+Artikolu 38 Tnaqqis ta’ assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabbiltà futura
---+Artikolu 38 1.
---+Artikolu 38 2.
---+Artikolu 38 3.
---+Artikolu 38 4.
---+Artikolu 38 5.
|
Artikolu 38 Tnaqqis ta’ assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabbiltà futura
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 38 1.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta’ assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabbiltà futura li jeħtieġu li jitnaqqsu skont dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 38 2.
|
Ħlief għal meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 jiġu ssodisfati, l-ammont ta’ assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabbiltà futura, għandu jiġi kkalkulat mingħajr ma jitnaqqas bl-ammont ta’ obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita assoċjati tal-istituzzjoni.
|
|
Artikolu 38 3.
|
L-ammont ta’ assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabbiltà futura jista’ jitnaqqas bl-ammont ta’ obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita assoċjati tal-istituzzjoni, sakemm il-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:
(a)
l-entità għandha dritt legalment infurzabbli skont id-dritt nazzjonali applikabbli ta' tpaċija ta' dawk l-assi kurrenti ta' taxxa mal-obbligazzjonijiet kurrenti ta' taxxa;
(b)
l- assi ta' taxxa differita u l-obbligazzjonijiet ta' taxxa differita jikkonċernaw taxxi imposti mill-istess awtorità ta' tassazzjoni u fuq l-istess entità taxxabbli.
|
|
Artikolu 38 4.
|
L-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differitai assoċjati tal-istituzzjoni użati għall-fini tal-paragrafu 3 ma jistgħux jinkludu obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita li jnaqqsu l-ammont ta’ assi intanġibbli jew assi ta’ fondi ta’ pensjonijiet b’benefiċċju definit li jeħtieġ li jitnaqqsu.
|
|
Artikolu 38 5.
|
L-ammont tal-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita assoċjati msemmija fil-paragrafu 4 għandu jiġi allokat bejn dawn li ġejjin:
(a)
assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profitabbiltà futura u jitnisslu minn differenzi temporanji li mhumiex imnaqqsa skont l-Artikolu 48(1);
(b)
assi oħra kollha ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profitabbiltà futura.
L-istituzzjonijiet għandhom jallokaw l-obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita assoċjati skont il-proporzjon tal-assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profitabbiltà futura li jkunu rappreżentati mill-elementi msemmija fil-punti (a) u (b).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|