+Artikolu 46 Tnaqqis tal-holdings ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 fejn istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’entità tas-settur finanzjarju
---+Artikolu 46 1.
---+Artikolu 46 2.
---+Artikolu 46 3.
---+Artikolu 46 4.
---+Artikolu 46 5.
|
Artikolu 46 Tnaqqis tal-holdings ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 fejn istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’entità tas-settur finanzjarju
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 46 1.
|
Għall-fini tal-punt (h) tal-Artikolu 36(1), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont applikabbli li jrid jitnaqqas billi jimmultiplikaw l-ammont imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bil-fattur miksub mill-kalkolu msemmi fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:
(a)
l-ammont aggregat li bih il-holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1, Addizzjonali ta' Grad 1 u Grad 2 ta' dawk l-entitajiet tas-settur finanzjarju li fihom l-istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti taqbeż 10 % tal-ammont aggregat tal-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni kkalkulat wara li jkunu applikati dawn li ġejjin għall-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1:
▼M17
(ii)
it-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 36(1), il-punti (a) sa (g), il-punti (k)(ii) sa (vi) u l-punti (l), (m) u (n) bl-esklużjoni tal-ammont li jrid jitnaqqas għall-assi ta' taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabbiltà futura u jirriżultaw minn differenzi temporanji;
▼B
(b)
l-ammont tal-holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta' dawk l-entitajiet tas-settur finanzjarju li l-istituzzjoni m'għandhiex investiment sinifikanti fihom
►C2
diviż bl-ammont aggregat ta' holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' strumenti Addizzjonali ta' Grad 1 u ta' Grad 2 ta' dawk l-entitajiet tas-settur finanzjarju. ◄
|
|
Artikolu 46 2.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jeskludu pożizzjonijiet ta' sottoskrizzjoni miżmuma għal ħamest ijiem tax-xogħol jew inqas mill-ammont imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u mill-kalkolu tal-fattur imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 46 3.
|
L-ammont li għandu jitnaqqas skont il-paragrafu 1 għandu jinqasam bejn l-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 kollha miżmuma. L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-ammont ta' kull strument ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 li jitnaqqas skont il-paragrafu 1 billi l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu jiġi multiplikat bil-proporzjon speċifikat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:
▼B
(a)
l-ammont ta’ holdings li jeħtieġ jitnaqqas skont il-paragrafu 1;
(b)
il-proporzjoni tal-ammont aggregat ta’ holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 tas-settur finanzjarju li l-istituzzjoni ma għandhiex investiment sinifikanti fihom rappreżentati minn kull wieħed mill-istrumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 miżmum.
|
|
Artikolu 46 4.
|
L-ammont tal-holdings imsemmi fil-punt (h) tal-Artikolu 36(1) li jkun ugwali għal jew inqas minn 10 % tal-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni wara l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a)(i) sa (iii) tal-paragrafu 1 m’għandux jitnaqqas u għandu jkun soġġett għall-piż tar-riskji applikabbli skont il-Kapitolu 2 jew 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta u r-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu IV tal-Parti Tlieta, kif ikun applikabbli.
|
|
Artikolu 46 5.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-ammont ta' kull strument ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 li jkun ippeżat għar-riskju skont il-paragrafu 4 billi jimmultiplikaw l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bl-ammont speċifikat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:
(a)
l-ammont tal-holdings meħtieġ li jkun ippeżat għar-riskju skont il-paragrafu 4;
(b)
il-proporzjon li jirriżulta mill-kalkolazzjoni fil-punt (b) tal-paragrafu 3.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|