+Artikolu 49 3.

Artikolu 49 3.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, għall-fini li jikkalkolaw il-fondi proprji fuq bażi individwali jew subkonsolidata, jippermettu lill-istituzzjonijiet ma jnaqqsux holdings ta' strumenti ta' fondi proprji fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

meta istituzzjoni jkollha holding f'istituzzjoni oħra u huma sodisfatti l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (i) sa (v):

(i) 

l-istituzzjonijiet jinsabu fi ħdan l-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali msemmija fl-Artikolu 113(7);

(ii) 

l-awtoritajiet kompetenti jkunu taw il-permess imsemmi fl-Artikolu 113(7);

(iii) 

il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 113(7) ikunu ssodisfati;

(iv) 

l-iskema ta' protezzjoni istituzzjonali tfassal karta tal-bilanċ ikkonsolidata msemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 113(7) jew, f'każ li mhux meħtieġ li jitfasslu kontijiet ikkonsolidati, kalkolu aggregat estiż li jkun, sodisfaċenti f'għajnejn l-awtoritajiet kompetenti, u li hu ekwivalenti għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE, li jinkorpora ċerti adattamenti għad-dispożizzjonijiet tas-SABE' Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE jew ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002, li jirregola l-kontijiet konsolidati ta' gruppi ta' istituzzjonijiet ta' kreditu. L-ekwivalenza ta' dak il-kalklolu aggregat estiż għandu jiġi vverifikat minn awditur estern u b'mod partikolari li l-użu multiplu ta' elementi eliġibbli għall-kalkolu tal-fondi proprji kif ukoll kwalunkwe ħolqien inadegwat ta' fondi proprji bejn il-membri tal-iskema ta' protezzjoni istituzzjonali jiġu eliminati fil-kalkolu. ►M8  Il-karta ta' bilanċ konsolidata jew il-kalkolu aggregat estiż għandhom jiġu rapportati lill-awtoritajiet kompetenti bil-frekwenza stabbilita fl-istandards tekniċi tal-implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 430(7); ◄

►M8  (v) 

l-istituzzjonijiet inklużi fi skema ta' protezzjoni istituzzjonali jissodisfaw flimkien fuq bażi konsolidata jew aggregata estiża r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 92 u jwettqu r-rappurtar tal-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti skont l-Artikolu 430. ◄ Fi ħdan skema ta' protezzjoni istituzzjonali t-tnaqqis tal-imgħax ta' proprjetà ta' membri kooperattivi jew entitajiet legali, li mhumiex membri tal-iskema ta' protezzjoni istituzzjonali, mhuwiex meħtieġ, dment li l-użu multiplu ta' elementi eliġibbli għall-kalkolu tal-fondi proprji kif ukoll kwalunkwe ħolqien inadegwat ta' fondi proprji bejn il-membri tal-iskema ta' protezzjoni istituzzjonali u l-azzjonist minoritarju, meta din tkun istituzzjoni, huma eliminati.

(b) 

meta istituzzjoni ta’ kreditu reġjonali jkollha holding fl-istituzzjoni ta’ kreditu ċentrali tagħha jew f’istituzzjoni ta’ kreditu reġjonali oħra u l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a)(i) sa (v) ikunu ssodisfati.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit