|
+Artikolu 62 Elementi ta’ Grad 2 |
Artikolu 62 Elementi ta’ Grad 2Artikolu 62 Elementi ta’ Grad 2 Elementi ta’ Grad 2 għandhom jikkonsistu f’dawn li ġejjin:
(a)
strumenti kapitali fejn il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 63 ikunu ssodisfati, u sal-punt speċifikat fl-Artikolu 64;
(b)
il-kontijiet primjum tal-ishma relatati mal- istrumenti msemmija fil-punt (a);
(c)
għall-istituzzjonijiet li qegħdin jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, l-aġġustamenti ġenerali tar-riskju ta’ kreditu, gross mill-effetti tat-taxxa, sa 1,25 % tal-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju kkalkulati skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta;
(d)
għall-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju f'konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3, l-eċċess tal-IRB fejn applikabbli, gross mill-effetti tat-taxxa, ikkalkulat f'konformità mal-Artikolu 159, sa 0,6 % tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju kkalkulati f'konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu II, il-Kapitolu 3. L-elementi inklużi taħt il-punt (a) ma għandhomx jikkwalifikaw bħala elementi ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1 jew ta’ Grad 1 Addizzjonali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|