+Artikolu 69 Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Grad 2 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju

Artikolu 69 Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Grad 2 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju

Artikolu 69

Tnaqqis ta’ holdings ta’ strumenti ta’ Grad 2 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju

L-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu t-tnaqqis meħtieġ mill-punti (c) u (d) tal-Artikolu 66 skont is-segwenti:

(a) 

huma jistgħu jikkalkulaw holdings diretti, indiretti u sintetiċi ta’ strumenti ta’ Grad 1 tal-entitajiet tas-settur finanzjarju abbażi tal-pożizzjoni netta twila fl-istess skopertura sottostanti dment li jiġu sodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:

▼M8

(i) 

id-data tal-maturità tal-pożizzjoni qasira tkun jew l-istess, jew iktar tard mid-data tal-maturità tal-pożizzjoni twila jew il-maturità residwa tal-pożizzjoni qasira tkun tal-inqas sena waħda;

▼B

(ii) 

jew kemm il-pożizzjoni twila kif ukoll dik qasira jinżammu fil-portafoll tan-negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafoll mhux ta’ negozjar.

(b) 

huma għandhom jiddeterminaw l-ammont li jrid jitnaqqas għal holdings diretti, indiretti u sintetiċi ta’ titoli tal-indiċi billi jikkalkulaw l-iskopertura sottostanti għall- istrumenti ta’ kapital tal-entitajiet tas-settur finanzjarju f’dawk l-indiċi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit