|
+Artikolu 49 1. |
Artikolu 49 1.Għall-fini tal-kalkolu tal-fondi proprji fuq bażi individwali, bażi subkonsolidata jew bażi konsolidata, meta l-awtoritajiet kompetenti jeħtieġu jew jippermettu lill-istituzzjonijiet sabiex japplikaw il-metodu 1, 2 jew 3 tal-Anness I għad-Direttiva 2002/87/KE, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lill-istituzzjonijiet li ma jkunx hemm tnaqqis fil-holdings ta' istrumenti ta’ fondi proprji ta' entità tas-settur finanzjarju li fiha l-istituzzjoni prinċipali, kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali jew istituzzjoni għandha investiment sinifikanti, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (e) ta' dan il-paragrafu:
(a)
l-entità tas-settur finanzjarju hija impriża tal-assigurazzjoni, impriża tar-riassigurazzjoni jew kumpannija azzjonarja tal-assigurazzjoni;
(b)
l-impriża tal-assigurazzjoni, l-impriża tar-riassigurazzjoni jew il-kumpannija azzjonarja tal-assigurazzjoni tkun inkluża fl-istess superviżjoni supplementari taħt id-Direttiva 2002/87/KE bħall-istituzzjoni prinċipali, il-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali jew l-istituzzjoni li jkollha l-holding;
(c)
l-istituzzjoni tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti;
(d)
qabel jingħata l-permess imsemmi fil-punt (c), u fuq bażi kontinwa, l-awtoritjiet kompetenti ikunu ssodisfati li l-livell ta' ġestjoni integrata, il-ġestjoni tar-riskju u kontroll intern rigward l-entitajiet li ser ikunu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-konsolidazzjoni skont il-metodu 1, 2 jew 3 jkun adegwat;
(e)
il-holdings fl-entità jappartjenu lil wieħed minn dawn li ġejjin:
(i)
l-istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali;
(ii)
il-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali;
(iii)
il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta prinċipali;
(iv)
l-istituzzjoni;
(v)
sussidjarja ta' waħda mill-entitajiet imsemmija fil-punti (i) sa (iv) li hija inkluża fl-ambitu tal-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed. Il-metodu magħżul għandu jiġi applikat b’mod konsistenti matul iż-żmien. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|