+TITOLU II INTERESS MINORITARJU U STRUMENTI TA’ GRAD 1 U TA’ GRAD 2 ADDIZZJONALI MAĦRUĠA MINN SUSSIDJARJI
---+Artikolu 81 Interessi minoritarji li jikkwalifikaw għal inklużjoni fil-kapital konsolidat ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1
------+Artikolu 81 1.
------+Artikolu 81 2.
---+Artikolu 82 Kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 Addizzjonali, ta’ Grad 1, ta’ Grad 2 u fondi proprji kwalifikattivi
---+Artikolu 83 Kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 u ta’ Grad 2 Addizzjonali maħruġ minn entità b’għan speċjali
------+Artikolu 83 1.
------+Artikolu 83 2.
---+Artikolu 84 Interessi minoritarji inklużi fil-kapital konsolidat ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1
------+Artikolu 84 1.
------+Artikolu 84 2.
------+Artikolu 84 3.
------+Artikolu 84 4.
------+Artikolu 84 5.
------+Artikolu 84 6.
---+Artikolu 85 Strumenti kwalifikattivi ta’ Grad 1 inklużi fil-kapital konsolidat ta’ Grad 1
------+Artikolu 85 1.
------+Artikolu 85 2.
------+Artikolu 85 3.
---+Artikolu 86 Kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 inkluż fil-kapital konsolidat Addizzjonali ta’ Grad 1
---+Artikolu 87 Fondi proprji kwalifikattivi inklużi f’fondi proprji konsolidati
------+Artikolu 87 1.
------+Artikolu 87 2.
------+Artikolu 87 3.
---+Artikolu 88 Strumenti tal-fondi proprji kwalifikattivi inklużi fil-kapital konsolidat ta’ Grad 2
---+Artikolu 88a Strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli
---+Artikolu 88b Impriżi f'pajjiżi terzi
|
TITOLU II INTERESS MINORITARJU U STRUMENTI TA’ GRAD 1 U TA’ GRAD 2 ADDIZZJONALI MAĦRUĠA MINN SUSSIDJARJI
TITOLU II INTERESS MINORITARJU U STRUMENTI TA’ GRAD 1 U TA’ GRAD 2 ADDIZZJONALI MAĦRUĠA MINN SUSSIDJARJI
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 81 Interessi minoritarji li jikkwalifikaw għal inklużjoni fil-kapital konsolidat ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1
|
-
|
|
Artikolu 82 Kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 Addizzjonali, ta’ Grad 1, ta’ Grad 2 u fondi proprji kwalifikattivi
|
Artikolu 82
Kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 Addizzjonali, ta’ Grad 1, ta’ Grad 2 u fondi proprji kwalifikattivi
Kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 Addizzjonali, ta’ Grad 1, ta’ Grad 2 u fondi proprji kwalifikattivi għandhom jinkludu l-interess minoritarju, l-istrumenti Addizzjonali ta’ Grad 1 jew ta’ Grad 2, kif applikabbli, flimkien mal-kontijiet tal-premium azzjonarju relatati, ta’ sussidjarja meta l-kondizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:
(a)
is-sussidjarja tkun waħda minn dawn li ġejjin:
(ii)
impriża li skont id-dritt nazzjonali applikabbli tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u tad-Direttiva 2013/36/UE;
(iii)
kumpannija holding finanzjarja intermedja jew kumpannija holding finanzjarja mħallta intermedjali tkun soġġetta għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament fuq bażi sub-konsolidata, jew kumpannija holding tal-investiment intermedja li tkun soġġetta għar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2019/2033 fuq bażi konsolidata;
(v)
kumpannija holding finanzjarja intermedja f'pajjiż terz, dment li dik il-kumpannija holding finanzjarja intermedja tkun soġġetta għar-rekwiżiti prudenzjali li jkunu daqstant stretti daqs dawk applikati għall-istituzzjonijiet ta' kreditu ta' dak il-pajjiż terz u dment li l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni f'konformità mal-Artikolu 107(4) li tiddetermina li dawk ir-rekwiżiti prudenzjali jkunu tal-inqas ekwivalenti għal dawk ta' dan ir-Regolament;
(b)
is-sussidjarja tkun inkluża totalment fl-ambitu tal-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed;
(c)
l-elementi ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1, l-elementi ta’ Grad 1 Addizzjonali u l-elementi ta’ Grad 2 imsemmija fil-parti introduttorju ta’ dan il-paragrafu, ikunu proprjetà ta’ persuni minbarra mill-impriżi inklużi fil-konsolidazzjoni skont il-Kapitolu 2 tat-Titolu II tal-Parti Wieħed.
