|
+Artikolu 63 Strumenti ta’ Grad 2 |
Artikolu 63 Strumenti ta’ Grad 2Artikolu 63 Strumenti ta’ Grad 2 L-istrumenti kapitali għandhom jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Grad 2 dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-istrumenti jinħarġu direttament minn istituzzjoni u jkunu mħallsa totalment;
(b)
l-istrumenti mhumiex proprjetà ta' kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:
(i)
l-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;
(ii)
impriża li fiha l-istituzzjoni jkollha parteċipazzjoni fil-forma ta’ sjieda, diretta jew permezz ta’ kontroll, ta’ 20 % jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital ta’ dik l-impriża;
(c)
l-akkwist tas-sjieda tal-istrumenti ma jkunx direttament jew indirettament iffinanzjat mill-istituzzjoni;
(d)
il-pretensjoni fuq l-ammont prinċipali tal-istrumenti skont id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti tikklassifika taħt kwalunkwe pretensjoni minn strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli;
(e)
l-istrumenti ma jkunux koperti jew ma jkunux soġġetti għal garanzija li ssaħħaħ is-superjorità tal-pretensjoni minn xi waħda minn dawn li ġejjin:
(i)
l-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;
(ii)
l-impriża prinċipali tal-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;
(iii)
il-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew is-sussidjarji tagħha;
(iv)
il-kumpannija azzjonarja ta’ attività mħallta jew is-sussidjarji tagħha;
(v)
il-kumpannija azzjonarja finanzjarja mħallta jew is-sussidjarji tagħha;
(vi)
kwalunkwe impriża li jkollha rabtiet mill-qrib mal-entitajiet imsemmija fil-punt (i) sa (v);
(f)
l-istrumenti ma jkunux soġġetti għal ebda arranġament li b'mod ieħor itejjeb is-superjorità tal-pretensjoni skont l-istrumenti;
(g)
l-istrumenti għandhom maturità oriġinali ta' mill-inqas ħames snin;
(h)
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jinkludu l-ebda inċentiv biex l-ammont kapitali tagħhom jinfeda jew jitħallas lura, kif applikabbli mill-istituzzjoni qabel il-maturità tagħhom;
(i)
meta l-istrumenti jinkludu dritt wieħed jew iktar ta' ħlas lura bikri inkluż opzjonijiet ta' xiri, l-opzjonijiet huma eżerċitabbli fid-diskrezzjoni totali tal-emittent;
(j)
l-istrumenti jistgħu jinxtraw, jinfdew, jitħallsu lura jew jinxtraw mill-ġdid b'mod bikri biss meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 77 jiġu ssodisfati, u mhux qabel ħames snin wara d-data tal-ħruġ ħlief meta jkunu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 78(4);
(k)
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jindikawx b'mod espliċitu jew impliċitu li l-istrumenti ser jistgħu jinxtraw, jinfdew, jitħallsu lura jew jinxtraw mill-ġdid b'mod bikri, kif applikabbli, mill-istituzzjoni għajr fil-każ tal-insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni u l-istituzzjoni ma tipprovdix b'mod ieħor tali indikazzjoni;
(l)
id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-istrumenti ma jagħtux lid-detentur id-dritt li jgħaġġel il-pagamenti skedati fil-futur tal-imgħax jew tal-ammont tal-kapital, ħlief fil-każ tal-insolvenza jew il-likwidazzjoni tal-istituzzjoni;
(m)
il-livell ta' imgħax jew ta' pagamenti ta' dividendi, kif applikabbli, dovuti fuq l-istrumenti ma jiġix emendat abbażi tal-istatus tal-kreditu tal-istituzzjoni jew l-impriża prinċipali tagħha;
(n)
meta l-emittent ikun stabbilit f'pajjiż terz u jkun ġie ddeżinjat skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/59/UE bħala parti ta' grupp ta' riżoluzzjoni li l-entità ta' riżoluzzjoni tiegħu hija stabbilita fl-Unjoni jew fejn hija stabbilita fi Stat Membru, il-liġi jew id-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw l-istrumenti jkunu jeħtieġu li, meta tittieħed deċiżjoni mill-awtorità ta' riżoluzzjoni biex teżerċita s-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni msemmija fl-Artikolu 59 ta' dik id-Direttiva, l-ammont prinċipali tal-istrumenti għandu jkollu valwazzjoni negattiva fuq bażi permanenti jew l-istrumenti jiġu konvertiti fi strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1; fejn l-emittent ikun stabbilit f'pajjiż terz u ma jkunx ġie ddeżinjat skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/59/UE bħala parti ta' grupp ta' riżoluzzjoni li l-entità ta' riżoluzzjoni tiegħu hija stabbilita fl-Unjoni, il-liġi jew id-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw l-istrumenti jkunu jeħtieġu li, meta tittieħed deċiżjoni mill-awtorità tal-pajjiż terz rilevanti, l-ammont prinċipali tal-istrumenti għandu jonqos fil-valur fuq bażi permanenti jew l-istrumenti għandhom jiġu konvertiti fi strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1;
(o)
meta l-emittent huwa stabbilit f'pajjiż terz u jkun ġie ddeżinjat skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/59/UE bħala part minn grupp ta' riżoluzzjoni li l-entità ta' riżoluzzjoni tiegħu hija stabbilita fl-Unjoni jew fejn hi stabbilita fi Stat Membru, l-istrumenti jistgħu jinħarġu biss skont il-liġijiet ta' pajjiż terz, jew inkella jkunu soġġetti għalihom, meta skont dawk il-liġijiet, l-eżerċizzju tas-setgħa tat-tnaqqis fil-valur u tal-konverżjoni msemmi fl-Artikolu 59 ta' dik id-Direttiva huwa effettiv u infurzabbli abbażi ta' dispożizzjonijiet statutorji jew dispożizzjonijiet kuntrattwali infurzabbli legalment li jirrikonoxxu r-riżoluzzjoni jew azzjonijiet oħra ta' tnaqqis fil-valur jew konverżjoni;
(p)
l-istrumenti mhumiex soġġetti għal arranġamenti ta' tpaċija jew ta' netting li jimminaw il-kapaċità tagħhom li jassorbu t-telf. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel paragrafu, il-parti biss ta' strument kapitali li hija sottoskritta għandha tkun eliġibbli biex tikkwalifika bħala strument ta' Grad 2. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|