħal tal-Istandard Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS) 1, kif applikabbli skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002;
(101)
'fondi proprji bażiċi' tfisser fondi proprji bażiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 88 tad- Direttiva 2009/138/KE;
(102)
“elementi tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 1” tfisser elementi ta’ fondi proprji bażiċi ta’ impriżi soġġetti għar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/138/KE meta dawk l- elementi jkunu kklassifikati fil-Grad 1 skont it-tifsira tad-Direttiva 2009/138/KE f'konformità mal-Artikolu 94(1) ta’ dik id-Direttiva;
(103)
“elementi tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 1 addizzjonali” tfisser elementi ta’ fondi proprji bażiċi ta’ impriżi soġġetti għar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/138/KE fejn dawk l-elementi jkunu kklassifikati fil-Grad 1 fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2009/138/KE skont l-Artikolu 94(1) ta’ dik id-Direttiva u l-inklużjoni ta’ dawk l-elementi tkun limitata bl-atti ddelegati adottati skont tal-Artikolu 99 ta’ dik id-Direttiva;
(104)
“elementi tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 2” tfisser elementi ta’ fondi proprji bażiċi ta’ impriżi soġġetti għar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/138/KE fejn dawk l-elementi jkunu kklassifikati fil-Grad 2 fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2009/138/KE skont l-Artikolu 94(2) ta’ dik id-Direttiva;
(105)
“elementi tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 3” tfisser elementi ta’ fondi proprji bażiċi ta’ impriżi soġġetti għar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/138/KE fejn dawk l-elementi jkunu kklassifikati fil-Grad 3 fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 2009/138/KE skont l-Artikolu 94(3) ta’ dik id-Direttiva;
(106)
“assi ta’ taxxa differita” għandha l-istess tifsira bħal dik skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli;
(107)
“assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabbiltà futura” tfisser l-assi ta’ taxxa differita li l-valur tagħhom fil-ġejjieni jista’ jiġi realizzat biss fil-każ li l-istituzzjoni tiġġenera profitt taxxabbli fil-ġejjieni;
(108)
“obligazzjonijiet ta’ taxxa differita” għandha l-istess tifsira bħal dik skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli;
(109)
“assi ta’ fond tal-pensjoni b’benefiċċju definit” tfisser l-assi ta’ fond jew pjan tal-pensjoni definit, kif applikabbli, ikkalkulati wara li jkunu tnaqqsu bl-ammont ta’ obbligi skont l-istess fond jew pjan;
(110)
“distribuzzjonijiet” tfisser il-pagament ta’ dividendi jew imgħax fi kwalunkwe forma;
(111)
“impriża finanzjarja” għandha l-istess tifsira bħal dik skont il-punti (25)(b) u (d) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE;
(112)
“fondi għal riskju bankarju ġenerali” għandha l-istess tifsira bħal dik skont l-Artikolu 38 tad-Direttiva 86/635/KEE;
(113)
“avvjament” għandha l-istess tifsira bħal dik skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli;
▼M17
(114)
“holding indiretta” tfisser kwalunkwe skopertura għal entità intermedja li jkollha skopertura għal strumenti kapitali maħruġin minn entità tas-settur finanzjarju jew għal obbligazzjonijiet maħruġin minn istituzzjoni fejn, fil-każ li l-istrumenti kapitali maħruġin mill-entità tas-settur finanzjarju jew tal-obbligazzjonijiet maħruġin mill-istituzzjoni jiġu permanentement ikkanċellati, it-telf li l-istituzzjoni ġġarrab bħala riżultat ma jkunx materjalment differenti mit-telf li l-istituzzjoni ġġarrab minn holding diretta ta' dawk l-istrumenti ta' kapital maħruġin mill-entità tas-settur finanzjarju jew minn dawk l-obbligazzjonijiet maħruġin mill-istituzzjoni;
▼B
(115)
“assi intanġibbli” għandha l-istess tifsira bħal dik skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli u tinkludi l-avvjament;
(116)
“strumenti ta' kapital oħra” tfisser strumenti ta' kapital maħruġa minn entitajiet tas-settur finanzjarju li ma jikkwalifikawx bħala strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1, Grad 1 addizzjonali jew Grad 2 jew elementi tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 1, elementi tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 1 addizzjonali, elementi tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 2 jew elementi tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 3;
(117)
“riżervi oħra” tfisser riżervi fi ħdan it-tifsira tal-qafas tal-kontabbiltà applikabbli li jkunu meħtieġa li jintwerew skont l-istandard tal-kontabbiltà applikabbli, bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe ammonti diġà inklużi fi introjtu ieħor komprensiv akkumulat jew qligħ miżmum;
(118)
“fondi proprji” tfisser it-total ta’ kapital ta’ Grad 1 u kapital ta’ Grad 2;
(119)
“strumenti ta’ fondi proprji” tfisser strumenti ta' kapital maħruġa mill-istituzzjoni li jikkwalifikaw bħala strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1, Grad 1 Addizzjonali jew Grad 2;
(120)
'interessi minoritarji' tfisser l-ammont ta' kapital ta' Grad 1 tal-Ekwità Komuni ta’ sussidjarja ta' istituzzjoni li huwa attribwibbli għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi minbarra dawk inklużi fl-ambitu tal-konsolidazzjoni prudenzjali tal-istituzzjoni;
(121)
“profitt” għandha l-istess tifsira bħal dik skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli;
(122)
“holding inkroċjata reċiproka” tfisser holding minn istituzzjoni ta’ strumenti ta’ fondi proprji jew strumenti ta' kapital oħra maħruġa minn entitajiet tas-settur finanzjarju meta dawk l-entitajiet iżommu wkoll strumenti ta’ fondi proprji maħruġa mill-istituzzjoni;
(123)
“qligħ miżmum” tfisser profitti jew telf riportati għas-sena ta’ wara bħala riżultat tal-applikazzjoni finali tal-profitt jew it-telf skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli;
(124)
“kont tal-primjum azzjonarju” għandha l-istess tifsira bħal dik skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli;
(125)
“differenzi temporanji” għandha l-istess tifsira bħal dik skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli;
▼M17
(126)
“holding sintetika” tfisser investiment minn istituzzjoni fi strument finanzjarju li l-valur tiegħu jkun direttament marbut mal-valur tal-istrumenti ta' kapital maħruġin minn entità tas-settur finanzjarju jew mal-valur tal-obbligazzjonijiet maħruġin minn istituzzjoni;
▼B
(127)
'skema ta' garanzija trasversali' tfisser skema li tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
▼M8
(a)
l-istituzzjonijiet jaqgħu fi ħdan l-istess skema ta' protezzjoni istituzzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 113(7) jew huma affiljati b'mod permanenti ma' netwerk f'korp ċentrali;
▼M17
(b)
l-istituzzjonijiet huma kkonsolidati bis-sħiħ f'konformità mal-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE u huma inklużi fis-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata ta' istituzzjoni li hija l-istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru f'konformità mal-Ewwel Parti, it-Titolu II, il-Kapitolu 2, ta' dan ir-Regolament u soġġetta għar-rekwiżiti tal-fondi proprji;
▼B
(c)
l-istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru u s-sussidjarji huma stabbiliti fl-istess Stat Membru u huma soġġetti għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni mill-istess awtorità kompetenti;
(d)
l-istituzzjoni prinċipali fi Stat Membri u s-sussidjarji daħlu f'arranġament ta' responsabbiltà kuntrattwali jew statutorju li jipproteġi lil dawk l-istituzzjonijiet u partikolarment jiżgura l-likwidità u s-solvenza tagħhom, sabiex jiġi evitat il-falliment f'każ li dan isir meħtieġ;
(e)
