+Artikolu 73 Distribuzzjonijiet fuq strumenti
---+Artikolu 73 1.
---+Artikolu 73 2.
---+Artikolu 73 3.
---+Artikolu 73 4.
---+Artikolu 73 5.
---+Artikolu 73 6.
---+Artikolu 73 7.
|
Artikolu 73 Distribuzzjonijiet fuq strumenti
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 73 1.
|
Strumenti kapitali u obbligazzjonijiet li dwarhom istituzzjoni jkollha diskrezzjoni esklużiva biex tiddeċiedi tħallas distribuzzjonijiet f'forma li ma tkunx fi flus kontanti jew strumenti ta' fondi proprji ma għandhomx ikunu eliġibbli li jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 2 jew tal-obbligazzjonijiet eliġibbli, sakemm l-istituzzjoni ma tkunx irċeviet minn qabel permess mill-awtorità kompetenti.
|
|
Artikolu 73 2.
|
Awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l-permess minn qabel imsemmi fil-paragrafu 1 unikament meta jikkunsidraw li l-kondizzjonijiet li ġejjin ikunu ġew issodisfati:
(a)
il-kapaċità tal-istituzzjoni tikkanċella pagamenti skont l-istrument ma tkunx affettwata ħażin mid-diskrezzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jew il-forma li biha jistgħu jsiru d-distribuzzjonijiet;
(b)
il-ħila tal-istrument kapitali jew tal-obbligazzjoni li tassorbi t-telf ma tkunx affettwata ħażin mid-diskrezzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jew mill-forma li biha jistgħu jsiru d-distribuzzjonijiet;
(c)
l-kwalità tal-istrument kapitali jew tal-obbligazzjoni ma tonqosx b'xi mod ieħor minħabba d-diskrezzjoni msemmija fil-paragrafu 1, jew minħabba l-forma li biha jistgħu jsiru d-distribuzzjonijiet.
L-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta mal-awtorità ta' riżoluzzjoni rigward il-konformità tal-istituzzjoni ma' dawk il-kondizzjonijiet qabel tagħti l-permess minn qabel imsemmi fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 73 3.
|
L-istrumenti kapitali u l-obbligazzjonijiet li dwarhom persuna ġuridika għajr l-istituzzjoni li tkun ħarġithom ikollha d-diskrezzjoni biex tiddeċiedi jew tesiġi li l-pagament ta' distribuzzjonijiet rigward dawk l-istrumenti jew obbligazzjonijiet għandhom isiru f'forma li ma tkunx fi flus jew strumenti ta' fondi proprji ma għandhomx ikunu eliġibbli li jikkwalifikaw bħala strumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 2 jew ta' obbligazzjonijiet eliġibbli.
|
|
Artikolu 73 4.
|
L-istituzzjonijiet jistgħu jużaw indiċi wiesa' tas-suq bħala waħda mill-bażijiet biex jiġi ddeterminat il-livell tad-distribuzzjonijiet fuq l-istrumenti ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 2 u tal-obbligazzjonijiet eliġibbli.
|
|
Artikolu 73 5.
|
Il-paragrafu 4 m’għandux japplika meta l-istituzzjoni tkun entità ta’ riferiment f’dak l-indiċi wiesa’ tas-suq sakemm ma jiġux issodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
-istituzzjoni tikkunsidra li l-movimenti f’dak l-indiċi wiesa’ tas-suq ma jkunx korrelatat b’mod sinifikanti mal-pożizzjoni tal-kreditu tal-istituzzjonil, l-istituzzjoni prinċipali jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali jew il-kumpannija azzjonarja finanzjarja prinċipali mħallta jew il-kumpannija azzjonarja prinċipali ta’ attività mħallta tagħha;
(b)
l-awtorità kompetenti ma tkunx waslet għal determinazzjoni differenti minn dik imsemmija fil-punt (a).
|
|
Artikolu 73 6.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw u jiddivulgaw l-indiċi wesgħin tas-suq li jiddependu fuqhom l-istrumenti kapitali u l-obbligazzjonijiet eliġibbli tagħhom.
|
|
Artikolu 73 7.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kondizzjonijiet skont liema indiċi għandhom jitqiesu bħala li jikkwalifikaw bħala indiċi wesgħin tas-suq għall-finijiet tal-paragrafu 4. L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Lulju 2013. Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|