+Artikolu 32 Assi titolizzati
---+Artikolu 32 1.
---+Artikolu 32 2.

Artikolu 32 Assi titolizzati

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 32 1.

Istituzzjoni għandha teskludi minn kwalunkwe element ta’ fondi proprji kwalunkwe żieda fl-ekwità tagħha skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli li tirriżulta minn assi titolizzati, inklużi dawn li ġejjin:

(a) 

tali żieda assoċjata ma’ introjtu ta’ marġini futur li jirriżulta fi qligħ fuq il-bejgħ għal dik l-istituzzjoni;

(b) 

meta l-istituzzjoni tkun l-oriġinatur ta’ titolizzazzjoni, iż-żidiet netti li jitnisslu mill-kapitalizzazzjoni ta’ introjtu futur mill-assi titolizzati li jipprovdu tisħiħ fil-kreditu lill-pożizzjonijiet fit-titolizzazzjoni.

Artikolu 32 2.
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar il-kunċett ta’ qligħ fuq il-bejgħ imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit