+Artikolu 41 Tnaqqis ta’ assi ta’ fond tal-pensjoni b’benefiċċju definit
---+Artikolu 41 1.
---+Artikolu 41 2.
|
Artikolu 41 Tnaqqis ta’ assi ta’ fond tal-pensjoni b’benefiċċju definit
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 41 1.
|
Għall-fini tal-punt (e) tal-Artikolu 36(1), l-ammont tal-assi ta' fond tal-pensjoni b'benefiċċju definit li għandu jitnaqqas għandu jonqos b'dawn li ġejjin:
(a)
l-ammont ta' kwalunkwe obbligazzjoni għal taxxa differita assoċjata li jista' jitpaċa jekk l-assi jsiru deterjorati jew ma jibqgħux rikonoxxuti skont il-qafas tal-kontabbiltà applikabbli;
(b)
l-ammont tal-assi fil-fond tal-pensjoni b'benefiċċju definit li l-istituzzjoni jkollha abbiltà mingħajr restrizzjoni li tuża, sakemm l-isitituzzjoni tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti.
Dawk l-assi użati biex jitnaqqas l-ammont li jrid jitnaqqas għandhom jirċievu piż tar-riskju skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, kif applikabbli.
|
|
Artikolu 41 2.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kriterji li fuqhom awtorità kompetenti għandha tippermetti istituzzjoni li tnaqqas l-ammont tal-assi fil-fond ta’ pensjonijiet b’benefiċċju definiti kif speċifikat fil-punt (b) tal-paragrafu 1. L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013. Il-Kummissjoni hija ddelegata bis-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|