|
+Artikolu 67 Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti proprji ta’ Grad 2 |
Artikolu 67 Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti proprji ta’ Grad 2Artikolu 67 Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti proprji ta’ Grad 2 Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 66, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw holdings abbażi tal-pożizzjonijiet grossi twal soġġetti għall-eċċezzjonijiet li ġejjin:
(a)
istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw l-ammont tal-holdings fuq il-bażi tal-pożizzjoni twila netta dment li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(i)
il-pożizzjonijiet twal u qosra jkunu qegħdin fl-istess skopertura sottostanti u l-pożizzjonijiet qosra ma jinvolvux riskju għall-kontroparti;
(ii)
jew kemm il-pożizzjonijiet twal kif ukoll dawk qosra jinżammu fil-portafoll ta’ negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta’ negozjar;
(b)
l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont li jrid jitnaqqas għal parteċipazzjonijiet diretti, indiretti u sintetiċi ta’ titoli tal-indiċi bil-kalkolu tal-iskopertura sottostanti għall-istrumenti proprji ta’ Grad 2 f’dawk l-indiċi;
(c)
l-istituzzjonijiet jistgħu jikkumpensaw il-pożizzjonijiet grossi twal fl-istrumenti ta’ Grad 2 bħala riżultat ta’ parteċipazzjonijiet ta’ titoli tal-indiċi kontra pożizzjonijiet qosra fl-istrumenti proprji ta’ Grad 2 bħala riżultat ta’ pożizzjonijiet qosra fl-indiċi sottostanti, inkluż fejn dawk il-pożizzjonijiet qosra jinvolvu riskju għall-kontroparti, dment li jiġu ssodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
(i)
il-pożizzjonijiet twal u qosra jkunu qegħdin fl-istess indiċi sottostanti;
(ii)
jew kemm il-pożizzjonijiet twal kif ukoll dawk qosra jinżammu fil-portafoll ta’ negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta’ negozjar. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|