+Taqsima 1 Elementi u strumenti ta’ grad 2
---+Artikolu 62 Elementi ta’ Grad 2
---+Artikolu 63 Strumenti ta’ Grad 2
---+Artikolu 64 Amortizzazzjoni tal-istrumenti ta' Grad 2
------+Artikolu 64 1.
------+Artikolu 64 2.
---+Artikolu 65 Il-konsegwenzi tal-fat li ma jibqgħux jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet għal strumenti ta’ Grad 2
|
Taqsima 1 Elementi u strumenti ta’ grad 2
Taqsima 1 Elementi u strumenti ta’ grad 2
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 62 Elementi ta’ Grad 2
|
Artikolu 62
Elementi ta’ Grad 2 għandhom jikkonsistu f’dawn li ġejjin:
▼M8
(a)
strumenti kapitali fejn il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 63 ikunu ssodisfati, u sal-punt speċifikat fl-Artikolu 64;
▼B
(b)
il-kontijiet primjum tal-ishma relatati mal- istrumenti msemmija fil-punt (a);
(c)
għall-istituzzjonijiet li qegħdin jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, l-aġġustamenti ġenerali tar-riskju ta’ kreditu, gross mill-effetti tat-taxxa, sa 1,25 % tal-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju kkalkulati skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta;
▼M17
(d)
għall-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju f'konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3, l-eċċess tal-IRB fejn applikabbli, gross mill-effetti tat-taxxa, ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 159, sa 0,6 % tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju kkalkulati f'konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3.
▼B
L-elementi inklużi taħt il-punt (a) ma għandhomx jikkwalifikaw bħala elementi ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 jew ta’ Grad 1 Addizzjonali.
|
|
Artikolu 63 Strumenti ta’ Grad 2
|
Artikolu 63
▼M8
L-istrumenti kapitali għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Grad 2 dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-istrumenti jinħarġu direttament minn istituzzjoni u jkunu mħallsa totalment;
(b)
l-istrumenti mhumiex proprjetà ta' kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
▼B
(i)
l-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;
(ii)
impriża li fiha l-istituzzjoni jkollha parteċipazzjoni fil-forma ta’ sjieda, diretta jew permezz ta’ kontroll, ta’ 20 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta’ dik l-impriża;
▼M8
(c)
l-akkwist tas-sjieda tal-istrumenti ma jkunx direttament jew indirettament iffinanzjat mill-istituzzjoni;
(d)
il-pretensjoni fuq l-ammont prinċipali tal-istrumenti skont id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti tikklassifika taħt kwalunkwe pretensjoni minn strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli;
(e)
l-istrumenti ma jkunux koperti jew ma jkunux soġġetti għal garanzija li ssaħħaħ is-superjorità tal-pretensjoni minn xi waħda minn dawn li ġejjin:
▼B
(i)
l-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;
(ii)
l-impriża prinċipali tal-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;
(iii)
il-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew is-sussidjarji tagħha;
(iv)
il-kumpannija azzjonarja ta’ attività mħallta jew is-sussidjarji tagħha;
(v)
il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta jew is-sussidjarji tagħha;
(vi)
kwalunkwe impriża li jkollha rabtiet mill-qrib mal-entitajiet imsemmija fil-punt (i) sa (v);
▼M8
(f)
l-istrumenti ma jkunux soġġetti għal ebda arranġament li b'mod ieħor itejjeb is-superjorità tal-pretensjoni skont l-istrumenti;
(g)
l-istrumenti għandhom maturità oriġinali ta' mill-inqas ħames snin;
(h)
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jinkludu l-ebda inċentiv biex l-ammont kapitali tagħhom jinfeda jew jitħallas lura, kif applikabbli mill-istituzzjoni qabel il-maturità tagħhom;
(i)
meta l-istrumenti jinkludu dritt wieħed jew iktar ta' ħlas lura bikri inkluż opzjonijiet ta' xiri, l-opzjonijiet huma eżerċitabbli fid-diskrezzjoni totali tal-emittent;
(j)
l-istrumenti jistgħu jinxtraw, jinfdew, jitħallsu lura jew jinxtraw mill-ġdid b'mod bikri biss meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 77 jiġu ssodisfati, u mhux qabel ħames snin wara d-data tal-ħruġ ħlief meta jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 78(4);
(k)
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jindikawx b'mod espliċitu jew impliċitu li l-istrumenti ser jistgħu jinxtraw, jinfdew, jitħallsu lura jew jinxtraw mill-ġdid b'mod bikri, kif applikabbli, mill-istituzzjoni għajr fil-każ tal-insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni u l-istituzzjoni ma tipprovdix b'mod ieħor tali indikazzjoni;
(l)
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jagħtux lid-detentur id-dritt li jgħaġġel il-pagamenti skedati fil-futur tal-imgħax jew tal-ammont tal-kapital, ħlief fil-każ tal-insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni;
(m)
il-livell ta' imgħax jew ta' pagamenti ta' dividendi, kif applikabbli, dovuti fuq l-istrumenti ma jiġix emendat abbażi tal-istatus tal-kreditu tal-istituzzjoni jew l-impriża prinċipali tagħha;
(n)
meta l-emittent ikun stabbilit f'pajjiż terz u jkun ġie ddeżinjat skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/59/UE bħala parti ta' grupp ta' riżoluzzjoni li l-entità ta' riżoluzzjoni tiegħu hija stabbilita fl-Unjoni jew fejn hija stabbilita fi Stat Membru, il-liġi jew id-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw l-istrumenti jkunu jeħtieġu li, meta tittieħed deċiżjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni biex teżerċita s-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni msemmija fl-Artikolu 59 ta' dik id-Direttiva, l-ammont prinċipali tal-istrumenti għandu jkollu valwazzjoni negattiva fuq bażi permanenti jew l-istrumenti jiġu konvertiti fi strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1;
fejn l-emittent ikun stabbilit f'pajjiż terz u ma jkunx ġie ddeżinjat skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/59/UE bħala parti ta' grupp ta' riżoluzzjoni li l-entità ta' riżoluzzjoni tiegħu hija stabbilita fl-Unjoni, il-liġi jew id-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw l-istrumenti jkunu jeħtieġu li, meta tittieħed deċiżjoni mill-awtorità tal-pajjiż terz rilevanti, l-ammont prinċipali tal-istrumenti għandu jonqos fil-valur fuq bażi permanenti jew l-istrumenti għandhom jiġu konvertiti fi strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1;
▼M8
(o)
meta l-emittent huwa stabbilit f'pajjiż terz u jkun ġie ddeżinjat skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/59/UE bħala part minn grupp ta' riżoluzzjoni li l-entità ta' riżoluzzjoni tiegħu hija stabbilita fl-Unjoni jew fejn hi stabbilita fi Stat Membru, l-istrumenti jistgħu jinħarġu biss skont il-liġijiet ta' pajjiż terz, jew inkella jkunu soġġetti għalihom, meta skont dawk il-liġijiet, l-eżerċizzju tas-setgħa tat-tnaqqis fil-valur u tal-konverżjoni msemmi fl-Artikolu 59 ta' dik id-Direttiva huwa effettiv u infurzabbli abbażi ta' dispożizzjonijiet statutorji jew dispożizzjonijiet kuntrattwali infurzabbli legalment li jirrikonoxxu r-riżoluzzjoni jew azzjonijiet oħra ta' tnaqqis fil-valur jew konverżjoni;
(p)
l-istrumenti mhumiex soġġetti għal arranġamenti ta' tpaċija jew ta' netting li jimminaw il-kapaċità tagħhom li jassorbu t-telf.
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel paragrafu, il-parti biss ta' strument kapitali li hija sottoskritta għandha tkun eliġibbli biex tikkwalifika bħala strument ta' Grad 2.
|
|
Artikolu 64 Amortizzazzjoni tal-istrumenti ta' Grad 2
|
-
|
|
Artikolu 65 Il-konsegwenzi tal-fat li ma jibqgħux jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet għal strumenti ta’ Grad 2
|
Artikolu 65
Il-konsegwenzi tal-fat li ma jibqgħux jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet għal strumenti ta’ Grad 2
Meta fil-każ ta’ strument ta’ Grad 2 il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 63 ma jibqgħux jiġu ssodisfati, għandhom japplikaw dawn li ġejjin:
(a)
dak l-istrument għandu immedjatament ma jibqax jikkwalifika bħala strument ta’ Grad 2;
(b)
il-parti tal-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatata ma’ dak l-istrument għandha immedjatament ma tibqax tikkwalifika bħala elementi ta’ Grad 2.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|