+Taqsima 2 Tnaqqis minn elementi ta’ grad 2
---+Artikolu 66 Tnaqqis minn elementi ta’ Grad 2
---+Artikolu 67 Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti proprji ta’ Grad 2
---+Artikolu 68 Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Grad 2 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju u fejn istituzzjoni jkollha holding inkroċjata reċiproka ddisinjata biex artifiċjalment tkabbar il-fondi proprji
---+Artikolu 69 Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Grad 2 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju
---+Artikolu 70 Tnaqqis ta’ strumenti ta’ Grad 2 meta istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’entità rilevanti
------+Artikolu 70 1.
------+Artikolu 70 2.
------+Artikolu 70 3.
------+Artikolu 70 4.
------+Artikolu 70 5.
|
Taqsima 2 Tnaqqis minn elementi ta’ grad 2
Taqsima 2 Tnaqqis minn elementi ta’ grad 2
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 66 Tnaqqis minn elementi ta’ Grad 2
|
Artikolu 66
Tnaqqis minn elementi ta’ Grad 2
Dawn li ġejjin għandhom jitnaqqsu minn elementi ta’ Grad 2:
(a)
holdings diretti, indiretti u sintetiċi minn istituzzjoni ta’ strumenti proprji ta’ Grad 2, inkluż strumenti proprji ta’ Grad 2 li istituzzjoni tista’ tkun obbligata li tixtri bħala riżultat ta’ obbligi kuntrattwali eżistenti;
(b)
holdings diretti, indiretti u sintetiċi tal-istrumenti ta’ Grad 2 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju li magħhom l-istituzzjoni ikollha holdings inkroċjata reċiproka li l- awtorità kompetenti tikkunsidra li tkun ġiet iddisinjata biex artifiċjalment tkabbar il-fondi proprji tal-istituzzjoni;
(c)
l-ammont applikabbli ddeterminat skont l-Artikolu 70 ta’ holdings diretti, indiretti u sintetiċi ta’ strumenti ta’ Grad 2 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju, meta istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet;
(d)
holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni ta’ strumenti ta’ Grad 2 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju fejn l-istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet, esklużi pożizzjonijiet ta’ sottoskrizzjoni miżmuma għal inqas minn ħamest ijiem tax-xogħol;
▼M8
(e)
l-ammont ta' elementi meħtieġa li għandhom jitnaqqsu minn elementi ta' obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 72e li jaqbeż l-elementi tal-obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni.
▼B
|
|
Artikolu 67 Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti proprji ta’ Grad 2
|
Artikolu 67
Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti proprji ta’ Grad 2
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 66, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw holdings abbażi tal-pożizzjonijiet grossi twal soġġetti għall-eċċezzjonijiet li ġejjin:
(a)
istituzzjonijiet jistgħu jikkalkulaw l-ammont tal-holdings fuq il-bażi tal-pożizzjoni twila netta dment li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(i)
il-pożizzjonijiet twal u qosra jkunu qegħdin fl-istess skopertura sottostanti u l-pożizzjonijiet qosra ma jinvolvux riskju għall-kontroparti;
(ii)
jew kemm il-pożizzjonijiet twal kif ukoll dawk qosra jinżammu fil-portafoll ta’ negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta’ negozjar;
(b)
l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont li jrid jitnaqqas għal parteċipazzjonijiet diretti, indiretti u sintetiċi ta’ titoli tal-indiċi bil-kalkolu tal-iskopertura sottostanti għall-istrumenti proprji ta’ Grad 2 f’dawk l-indiċi;
(c)
l-istituzzjonijiet jistgħu jikkumpensaw il-pożizzjonijiet grossi twal fl-istrumenti ta’ Grad 2 bħala riżultat ta’ parteċipazzjonijiet ta’ titoli tal-indiċi kontra pożizzjonijiet qosra fl-istrumenti proprji ta’ Grad 2 bħala riżultat ta’ pożizzjonijiet qosra fl-indiċi sottostanti, inkluż fejn dawk il-pożizzjonijiet qosra jinvolvu riskju għall-kontroparti, dment li jiġu ssodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
(i)
il-pożizzjonijiet twal u qosra jkunu qegħdin fl-istess indiċi sottostanti;
(ii)
jew kemm il-pożizzjonijiet twal kif ukoll dawk qosra jinżammu fil-portafoll ta’ negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta’ negozjar.
|
|
Artikolu 68 Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Grad 2 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju u fejn istituzzjoni jkollha holding inkroċjata reċiproka ddisinjata biex artifiċjalment tkabbar il-fondi proprji
|
Artikolu 68
Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Grad 2 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju u fejn istituzzjoni jkollha holding inkroċjata reċiproka ddisinjata biex artifiċjalment tkabbar il-fondi proprji
L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu t-tnaqqis meħtieġ skont il-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 66 skont dawn li ġejjin:
(a)
holdings ta’ strumenti ta’ Grad 2 għandhom jiġu kkalkolati abbażi tal-pożizzjonijiet grossi twal;
(b)
holdings ta’ elementi ta’ assigurazzjoni bħala fondi proprji ta’ Grad 2 u ta’ elementi ta’ assigurazzjoni bħala fondi proprji ta’ Grad 3 għandhom jiġu ttrattati bħala holdings ta’ strumenti ta’ Grad 2 għall-finijiet ta’ tnaqqis.
|
|
Artikolu 69 Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Grad 2 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju
|
Artikolu 69
Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Grad 2 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju
L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu t-tnaqqis meħtieġ mill-punti (c) u (d) tal-Artikolu 66 skont is-segwenti:
(a)
huma jistgħu jikkalkulaw holdings diretti, indiretti u sintetiċi ta’ strumenti ta’ Grad 1 tal-entitajiet tas-settur finanzjarju abbażi tal-pożizzjoni netta twila fl-istess skopertura sottostanti dment li jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
▼M8
(i)
id-data tal-maturità tal-pożizzjoni qasira tkun jew l-istess, jew iktar tard mid-data tal-maturità tal-pożizzjoni twila jew il-maturità residwa tal-pożizzjoni qasira tkun tal-inqas sena waħda;
▼B
(ii)
jew kemm il-pożizzjoni twila kif ukoll dik qasira jinżammu fil-portafoll tan-negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta’ negozjar.
(b)
huma għandhom jiddeterminaw l-ammont li jrid jitnaqqas għal holdings diretti, indiretti u sintetiċi ta’ titoli tal-indiċi billi jikkalkulaw l-iskopertura sottostanti għall- istrumenti ta’ kapital tal-entitajiet tas-settur finanzjarju f’dawk l-indiċi.
|
|
Artikolu 70 Tnaqqis ta’ strumenti ta’ Grad 2 meta istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’entità rilevanti
|
-
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|