+Subtaqsima 1 Tnaqqis mill-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1
---+Artikolu 36 Tnaqqis mill-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1
------+Artikolu 36 1.
------+Artikolu 36 2.
------+Artikolu 36 3.
------+Artikolu 36 4.
------+Artikolu 36 5.
---+Artikolu 37 Tnaqqis ta’ assi intanġibbli
---+Artikolu 38 Tnaqqis ta’ assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabbiltà futura
------+Artikolu 38 1.
------+Artikolu 38 2.
------+Artikolu 38 3.
------+Artikolu 38 4.
------+Artikolu 38 5.
---+Artikolu 39 Pagamenti żejda ta' taxxa, riporti ta' telf fiskali u assi ta' taxxa differita li ma jiddependux fuq il-profitabbiltà futura
------+Artikolu 39 1.
------+Artikolu 39 2.
---+Artikolu 40 Tnaqqis ta’ ammonti negattivi li jirriżultaw mill-kalkolu tal-ammonti ta’ telf mistennija
---+Artikolu 41 Tnaqqis ta’ assi ta’ fond tal-pensjoni b’benefiċċju definit
------+Artikolu 41 1.
------+Artikolu 41 2.
---+Artikolu 42 Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti proprji ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1
---+Artikolu 43 Investiment sinifikanti f'entità tas-settur finanzjarju
---+Artikolu 44 Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju u meta istituzzjoni jkollha holding inkroċjata reċiproka mfassla artifiċjalment għall-inflazzjoni tal-fondi proprji
---+Artikolu 45 Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju
---+Artikolu 46 Tnaqqis tal-holdings ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 fejn istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’entità tas-settur finanzjarju
------+Artikolu 46 1.
------+Artikolu 46 2.
------+Artikolu 46 3.
------+Artikolu 46 4.
------+Artikolu 46 5.
---+Artikolu 47 Tnaqqis tal-holdings ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 meta istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’entità tas-settur finanzjarju
---+Artikolu 47a Skoperturi improduttivi
------+Artikolu 47a 1.
------+Artikolu 47a 2.
------+Artikolu 47a 3.
------+Artikolu 47a 4.
------+Artikolu 47a 5.
------+Artikolu 47a 6.
------+Artikolu 47a 7.
---+Artikolu 47b Miżuri ta' tolleranza
------+Artikolu 47b 1.
------+Artikolu 47b 2.
------+Artikolu 47b 3.
------+Artikolu 47b 4.
---+Artikolu 47c Tnaqqis tal-iskoperturi improduttivi
------+Artikolu 47c 1.
------+Artikolu 47c 2.
------+Artikolu 47c 3.
------+Artikolu 47c 4.
------+Artikolu 47c 4a.
------+Artikolu 47c 5.
------+Artikolu 47c 6.

Subtaqsima 1 Tnaqqis mill-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1

Subtaqsima 1 Tnaqqis mill-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 36 Tnaqqis mill-elementi ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 -
Artikolu 37 Tnaqqis ta’ assi intanġibbli

Artikolu 37

Tnaqqis ta’ assi intanġibbli

L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont tal-assi intanġibbli li jrid jitnaqqs skont dawn li ġejjin:

(a) 

l-ammont li jrid jitnaqqas għandu jitnaqqas mill-ammont ta’ obbligazzjonijiet ta’ taxxa differita assoċjati li jitneħħew jekk l-assi intanġibbli jsiru deterjorati jew ma jibqgħux rikonoxxuti skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli;

(b) 

l-ammont li jrid jitnaqqas għandu jinkludi l-avvjament inkluż fil-valutazzjoni ta’ investimenti sinifikanti tal-istituzzjoni;

▼M8

(c) 

l-ammont li għandu jitnaqqas għandu jitnaqqas bl-ammont tar-rivalutazzjoni kontabilistika tal-assi intanġibbli tas-sussidjarji derivati mill-konsolidazzjoni ta' sussidjarji attribwibbli għal persuni għajr l-impriżi inklużi fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed.

▼B

Artikolu 38 Tnaqqis ta’ assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabbiltà futura -
Artikolu 39 Pagamenti żejda ta' taxxa, riporti ta' telf fiskali u assi ta' taxxa differita li ma jiddependux fuq il-profitabbiltà futura -
Artikolu 40 Tnaqqis ta’ ammonti negattivi li jirriżultaw mill-kalkolu tal-ammonti ta’ telf mistennija

Artikolu 40

Tnaqqis ta’ ammonti negattivi li jirriżultaw mill-kalkolu tal-ammonti ta’ telf mistennija

L-ammont li jrid jitnaqqas skont il-punt (d) tal-Artikolu 36(1) m’għandux jitnaqqas permezz ta’ żieda fil-livell tal-assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabbiltà futura, jew effetti oħra ta’ taxxa addizzjonali, ►C2  li jistgħu jseħħu li kieku l-proviżjonijiet kellhom jiżdiedu sal-livell ta' telf mistenni msemmi fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta. ◄

Artikolu 41 Tnaqqis ta’ assi ta’ fond tal-pensjoni b’benefiċċju definit -
Artikolu 42 Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti proprji ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1

Artikolu 42

Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti proprji ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1

Għall-fini tal-punt (f) tal-Artikolu 36(1), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-holdings ta’ strumenti proprji ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 fuq il-bażi tal-pożizzjonijiet twal grossi soġġett għall-eċċezzjonijiet li ġejjin:

(a) 

istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw l-ammont tal-holdings ta’ strumenti proprji ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 fuq il-bażi tal-pożizzjoni twila netta dment li jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

il-pożizzjonijiet twal u qosra jkunu qegħdin fl-istess skopertura sottostanti u l-pożizzjonijiet qosra ma jinvolvux riskju għall-kontroparti;

(ii) 

jew kemm il-pożizzjonijiet twal kif ukoll dawk qosra jinżammu fil-portafoll tan-negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta' negozjar;

(b) 

l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont li jrid jitnaqqas għal holdings diretti, indiretti u sintetiċi ta’ titoli tal-indiċi bil-kalkolazzjoni tal-iskopertura sottostanti għall-istrumenti proprji ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 inklużi f'dawk l-indiċi;

(c) 

l-istituzzjonijiet jistgħu jpaċu l-pożizzjonijiet twal gross fi strumenti proprji ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 li jirriżultaw minn holdings ta' titoli ta' indiċi kontra pożizzjonijiet qosra fi strumenti proprji ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 li jirriżultaw minn pożizzjonijiet qosra fl-indiċi sottostanti, inklużi meta dawk il-pożizzjonijiet qosra jinvolvu riskju ta’ kontroparti, dment li jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

il-pożizzjonijiet twal u qosra jkunu qegħdin fl-istess indiċi sottostanti;

(ii) 

jew kemm il-pożizzjonijiet twal kif ukoll dawk qosra jinżammu fil-portafoll tan-negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta' negozjar.

Artikolu 43 Investiment sinifikanti f'entità tas-settur finanzjarju

Artikolu 43

Investiment sinifikanti f'entità tas-settur finanzjarju

Għall-fini ta’ tnaqqis, investiment sinifikanti ta’ istituzzjoni f’entità tas-settur finanzjarju għandu jirriżulta meta kwalunkwe waħda minn dawn il-kondizzjonijiet tiġi ssodisfata:

(a) 

l-istituzzjoni jkollha sjieda ta’ aktar minn 10 % tal-istrumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 maħruġa minn dik l-entità;

(b) 

l-istituzzjoni jkollha rabtiet mill-qrib ma’ dik l-entità u jkollha sjieda ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 maħruġa minn dik l-entità;

(c) 

l-istituzzjoni jkollha sjieda ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 maħruġa minn dik l-entità u l-entità ma tkunx inkluża f’konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed iżda tkun inkluża fl-istess konsolidazzjoni ta' kontabbiltà bħall-istituzzjoni għall-fini tar-rapportar finanzjarju skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli.

Artikolu 44 Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju u meta istituzzjoni jkollha holding inkroċjata reċiproka mfassla artifiċjalment għall-inflazzjoni tal-fondi proprji

Artikolu 44

Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju u meta istituzzjoni jkollha holding inkroċjata reċiproka mfassla artifiċjalment għall-inflazzjoni tal-fondi proprji

L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu t-tnaqqis imsemmi fil-punti (g), (h) u (i) tal-Artikolu 36(1) skont dawn li ġejjin:

(a) 

il-holdings ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 u strumenti ta' kapital oħra ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-pożizzjonijiet twal grossi;

(b) 

L-elementi tal-assigurazzjoni ta’ fondi proprji ta’ Grad 1 għandhom jiġu trattati bħala holdings ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 għall-fini tat-tnaqqis.

Artikolu 45 Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju

Artikolu 45

Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju

L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu t-tnaqqisiet meħtieġ fil-punti (h) u (i) tal-Artikolu 36(1) skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

huma jistgħu jikkalkulaw holdings diretti, indiretti u sintetiċi ta' strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-entitajiet tas-settur finanzjarju abbażi tal-pożizzjoni netta twila fl-istess skopertura sottostanti dment li jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

▼M8

(i) 

id-data tal-maturità tal-pożizzjoni qasira tkun l-istess, jew iktar tard mid-data tal-maturità tal-pożizzjoni twila jew il-maturità residwa tal-pożizzjoni qasira tkun tal-inqas sena waħda;

▼B

(ii) 

jew kemm il-pożizzjonijiet qosra u dawk twal jinżammu fil-portafoll tan-negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta' negozjar;

(b) 

huma għandhom jiddeterminaw l-ammont li jrid jitnaqqas għal holdings diretti, indiretti u sintetiċi ta’ titoli tal-indiċi bil-kalkolu tal-iskopertura sottostanti għall-istrumenti ta' kapital tal-entitajiet tas-settur finanzjarju f'dawk l-indiċi;

Artikolu 46 Tnaqqis tal-holdings ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 fejn istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’entità tas-settur finanzjarju -
Artikolu 47 Tnaqqis tal-holdings ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 meta istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’entità tas-settur finanzjarju

Artikolu 47

Tnaqqis tal-holdings ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 meta istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’entità tas-settur finanzjarju

Għall-fini tal-punt (1) tal-Artikolu 36(1), l-ammont applikabbli li jrid jitnaqqas mill-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 għandu jeskludi pożizzjonijiet ta’ sottoskrizzjoni miżmuma għal ħamest ijiem tax-xogħol jew inqas u għandu jkun stabbilit skont l-Artikoli 44 u 45 u s-Subtaqsima 2.

Artikolu 47a Skoperturi improduttivi -
Artikolu 47b Miżuri ta' tolleranza -
Artikolu 47c Tnaqqis tal-iskoperturi improduttivi -

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit