+Artikolu 76 Holdings tal-indiċi ta’ strumenti kapitali u ta’ obbligazzjonijiet
---+Artikolu 76 1.
---+Artikolu 76 2.
---+Artikolu 76 3.
---+Artikolu 76 4.
|
Artikolu 76 Holdings tal-indiċi ta’ strumenti kapitali u ta’ obbligazzjonijiet
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 76 1.
|
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 42, tal-punt (a) tal-Artikolu 45, tal-punt (a) tal-Artikolu 57, tal-punt (a) tal-Artikolu 59, tal-punt (a) tal-Artikolu 67, tal-punt (a) tal-Artikolu 69, tal-punt (a) tal-Artikolu 72f u tal-punt (a) tal-Artikolu 72h, l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-ammont ta’ pożizzjoni twila fi strument kapitali jew f’obbligazzjoni bil-porzjon ta’ indiċi li hu magħmul mill-istess skopertura sottostanti li qed tiġi ħħeġġjata, sakemm jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
jew kemm il-pożizzjoni twila li qed tiġi ħħeġġjata kif ukoll il-pożizzjoni qasira f'indiċi wżat biex jiħħeġġja dik il-pożizzjoni twila jinżammu fil-portafoll tan-negozjar jew it-tnejn jinżammu fil-portafolli mhux ta' negozjar;
(b)
il-pożizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) jinżammu bil-valur ġust fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni;
(c)
il-pożizzjoni qasira msemmija fil-punt (a) tikkwalifika bħala ħeġġ effettiv taħt il-proċessi ta' kontroll intern tal-istituzzjoni;
(d)
l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw l-adegwatezza tal-proċessi ta' kontroll intern imsemmija fil-punt (c) minn tal-inqas fuq bażi annwali u jkunu ssodisfati bl-adegwatezza kontinwata tagħhom.
|
|
Artikolu 76 2.
|
Fejn l-awtorità kompetenti tkun tat il-permess minn qabel tagħha, istituzzjoni tista’ tuża stima konservattiva tal-iskopertura sottostanti tal-istituzzjoni għall-istrumenti kapitali jew għall-obbligazzjonijiet inklużi fl-indiċi bħala alternattiva għal istituzzjoni li tikkalkula l-iskopertura tagħha għall-elementi msemmija f’wieħed jew iktar minn dawn il-punti li ġejjin:
(a)
l-istrumenti proprji ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' Grad 1 Addizzjonali, ta' Grad 2 u ta' obbligazzjonijiet eliġibbli inklużi fl-indiċi;
(b)
l-istrumenti ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' Grad 1 Addizzjonali u ta' Grad 2 ta' entitajiet tas-settur finanzjarju, inklużi fl-indiċi;
(c)
strumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli ta' istituzzjonijiet, inklużi fl-indiċi.
|
|
Artikolu 76 3.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu l-permess minn qabel imsemmi fil-paragrafu 2 biss meta l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tagħhom li jkun operazzjonalment ta' piż għall-istituzzjoni li timmonitorja l-iskopertura sottostanti tagħha għall-elementi msemmija f'wieħed jew iktar mill-punti tal-paragrafu 2, kif applikabbli.
|
|
Artikolu 76 4.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
(a)
meta estimu użat bħala alternattiva għall-kalkolu tal-iskopertura sottostanti msemmi fil-paragrafu 2 huwa konservattiv biżżejjed;
(b)
it-tifsira ta’ operazzjonalment ta’ piż għall-finijiet tal-paragrafu 3.
L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat- 28 ta' Lulju 2013. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|