+Artikolu 52 Elementi Addizzjonali ta’ Grad 1
---+Artikolu 52 1.
---+Artikolu 52 2.

Artikolu 52 Elementi Addizzjonali ta’ Grad 1

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 52 1.

L-istrumenti ta' kapital għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti Addizzjonali ta’ Grad 1 biss jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

▼M8

(a) 

l-istrumenti jinħarġu direttament minn istituzzjoni u jkunu mħallsa totalment;

(b) 

l-istrumenti mhumiex proprjetà ta' kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

▼B

(i) 

l-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;

(ii) 

impriża li fiha l-istituzzjoni jkollha holding fil-forma ta’ sjieda, diretta jew permezz ta’ kontroll, ta’ 20 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta’ dik l-impriża;

▼M8

(c) 

l-akkwist tas-sjieda tal-istrumenti ma jkunx direttament jew indirettament iffinanzjat mill-istituzzjoni;

▼B

(d) 

l-istrumenti jikklassifikaw taħt strument ta’ Grad 2 fil-każ tal-insolvenza tal-istituzzjoni;

(e) 

l-istrumenti ma jkunux koperti, jew soġġetti għal garanzija li ssaħħaħ is-superjorità tal-pretensjonijiet minn xi waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

l-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;

(ii) 

l-impriża prinċipali tal-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;

(iii) 

il-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew is-sussidjarji tagħha;

(iv) 

il-kumpannija azzjonarja ta' attività mħallta jew is-sussidjarji tagħha;

(v) 

il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta jew is-sussidjarji tagħha;

(vi) 

kwalunkwe impriża li jkollha rabtiet mill-qrib mal-entitajiet imsemmija fil-punti (i) sa (v);

(f) 

l-istrumenti ma jkunux soġġetti għal kwalunkwe arranġament, kuntrattwali jew ta’ tip ieħor, li jtejjeb is-superjorità tal-pretensjonijiet skont l-istrumenti f'insolvenza jew likwidazzjoni.

(g) 

l-istrumenti ikunu perpetwi u d-dispożizzjonijiet li jirregolawhom ma fihomx inċentiv biex l-istituzzjoni tifdihom;

▼M8

(h) 

meta l-istrumenti jinkludu għażla ta' tifdija bikrija waħda jew aktar inkluż opzjonijiet ta' xiri, l-opzjonijiet huma eżerċitabbli fid-diskrezzjoni totali tal-emittent;

▼B

(i) 

l-istrumenti jistgħu jinxtraw, jinfdew jew jinxtraw mill-ġdid biss meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 77 jiġu ssodisfati, u mhux qabel ħames snin wara d-data tal-ħruġ ħlief meta jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 78(4);

▼M8

(j) 

id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jindikawx b'mod espliċitu jew impliċitu li l-istrumenti jistgħu jinxtraw, jinfdew jew jinxtraw mill-ġdid, kif applikabbli, mill-istituzzjoni għajr fil-każ tal-insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni u l-istituzzjoni ma tipprovdix b'mod ieħor tali indikazzjoni;

▼B

(k) 

l-istituzzjoni ma tindikax b’mod espliċitu jew impliċitu li l-awtorità kompetenti sejra tagħti l-kunsens għal talba biex tixtri, tifdi jew tixtri mill-ġdid l-istrumenti;

(l) 

distribuzzjonijiet skont l-istrumenti jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i) 

jitħallsu mill-elementi distribwibbli;

(ii) 

il-livell ta’ distribuzzjonijiet li jsir fuq l-istrumenti ma jiġix emendat abbażi tal-istatus tal-kreditu tal-istituzzjoni jew l-impriża prinċipali tagħha;

(iii) 

id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti jagħtu lill-istituzzjoni diskrezzjoni sħiħa biex fi kwalunkwe waqt tikkanċella d- distribuzzjonijiet fuq l-istrumenti għal perijodu mingħajr limitu u fuq bażi mhux kumulattiva, u l-istituzzjoni tista’ tuża dawn il-pagamenti ikkanċellati mingħajr restrizzjoni sabiex tissodisfa l-obbligi tagħha meta jkunu dovuti;

(iv) 

il-kanċellament ta’ distribuzzjonijiet ma jikkostitwixxix każ ta’ inadempjenza tal-stituzzjoni;

(v) 

il-kanċellament ta’ distribuzzjonijiet ma jkun jimponi l-ebda restrizzjoni fuq l- istituzzjoni;

(m) 

l-istrumenti ma jkunux jikkontribwixxu għad-determinazzjoni li l-obbligazzjonijiet ta’ istituzzjoni jeċċedu l-assi tagħha, fejn dan il-kalkolu jikkostitwixxi test ta’ insolvenza skont id-dritt nazzjonali applikabbli;

(n) 

id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti jkunu jeħtieġu li, meta jseħħ avveniment skattatur, l-ammont tal-kapital tal-istrumenti titniżżel fil-valur fuq bażi permamenti jew temporanja jew li l-istrumenti jinqalbu għal strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1;

(o) 

id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jkunu jinkludu l-ebda karatteristika li tista’ tfixkel ir-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjoni;

▼M8

(p) 

meta l-emittent ikun stabbilit f'pajjiż terz u jkun ġie ddeżinjat f'konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/59/UE bħala parti ta' grupp ta' riżoluzzjoni li l-entità ta' riżoluzzjoni tiegħu hija stabbilita fl-Unjoni jew fejn hija stabbilita fi Stat Membru, il-liġi jew id-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw l-istrumenti jkunu jeħtieġu li, meta tittieħed deċiżjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni biex teżerċita s-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni msemmija fl-Artikolu 59 ta' dik id-Direttiva, l-ammont prinċipali tal-istrumenti għandu jonqos fil-valur fuq bażi permanenti jew l-istrumenti jiġu konvertiti fi strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1;

fejn l-emittent ikun stabbilit f'pajjiż terz u ma jkunx ġie ddeżinjat f'konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/59/UE bħala parti ta' grupp ta' riżoluzzjoni li l-entità ta' riżoluzzjoni tiegħu hija stabbilita fl-Unjoni, il-liġi jew id-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw l-istrumenti jkunu jeħtieġu li, meta tittieħed deċiżjoni mill-awtorità tal-pajjiż terz rilevanti, l-ammont prinċipali tal-istrumenti għandu jonqos fil-valur fuq bażi permanenti jew l-istrumenti għandhom jiġu konvertiti fi strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1;

▼M8

(q) 

meta l-emittent huwa stabbilit f'pajjiż terz u jkun ġie ddeżinjat f'konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/59/UE bħala part minn grupp ta' riżoluzzjoni li l-entità ta' riżoluzzjoni tiegħu hija stabbilita fl-Unjoni jew fejn l-emittent huwa stabbilit fi Stat Membru, l-istrumenti jistgħu jinħarġu biss skont il-liġijiet ta' pajjiż terz, jew inkella jkunu soġġetti għalihom, meta skont dawk il-liġijiet, l-eżerċizzju tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva u tal-konverżjoni msemmi fl-Artikolu 59 ta' dik id-Direttiva huwa effettiv u infurzabbli abbażi ta' dispożizzjonijiet statutorji jew dispożizzjonijiet kuntrattwali infurzabbli legalment li jirrikonoxxu r-riżoluzzjoni jew azzjonijiet oħra ta' tnaqqis fil-valur jew konverżjoni;

(r) 

l-istrumenti mhumiex soġġetti għal arranġamenti ta' tpaċija jew ta' netting li jimminaw il-kapaċità tagħhom li jassorbu t-telf.

▼B

Il-kondizzjoni stabbilita fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu għandha titqies sodisfatta, minkejja l-istrumenti huma inklużi fil-Grad 1 jew ta’ Grad 2 Addizzjonali bis-saħħa tal-Artikolu 484(3), dment li jikklassifikaw pari passu.

Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-parti ta' strument kapitali li hija sottoskritta biss għandha tkun eliġibbli biex tikkwalifika bħala strument Addizzjonali ta' Grad 1.

Artikolu 52 2.

L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan kollu li ġej:

(a) 

il-forma u n-natura tal-inċentivi biex jinfdew;

(b) 

in-natura ta' kwalunkwe żieda fil-valur tal-ammont tal-kapital tal-istrument ta’ Grad 1 Addizzjonali b'segwitu għal tnaqqis fil-valur fuq bażi temporanja tal-ammont tal-kapital tiegħu;

(c) 

il-proċeduri u l-għażla taż-żmien għal dawn li ġejjin:

(i) 

id-determinazzjoni li jkun seħħ avveniment skattatur;

(ii) 

iż-żieda fil-valur tal-ammont tal-kapital tal-istrument ta’ Grad 1 Addizzjonali b'segwitu għal tnaqqis fil-valur fuq bażi temporanja tal-ammont tal-kapital tiegħu;

(d) 

il-karatteristiċi tal-istrumenti li jistgħu jfixklu r-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjoni;

(e) 

l-użu ta’ entitajiet b’għan speċjali għall-ħruġ indirett ta’ strumenti ta’ fondi proprji.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013.

Il-Kummissjoni hija ddelegata bis-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit