+Artikolu 46 1.

Artikolu 46 1.

Għall-fini tal-punt (h) tal-Artikolu 36(1), l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammont applikabbli li jrid jitnaqqas billi jimmultiplikaw l-ammont imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bil-fattur miksub mill-kalkolu msemmi fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:

(a) 

l-ammont aggregat li bih il-holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1, Addizzjonali ta' Grad 1 u Grad 2 ta' dawk l-entitajiet tas-settur finanzjarju li fihom l-istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti taqbeż 10 % tal-ammont aggregat tal-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-istituzzjoni kkalkulat wara li jkunu applikati dawn li ġejjin għall-elementi ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1:

(i) 

l-Artikoli 32 sa 35;

▼M17

(ii) 

it-tnaqqis imsemmi fl-Artikolu 36(1), il-punti (a) sa (g), il-punti (k)(ii) sa (vi) u l-punti (l), (m) u (n) bl-esklużjoni tal-ammont li jrid jitnaqqas għall-assi ta' taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabbiltà futura u jirriżultaw minn differenzi temporanji;

▼B

(iii) 

l-Artikoli 44 u 45

(b) 

l-ammont tal-holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1 ta' dawk l-entitajiet tas-settur finanzjarju li l-istituzzjoni m'għandhiex investiment sinifikanti fihom ►C2  diviż bl-ammont aggregat ta' holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta' strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' strumenti Addizzjonali ta' Grad 1 u ta' Grad 2 ta' dawk l-entitajiet tas-settur finanzjarju. ◄

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit