|
+Artikolu 52 1. |
Artikolu 52 1.L-istrumenti ta' kapital għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti Addizzjonali ta’ Grad 1 biss jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-istrumenti jinħarġu direttament minn istituzzjoni u jkunu mħallsa totalment;
(b)
l-istrumenti mhumiex proprjetà ta' kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
(i)
l-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;
(ii)
impriża li fiha l-istituzzjoni jkollha holding fil-forma ta’ sjieda, diretta jew permezz ta’ kontroll, ta’ 20 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta’ dik l-impriża;
(c)
l-akkwist tas-sjieda tal-istrumenti ma jkunx direttament jew indirettament iffinanzjat mill-istituzzjoni;
(d)
l-istrumenti jikklassifikaw taħt strument ta’ Grad 2 fil-każ tal-insolvenza tal-istituzzjoni;
(e)
l-istrumenti ma jkunux koperti, jew soġġetti għal garanzija li ssaħħaħ is-superjorità tal-pretensjonijiet minn xi waħda minn dawn li ġejjin:
(i)
l-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;
(ii)
l-impriża prinċipali tal-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;
(iii)
il-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew is-sussidjarji tagħha;
(iv)
il-kumpannija azzjonarja ta' attività mħallta jew is-sussidjarji tagħha;
(v)
il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta jew is-sussidjarji tagħha;
(vi)
kwalunkwe impriża li jkollha rabtiet mill-qrib mal-entitajiet imsemmija fil-punti (i) sa (v);
(f)
l-istrumenti ma jkunux soġġetti għal kwalunkwe arranġament, kuntrattwali jew ta’ tip ieħor, li jtejjeb is-superjorità tal-pretensjonijiet skont l-istrumenti f'insolvenza jew likwidazzjoni.
(g)
l-istrumenti ikunu perpetwi u d-dispożizzjonijiet li jirregolawhom ma fihomx inċentiv biex l-istituzzjoni tifdihom;
(h)
meta l-istrumenti jinkludu għażla ta' tifdija bikrija waħda jew aktar inkluż opzjonijiet ta' xiri, l-opzjonijiet huma eżerċitabbli fid-diskrezzjoni totali tal-emittent;
(i)
l-istrumenti jistgħu jinxtraw, jinfdew jew jinxtraw mill-ġdid biss meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 77 jiġu ssodisfati, u mhux qabel ħames snin wara d-data tal-ħruġ ħlief meta jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 78(4);
(j)
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jindikawx b'mod espliċitu jew impliċitu li l-istrumenti jistgħu jinxtraw, jinfdew jew jinxtraw mill-ġdid, kif applikabbli, mill-istituzzjoni għajr fil-każ tal-insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni u l-istituzzjoni ma tipprovdix b'mod ieħor tali indikazzjoni;
(k)
l-istituzzjoni ma tindikax b’mod espliċitu jew impliċitu li l-awtorità kompetenti sejra tagħti l-kunsens għal talba biex tixtri, tifdi jew tixtri mill-ġdid l-istrumenti;
(l)
distribuzzjonijiet skont l-istrumenti jissodisfaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:
(i)
jitħallsu mill-elementi distribwibbli;
(ii)
il-livell ta’ distribuzzjonijiet li jsir fuq l-istrumenti ma jiġix emendat abbażi tal-istatus tal-kreditu tal-istituzzjoni jew l-impriża prinċipali tagħha;
(iii)
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti jagħtu lill-istituzzjoni diskrezzjoni sħiħa biex fi kwalunkwe waqt tikkanċella d- distribuzzjonijiet fuq l-istrumenti għal perijodu mingħajr limitu u fuq bażi mhux kumulattiva, u l-istituzzjoni tista’ tuża dawn il-pagamenti ikkanċellati mingħajr restrizzjoni sabiex tissodisfa l-obbligi tagħha meta jkunu dovuti;
(iv)
il-kanċellament ta’ distribuzzjonijiet ma jikkostitwixxix każ ta’ inadempjenza tal-stituzzjoni;
(v)
il-kanċellament ta’ distribuzzjonijiet ma jkun jimponi l-ebda restrizzjoni fuq l- istituzzjoni;
(m)
l-istrumenti ma jkunux jikkontribwixxu għad-determinazzjoni li l-obbligazzjonijiet ta’ istituzzjoni jeċċedu l-assi tagħha, fejn dan il-kalkolu jikkostitwixxi test ta’ insolvenza skont id-dritt nazzjonali applikabbli;
(n)
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti jkunu jeħtieġu li, meta jseħħ avveniment skattatur, l-ammont tal-kapital tal-istrumenti titniżżel fil-valur fuq bażi permamenti jew temporanja jew li l-istrumenti jinqalbu għal strumenti ta’ Ekwità Komuni ta' Grad 1;
(o)
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jkunu jinkludu l-ebda karatteristika li tista’ tfixkel ir-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjoni;
(p)
meta l-emittent ikun stabbilit f'pajjiż terz u jkun ġie ddeżinjat f'konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/59/UE bħala parti ta' grupp ta' riżoluzzjoni li l-entità ta' riżoluzzjoni tiegħu hija stabbilita fl-Unjoni jew fejn hija stabbilita fi Stat Membru, il-liġi jew id-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw l-istrumenti jkunu jeħtieġu li, meta tittieħed deċiżjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni biex teżerċita s-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni msemmija fl-Artikolu 59 ta' dik id-Direttiva, l-ammont prinċipali tal-istrumenti għandu jonqos fil-valur fuq bażi permanenti jew l-istrumenti jiġu konvertiti fi strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1; fejn l-emittent ikun stabbilit f'pajjiż terz u ma jkunx ġie ddeżinjat f'konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/59/UE bħala parti ta' grupp ta' riżoluzzjoni li l-entità ta' riżoluzzjoni tiegħu hija stabbilita fl-Unjoni, il-liġi jew id-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw l-istrumenti jkunu jeħtieġu li, meta tittieħed deċiżjoni mill-awtorità tal-pajjiż terz rilevanti, l-ammont prinċipali tal-istrumenti għandu jonqos fil-valur fuq bażi permanenti jew l-istrumenti għandhom jiġu konvertiti fi strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1;
(q)
meta l-emittent huwa stabbilit f'pajjiż terz u jkun ġie ddeżinjat f'konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/59/UE bħala part minn grupp ta' riżoluzzjoni li l-entità ta' riżoluzzjoni tiegħu hija stabbilita fl-Unjoni jew fejn l-emittent huwa stabbilit fi Stat Membru, l-istrumenti jistgħu jinħarġu biss skont il-liġijiet ta' pajjiż terz, jew inkella jkunu soġġetti għalihom, meta skont dawk il-liġijiet, l-eżerċizzju tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva u tal-konverżjoni msemmi fl-Artikolu 59 ta' dik id-Direttiva huwa effettiv u infurzabbli abbażi ta' dispożizzjonijiet statutorji jew dispożizzjonijiet kuntrattwali infurzabbli legalment li jirrikonoxxu r-riżoluzzjoni jew azzjonijiet oħra ta' tnaqqis fil-valur jew konverżjoni;
(r)
l-istrumenti mhumiex soġġetti għal arranġamenti ta' tpaċija jew ta' netting li jimminaw il-kapaċità tagħhom li jassorbu t-telf. Il-kondizzjoni stabbilita fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu għandha titqies sodisfatta, minkejja l-istrumenti huma inklużi fil-Grad 1 jew ta’ Grad 2 Addizzjonali bis-saħħa tal-Artikolu 484(3), dment li jikklassifikaw pari passu. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-parti ta' strument kapitali li hija sottoskritta biss għandha tkun eliġibbli biex tikkwalifika bħala strument Addizzjonali ta' Grad 1. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|