+Artikolu 49 Rekwiżit għal tnaqqis fejn ikunu applikati l-konsolidazzjoni, is-superviżjoni supplementari jew skemi ta' protezzjoni istituzzjonali
---+Artikolu 49 1.
---+Artikolu 49 2.
---+Artikolu 49 3.
---+Artikolu 49 4.
---+Article 49 5.
---+Artikolu 49 6.
|
Artikolu 49 Rekwiżit għal tnaqqis fejn ikunu applikati l-konsolidazzjoni, is-superviżjoni supplementari jew skemi ta' protezzjoni istituzzjonali
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 49 1.
|
Għall-fini tal-kalkolu tal-fondi proprji fuq bażi individwali, bażi subkonsolidata jew bażi konsolidata, meta l-awtoritajiet kompetenti jeħtieġu jew jippermettu lill-istituzzjonijiet sabiex japplikaw il-metodu 1, 2 jew 3 tal-Anness I għad-Direttiva 2002/87/KE, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet li ma jkunx hemm tnaqqis fil-holdings ta' istrumenti ta’ fondi proprji ta' entità tas-settur finanzjarju li fiha l-istituzzjoni prinċipali, kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali jew istituzzjoni għandha investiment sinifikanti, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (e) ta' dan il-paragrafu:
(a)
l-entità tas-settur finanzjarju hija impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni jew kumpannija azzjonarja tal-assigurazzjoni;
(b)
l-impriża tal-assigurazzjoni, l-impriża tar-riassigurazzjoni jew il-kumpannija azzjonarja tal-assigurazzjoni tkun inkluża fl-istess superviżjoni supplementari taħt id-Direttiva 2002/87/KE bħall-istituzzjoni prinċipali, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali jew l-istituzzjoni li jkollha l-holding;
(c)
l-istituzzjoni tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti;
(d)
qabel jingħata l-permess imsemmi fil-punt (c), u fuq bażi kontinwa, l-awtoritjiet kompetenti ikunu ssodisfati li l-livell ta' ġestjoni integrata, il-ġestjoni tar-riskju u kontroll intern rigward l-entitajiet li ser ikunu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-konsolidazzjoni skont il-metodu 1, 2 jew 3 jkun adegwat;
(e)
il-holdings fl-entità jappartjenu lil wieħed minn dawn li ġejjin:
(i)
l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali;
(ii)
il-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali;
(iii)
il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali;
(v)
sussidjarja ta' waħda mill-entitajiet imsemmija fil-punti (i) sa (iv) li hija inkluża fl-ambitu tal-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed.
Il-metodu magħżul għandu jiġi applikat b’mod konsistenti matul iż-żmien.
|
|
Artikolu 49 2.
|
Għall-fini tal-kalkolu tal-fondi proprji fuq bażi individwali u fuq bażi subkonsolidata, l-istituzzjonijiet soġġetti għas-superviżjoni fuq bażi konsolidata skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed m’għandhomx inaqqsu l-holdings tal-istrumenti ta' fondi proprji maħruġa mill-entitajiet tas-settur finanzjarju inkluż fl-ambitu tas-superviżjoni konsolidata, sakemm l-awtoritajiet kompetenti jiddeterminaw li dak it-tnaqqis huma meħtieġ għal raġunijiet speċifiċi, b'mod partikolari separazzjoni strutturali tal-attivitajiet bankarji u l-ippjanar ta' riżoluzzjonijiet. L-applikazzjoni tal-approċċ imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma għandux jinvolvi effetti negattivi sproporzjonati fuq is-sistema finanzjarja kollha jew partijiet minnha fi Stati Membri oħrajn jew fl-Unjoni kollha li jiffurmaw jew joħolqu ostakolu għall-funzjonament tas-suq intern. Dan il-paragrafu ma għandux japplika meta jiġu kkalkulati l-fondi proprji għall-finijiet tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 92a u 92b, li għandhom jiġu kkalkolati skont il-qafas ta' tnaqqis stabbilit fl-Artikolu 72e(4). Dan il-paragrafu ma għandux japplika fir-rigward tat-tnaqqis stabbilit fl-Artikolu 72e(5).
|
|
Artikolu 49 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, għall-fini li jikkalkolaw il-fondi proprji fuq bażi individwali jew subkonsolidata, jippermettu lill-istituzzjonijiet ma jnaqqsux holdings ta' strumenti ta' fondi proprji fil-każijiet li ġejjin:
(a)
meta istituzzjoni jkollha holding f'istituzzjoni oħra u huma sodisfatti l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (i) sa (v):
(i)
l-istituzzjonijiet jinsabu fi ħdan l-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali msemmija fl-Artikolu 113(7);
(ii)
l-awtoritajiet kompetenti jkunu taw il-permess imsemmi fl-Artikolu 113(7);
(iii)
il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 113(7) ikunu ssodisfati;
(iv)
l-iskema ta' protezzjoni istituzzjonali tfassal karta tal-bilanċ ikkonsolidata msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 113(7) jew, f'każ li mhux meħtieġ li jitfasslu kontijiet ikkonsolidati, kalkolu aggregat estiż li jkun, sodisfaċenti f'għajnejn l-awtoritajiet kompetenti, u li hu ekwivalenti għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE, li jinkorpora ċerti adattamenti għad-dispożizzjonijiet tas-SABE' Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE jew ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, li jirregola l-kontijiet konsolidati ta' gruppi ta' istituzzjonijiet ta' kreditu. L-ekwivalenza ta' dak il-kalklolu aggregat estiż għandu jiġi vverifikat minn awditur estern u b'mod partikolari li l-użu multiplu ta' elementi eliġibbli għall-kalkolu tal-fondi proprji kif ukoll kwalunkwe ħolqien inadegwat ta' fondi proprji bejn il-membri tal-iskema ta' protezzjoni istituzzjonali jiġu eliminati fil-kalkolu.
►M8
Il-karta ta' bilanċ konsolidata jew il-kalkolu aggregat estiż għandhom jiġu rapportati lill-awtoritajiet kompetenti bil-frekwenza stabbilita fl-istandards tekniċi tal-implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 430(7); ◄
l-istituzzjonijiet inklużi fi skema ta' protezzjoni istituzzjonali jissodisfaw flimkien fuq bażi konsolidata jew aggregata estiża r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 92 u jwettqu r-rappurtar tal-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti skont l-Artikolu 430. ◄ Fi ħdan skema ta' protezzjoni istituzzjonali t-tnaqqis tal-imgħax ta' proprjetà ta' membri kooperattivi jew entitajiet legali, li mhumiex membri tal-iskema ta' protezzjoni istituzzjonali, mhuwiex meħtieġ, dment li l-użu multiplu ta' elementi eliġibbli għall-kalkolu tal-fondi proprji kif ukoll kwalunkwe ħolqien inadegwat ta' fondi proprji bejn il-membri tal-iskema ta' protezzjoni istituzzjonali u l-azzjonist minoritarju, meta din tkun istituzzjoni, huma eliminati.
(b)
meta istituzzjoni ta’ kreditu reġjonali jkollha holding fl-istituzzjoni ta’ kreditu ċentrali tagħha jew f’istituzzjoni ta’ kreditu reġjonali oħra u l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a)(i) sa (v) ikunu ssodisfati.
|
|
Artikolu 49 4.
|
Il-holdings li fir-rigward tagħhom ma jsirx tnaqqis f'konformità mal-paragrafu 1 għandhom jikkwalifikaw bħala skoperturi u għandhom jiġu ponderati għar-riskju f'konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 2. Il-holdings li fir-rigward tagħhom ma jsirx tnaqqis f'konformità mal-paragrafu 2 jew 3 għandhom jikkwalifikaw bħala skoperturi u għandhom jiġu ponderati għar-riskju b'100 %.
|
|
Article 49 5.
|
Where an institution applies method 1, 2 or 3 of Annex I to Directive 2002/87/EC, the institution shall disclose the supplementary own funds requirement and capital adequacy ratio of the financial conglomerate as calculated in accordance with Article 6 of and Annex I to that Directive.
|
|
Artikolu 49 6.
|
L-ABE, l-AEAPX u l- Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (AETS) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 (
28
) għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex jispeċifikaw għall-fini ta’ dan l-Artikolu l-kondizzjonijiet tal-applikazzjoni tal-metodi ta’ kalkolu elenkati fl-Anness I, il-Parti II tad-Direttiva 2002/87/KE għall-fini tal-alternattivi għat-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. L-ABE, l-AEAPX u l-AETS għandhom jissottomettu dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013. Il-Kummissjoni hija ddelegata bis-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 rispettivament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|