arranġamenti huma stabbiliti biex jiżguraw l-għoti minnufih ta' mezzi finanzjarji f'termini ta' kapital u likwidità jekk ikun meħtieġ taħt l-arranġament ta' responsabbiltà kuntrattwali jew statutorju msemmi fil-punt (d);
(f)
l-adegwatezza tal-arranġamenti msemmija fil-punti (d) u (e) tkun issorveljata fuq bażi regolari mill-awtorità kompetenti;
(g)
il-perijodu minimu ta' avviż għal ħruġ volontarju ta' sussidjarja mill-arranġament ta' responsabbiltà huwa ta' 10 snin;
(h)
l-awtorità kompetenti għandha s-setgħa li tipprojbixxi ħruġ volontarju ta' sussidjarja mill-arranġament ta' responsabbiltà;
▼M8
(128)
“elementi distribwibbli” tfisser l-ammont tal-profitti fi tmiem l-aħħar sena finanzjarja flimkien ma kwalunkwe profitt riportat għas-sena ta' wara u riżervi disponibbli għal dak l-għan, qabel id-distribuzzjonijiet lil detenturi ta' strumenti ta' fondi proprji, bit-tnaqqis ta' kwalunkwe telf riportat għas-sena ta' wara, kwalunkwe profitt mhux distribwibbli skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali jew il-liġi sekondarja tal-istituzzjoni u kwalunkwe somma li tqiegħdet f'riżervi mhux distribwibbli f'konformità mal-liġi nazzjonali jew l-istatuti tal-istituzzjoni, f'kull każ fir-rigward ta' kategorija speċifika ta' strumenti ta' fondi proprji, li għaliha japplikaw il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali, il-liġijiet sekondarji tal-istituzzjonijiet, jew l-istatuti; tali profitti, telf u riżervi ddeterminati abbażi tal-kontijiet individwali tal-istituzzjoni u mhux abbażi tal-kontijiet ikkonsolidata;
▼M5
(129)
“ġestur” tfisser ġestur kif definit fil-punt (13) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/2402;
▼M8
(130)
“awtorità ta' riżoluzzjoni” tfisser awtorità ta' riżoluzzjoni kif definita fil-punt (18) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE;
▼M15
(130a)
“awtorità rilevanti ta’ pajjiż terz” tfisser awtorità ta’ pajjiż terz kif definita fl-Artikolu 2(1), il-punt (90), tad-Direttiva 2014/59/UE;
▼M8
(131)
“entità ta' riżoluzzjoni” tfisser entità ta' riżoluzzjoni kif definita fil-punt (83a) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE;
(132)
“grupp ta' riżoluzzjoni” tfisser grupp ta' riżoluzzjoni kif definit fil-punt (83b) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE;
(133)
“istituzzjoni globali sistemikament importanti” jew “G-SII” tfisser G-SII li tkun ġiet identifikata skont l-Artikolu 131(1) u (2) tad-Direttiva 2013/36/UE;
(134)
“istituzzjoni globali sistemikament importanti mhux tal-UE” jew “G-SII mhux tal-UE” tfisser grupp bankarju globali sistematikament importanti jew bank (G-SIBs) li mhuwiex G-SIIs u li huwa inkluż fil-lista ta' G-SIBs ippubblikata mill-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja, kif aġġornata b'mod regolari;
(135)
“sussidjarja materjali” tfisser sussidjarja li fuq bażi individwali jew konsolidata tissodisfa kwalunkwe waħda minn dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
is-sussidjarja għandha iktar minn 5 % tal-assi konsolidati ponderati għar-riskju tal-impriża prinċipali oriġinali tagħha;
(b)
is-sussidjarja tiġġenera iktar minn 5 % tal-introjtu operatorju totali tal-impriża prinċipali oriġinali tagħha;
(c)
il-kejl tal-iskopertura totali, imsemmi fl-Artikolu 429(4) ta' dan ir-Regolament, tas-sussidjarja huwa iktar minn 5 % tal-kejl tal-iskopertura totali konsolidata tal-impriża prinċipali oriġinali tagħha;
għall-fini li tiġi ddeterminata s-sussidjarja materjali, fejn japplika l-Artikolu 21b(2) tad-Direttiva 2013/36/UE, iż-żewġ impriżi prinċipali intermedji tal-UE għandhom jitqiesu bħala sussidjarja unika fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom;
(136)
“entità G-SII” tfisser entità b'personalità ġuridika li hija G-SII jew hija parti minn G-SII jew minn G-SII mhux tal-UE;
(137)
“għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna” tfisser għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna kif definita fil-punt (57) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE;
(138)
“grupp” tfisser grupp ta' impriżi li minnhom tal-inqas waħda hija istituzzjoni u li jikkonsisti minn impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha, jew minn impriżi li huma relatati ma' xulxin kif stabbilit fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
16
);
(139)
“tranżazzjoni ta' finanzjament tat-titoli” tfisser tranżazzjoni ta' riakkwist, tranżazzjoni ta' għoti jew teħid b'self ta' titoli jew ta' komoditajiet, jew tranżazzjoni ta' self b'marġni;
(140)
“marġni inizjali” jew “IM” tfisser kwalunkwe kollateral, għajr il-marġni varjabbli, miġbur minn jew mogħti lil entità biex tkopri l-iskopertura attwali u futura potenzjali ta' tranżazzjoni jew ta' portafoll ta' tranżazzjonijiet fil-perijodu meħtieġ biex jiġu likwidati dawk it-tranżazzjonijiet, jew biex jiġu ħħeġġjati mill-ġdid ir-riskju tas-suq tagħhom, wara l-inadempjenza tal-kontroparti għat-tranżazzjoni jew il-portafoll ta' tranżazzjonijiet;
(141)
“riskju tas-suq” tfisser ir-riskju ta' telf li jirriżulta minn movimenti fil-prezzijiet tas-suq, inkluż fir-rati tal-kambju jew fil-prezzijiet ta' komoditajiet;
(142)
“riskju tal-kambju” tfisser ir-riskju ta' telf li jirriżulta minn movimenti fir-rati tal-kambju;
(143)
“riskju ta' komoditajiet” tfisser ir-riskju ta' telf li jirriżulta minn movimenti fil-prezzijiet tal-komoditajiet;
▼M17
(144)
“post tan-negozjar” tfisser grupp identifikat tajjeb ta' kummerċjanti stabbilit mill-istituzzjoni f'konformità mal-Artikolu 104b(1) sabiex jimmaniġġa b'mod konġunt portafoll ta' pożizzjonijiet tal-portafoll tan-negozjar, jew il-pożizzjonijiet tal-portafoll mhux tan-negozjar imsemmija fil-paragrafi (5) u (6) ta' dak l-Artikolu, f'konformità ma' strateġija kummerċjali definita tajjeb u konsistenti u li jopera taħt l-istess struttura ta' ġestjoni tar-riskju;
▼M8
(145)
“istituzzjoni żgħira u mhux kumplessa” tfisser istituzzjoni li tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
ma tkunx istituzzjoni kbira;
(b)
il-valur totali tal-assi tagħha fuq bażi individwali jew, fejn applikabbli, fuq bażi konsolidata f'konformità ma' dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE tkun bħala medja indaqs jew inqas mil-livell limitu ta' EUR 5 biljun matul il-perijodu ta' erba' snin immedjatament qabel il-perijodu annwali attwali ta' rappurtar; L-Istati Membri jistgħu jbaxxu dak il-livell limitu;
(c)
hi ma tkun soġġetta għal ebda obbligu jew tkun soġġetta għal obbligi simplifikati, b'rabta mal-ippjanar ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni f'konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/59/UE;
(d)
il-portafoll tan-negozjar tagħha jkun ikklassifikat bħala żgħir fis-sens tal-Artikolu 94(1);
(e)
il-valur totali tal-pożizzjonijiet derivattivi tagħha miżmuma b'intenzjoni ta' negozjar ma jaqbiżx 2 % tat-total tal-assi u tal-elementi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ totali tagħha u il-valur totali tal-pożizzjonijiet derivattivi totali tagħha ma jaqbiżx 5 %, it-tnejn ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 273a(3);
▼M17
(f)
l-assi jew l-obbligazzjonijiet konsolidati tal-istituzzjoni relatati ma' attivitajiet ma' kontropartijiet li jinsabu fiż-Żona Ekonomika Ewropea, eskluż l-iskoperturi intragrupp fiż-Żona Ekonomika Ewropea, it-tnejn li huma jeċċedu l-75 % tat-total tal-karta tal-bilanċ konsolidata tal-istituzzjoni, eskluż fiż-żewġ każijiet l-iskopertura intragrupp;
▼M8
(g)
l-istituzzjoni ma tużax mudelli interni biex tissodisfa r-rekwiżiti prudenzjali skont dan ir-Regolament ħlief għal sussidjarji li jużaw mudelli interni żviluppati fuq livell ta' grupp, sakemm il-grupp ikun soġġett għar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 433a jew 433c fuq bażi konsolidata;
(h)
l-istituzzjoni ma opponietx il-kwalifika ta' istituzzjoni żgħira u mhux kumplessa mal-awtoritajiet kompetenti;
(i)
l-awtorità kompetenti ma ddeċidietx li, abbażi ta' analiżi tad-daqs, l-interkonnettività, il-kumplessità jew il-profil tar-riskju, l-istituzzjoni ma għandhiex titqies bħala istituzzjoni żgħira u mhux kumplessa;
(146)
“istituzzjoni kbira” tfisser istituzzjoni li tissodisfa kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
(b)
hi tkun ġiet identifikata bħala istituzzjoni sistemikament importanti oħra (O-SII) f'konformità mal-Artikolu 131(1) u (3) tad-Direttiva 2013/36/UE;
(c)
hi tkun, fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita, waħda mill-ikbar tliet istituzzjonijiet skont il-valur totali ta' assi;
(d)
il-valur totali tal-assi tagħha fuq bażi individwali jew, fejn applikabbli, fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħha f'konformità ma' dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE jkun indaqs jew akbar minn EUR 30 biljun;
(147)
“sussidjarja kbira” tfisser sussidjarja li tikkwalifika bħala istituzzjoni kbira;
(148)
“istituzzjoni mhux elenkata” tfisser istituzzjoni li ma tkunx ħarġet it-titoli li huma ammessi għan-negozjar f'suq regolat ta' xi Stat Membru, kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(149)
“rapport finanzjarju” tfisser, għall-finijiet tal-Parti Tmienja, rapport finanzjarju fis-sens tal-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
17
);
▼M9
(150)
“negozjant tal-komoditajiet u tal-kwoti tal-emissjonijiet” tfisser impriża li n-negozju prinċipali tagħha jikkonsisti esklużivament fil-forniment ta’ servizzi jew ta’ attivitajiet ta’ investiment relatati ma’ derivati ta’ komoditajiet jew ma’ kuntratti ta’ derivati ta’ komoditajiet imsemmija fil-punti (5), (6), (7), (9) u (10), derivati tal-kwoti tal-emissjonijiet imsemmija fil-punt 4, jew kwoti tal-emissjonijiet imsemmija fil-punt 11 tat-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;
▼M17
(151)
“skopertura rotanti” tfisser skopertura li fiha l-bilanċ pendenti tal-mutwatarju jitħalla jvarja skont id-deċiżjonijiet tiegħu ta' teħid ta' self u ta' ripagament, sa limitu miftiehem;
(152)
“skopertura ta' tranżattur” tfisser kwalunkwe skopertura rotanti li jkollha tal-anqas 12-il xahar ta' storja ta' ripagamenti u li tkun waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
skopertura li għaliha, fuq bażi regolari ta' tal-anqas kull 12-il xahar, il-bilanċ li jkollu jitħallas lura fid-data tar-ripagament skedata li jmiss jiġi ddeterminat bħala l-ammont prelevat f'data ta' referenza predefinita, b'data tar-ripagament skedata mhux aktar tard minn 12-il xahar, dment li l-bilanċ ikun tħallas lura kompletament f'kull data ta' ripagament skedata għat-12-il xahar preċedenti;
(b)
faċilità ta' overdraft li fiha ma kien hemm l-ebda ġbid ta' kreditu matul it-12-il xahar preċedenti;
(153)
“entità tas-settur tal-fjuwils fossili” tfisser kumpanija, intrapriża jew impriża kklassifikata statistikament bħala li għandha l-attività ekonomika prinċipali tagħha fis-settur tal-faħam, taż-żejt jew tal-gass tal-attivitajiet ekonomiċi, kif stabbilit fl-Anness XXXIX, il-Mudell 3, tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/637 (
18
) u kif identifikat b'referenza għall-kodiċijiet tal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi (NACE Reviżjoni 2) elenkati fl-Anness I, it-Taqsimiet B, C, D u G, tar-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
19
); meta l-attività ekonomika prinċipali ta' kumpanija, intrapriża jew impriża ma tkunx ikklassifikata bl-użu tal-kodiċijiet tan-NACE Reviżjoni 2 stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006, jew klassifikazzjoni nazzjonali derivata minnhom, l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw b'mod konservattiv jekk tali kumpanija, intrapriża jew impriża għandhiex l-attività prinċipali tagħha f'wieħed minn dawk is-setturi;
(154)
“skoperturi soġġetti għall-impatt ta' fatturi ambjentali jew soċjali” tfisser skoperturi li jfixklu l-ambizzjoni tal-Unjoni li tilħaq l-objettivi regolatorji tagħha relatati mal-fatturi ESG, b'mod li jista' jkollu impatt finanzjarju negattiv fuq l-istituzzjonijiet fl-Unjoni;
(155)
“entità bankarja parallela” tfisser entità li twettaq attivitajiet bankarji barra mill-qafas regolat.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punti (1)(b)(ii) u (iii), meta l-impriża tkun parti minn grupp ta' pajjiż terz, l-assi totali ta' kull fergħa tal-grupp ta' pajjiż terz awtorizzati fl-Unjoni għandhom jiġu inklużi fil-valur totali kkombinat tal-assi tal-impriżi kollha fil-grupp. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (1)(b)(iii), is-superviżur konsolidanti jista' jitlob l-informazzjoni rilevanti kollha mill-impriża sabiex jieħu d-deċiżjoni tiegħu. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (52a), ir-riskju legali ma għandux jinkludi rifużjonijiet lil partijiet terzi jew lil impjegati u pagamenti ta' avvjament minħabba opportunitajiet ta' negozju, fejn ma jkun seħħ l-ebda ksur ta' xi regola jew ta' mġiba etika u meta l-istituzzjoni tkun issodisfat l-obbligi tagħha fil-ħin. Ir-riskju legali lanqas ma għandu jinkludi l-ispejjeż legali esterni meta l-avveniment li jwassal għal dawk l-ispejjeż esterni ma jkunx avveniment ta' riskju operazzjonali. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (145)(e), ta' dan il-paragrafu, istituzzjoni tista' teskludi pożizzjonijiet derivattivi li tkun daħlet fihom mal-klijenti mhux finanzjarji tagħha u l-pożizzjonijiet ta' derivattivi li tuża sabiex tiħħeġġja dawk il-pożizzjonijiet, dment li l-valur ikkombinat tal-pożizzjonijiet esklużi kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 273a(3) ma jaqbiżx l-10 % tal-assi totali tal-istituzzjoni li jidhru fil-karta tal-bilanċ u li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ.
|
|
Article 4 2.
|
Where reference in this Regulation is made to immovable property, to residential property or commercial immovable property or to a mortgage on such property, it shall include shares in Finnish residential housing companies operating in accordance with the Finnish Housing Company Act of 1991 or subsequent equivalent legislation. Member States or their competent authorities may allow shares constituting an equivalent indirect holding of immovable property to be treated as a direct holding of immovable property provided that such an indirect holding is specifically regulated in the national law of the Member State concerned and that, when pledged as collateral, it provides equivalent protection to creditors.
|
|
Artikolu 4 3.
|
Il-finanzjament tal-kummerċ kif imsemmi fil-punt (80) tal-paragrafu 1 huwa ġeneralment mingħajr rabta u jeħtieġ dokumentazzjoni transazzjonali ta’ appoġġ sodisfaċenti għal kull talba ta’ ġbid ta’ kreditu li tippermetti r-rifjut tal-finanzjament f’każ ta’ kwalunkwe dubju dwar l-affidabbiltà tal-kreditu jew id-dokumentazzjoni transazzjonali ta’ appoġġ. Il-pagament lura tal-iskoperturi tal-finanzjament tal-kummerċ normalment ma jiddependix minn min jissellef, il-fondi minflok jiġu minn flus kontanti rċevuti minn importaturi jew li jirriżultaw minn dħul mill-bejgħ tal-oġġetti involuti.
|
|
Artikolu 4 4.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw f'liema ċirkostanzi jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punt (39) tal-paragrafu 1. L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020. Il-Kummissjoni hija ddelegata bis-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 4 5.
|
Sal-10 ta’ Jannar 2026, l-EBA għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, li jispeċifikaw il-kriterji għall-identifikazzjoni tal-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (18), ta' dan l-Artikolu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|