+Artikolu 81 Interessi minoritarji li jikkwalifikaw għal inklużjoni fil-kapital konsolidat ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1
---+Artikolu 81 1.
---+Artikolu 81 2.
|
Artikolu 81 Interessi minoritarji li jikkwalifikaw għal inklużjoni fil-kapital konsolidat ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 81 1.
|
Interessi minoritarji għandhom jinkludu s-somma tal-elementi ta' sussidjarja ta' Ekwità Komuni ta' Grad 1 meta l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:
▼M9
(a)
is-sussidjarja tkun waħda minn dawn li ġejjin:
(ii)
impriża li skont id-dritt nazzjonali applikabbli tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u tad-Direttiva 2013/36/UE;
(iii)
kumpannija holding finanzjarja intermedja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta intermedja li tkun soġġetta għal rekwiżiti ta' dan ir-Regolament fuq bai sub-konsolidata, kumpannija holding tal-investiment intermedja li tkun soġġetta għar-rekwiiti tar-Regolament (UE) 2019/2033 fuq bażi konsolidata;
(v)
kumpannija holding finanzjarja intermedja f'pajjiż terz, dment li dik il-kumpannija holding finanzjarja intermedja tkun soġġetta għar-rekwiżiti prudenzjali li jkunu daqstant stretti daqs dawk applikati għall-istituzzjonijiet ta' kreditu ta' dak il-pajjiż terz u dment li l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni f'konformità mal-Artikolu 107(4) li tiddetermina li dawk ir-rekwiżiti prudenzjali jkunu tal-inqas ekwivalenti għal dawk ta' dan ir-Regolament;
▼M8
(b)
is-sussidjarja tkun inkluża totalment fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed;
(c)
l-elementi tal-Ekwità Komuni ta' Grad 1, imsemmija fil-parti introduttorja ta' dan il-paragrafu, ikunu proprjetà ta' persuni minbarra mill-impriżi inklużi fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed.
|
|
Artikolu 81 2.
|
Interessi minoritarji li jkunu direttament jew indirettament iffinanzjati, permezz ta’ entità b’għan speċjali jew b’mod ieħor, mill-impriża prinċipali tal-istituzzjoni, jew is-sussidjarji tagħha ma għandhomx jikkwalifikaw bħala kapital konsolidat ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|