|
|
Artikolu 83 Kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 u ta’ Grad 2 Addizzjonali maħruġ minn entità b’għan speċjali
|
-
|
|
Artikolu 84 Interessi minoritarji inklużi fil-kapital konsolidat ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1
|
-
|
|
Artikolu 85 Strumenti kwalifikattivi ta’ Grad 1 inklużi fil-kapital konsolidat ta’ Grad 1
|
-
|
|
Artikolu 86 Kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 inkluż fil-kapital konsolidat Addizzjonali ta’ Grad 1
|
Artikolu 86
Kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 inkluż fil-kapital konsolidat Addizzjonali ta’ Grad 1
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 84(5) u (6), l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta’ kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 ta’ sussidjarja li jiġi inkluż fil-kapital konsolidat ta’ Grad 1 Addizzjonali billi jnaqqsu mill-kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 ta’ dik l-impriża inkluża fil-kapital konsolidat ta’ Grad 1 l-interessi minoritarji ta’ dik l-impriża li jkunu inklużi fil-kapital konsolidat tal-Ekwità Komuni ta’ Grad 1.
|
|
Artikolu 87 Fondi proprji kwalifikattivi inklużi f’fondi proprji konsolidati
|
-
|
|
Artikolu 88 Strumenti tal-fondi proprji kwalifikattivi inklużi fil-kapital konsolidat ta’ Grad 2
|
Artikolu 88
Strumenti tal-fondi proprji kwalifikattivi inklużi fil-kapital konsolidat ta’ Grad 2
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 84(5) u (6), l-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta’ fondi proprji kwalifikattivi ta’ sussidjarja li jiġi inkluż fil-kapital konsolidat ta’ Grad 2 billi jnaqqsu mill-fondi proprji kwalifikattivi ta’ dik l-impriża li tkun inkluża fil-fondi proprji konsolidati, il-kapital kwalifikattiv ta’ Grad 1 ta’ dik l-impriża inkluż fil-kapital konsolidat ta’ Grad 1.
|
|
Artikolu 88a Strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli
|
Artikolu 88a
Strumenti ta' obbligazzjonijiet eliġibbli
Obbligazzjonijiet maħruġa minn sussidjarja stabbilita fl-Unjoni li tappartjeni għall-istess grupp ta' riżoluzzjoni bħala l-entità ta' riżoluzzjoni għandhom jikkwalifikaw għall-inklużjoni fl-istrumenti tal-obbligazzjonijiet eliġibbli konsolidati ta' istituzzjoni soġġett għall-Artikolu 92a, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
jinħarġu skont il-punt (a) tal-Artikolu 45f(2) tad-Direttiva 2014/59/UE;
(b)
jinxtraw minn azzjonist eżistenti li mhuwiex parti mill-istess grupp ta' riżoluzzjoni sakemm l-eżerċizzju tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni skont l-Artikoli 59 sa 62 tad-Direttiva 2014/59/UE ma jaffettwax il-kontroll tas-sussidjarja mill-entità ta' riżoluzzjoni;
(c)
ma jaqbżux l-ammont determinat mit-tnaqqis tal-ammont imsemmi fil-punt (i) mill-ammont imsemmi fil-punt (ii):
(i)
is-somma tal-obbligazzjonijiet maħruġa lil u mixtrija mill-entità ta' riżoluzzjoni jew direttament inkella indirettament permezz ta' entitajiet oħra fl-istess grupp ta' riżoluzzjoni u l-ammont ta' strumenti ta' fondi proprji maħruġa f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 45f(2) tad-Direttiva 2014/59/UE;
(ii)
l-ammont meħtieġ f'konformità mal-Artikolu 45f(1) tad-Direttiva 2014/59/UE.
|
|
Artikolu 88b Impriżi f'pajjiżi terzi
|
Artikolu 88b
Għall-finijiet ta' dan it-Titolu, it-termini “ditta ta' investiment” u “istituzzjoni” għandhom jinftiehmu li jinkludu impriżi stabbiliti f'pajjiżi terzi, li, kieku kienu stabbiliti fl-Unjoni, ikunu jaqgħu taħt id-definizzjonijiet ta' dawn it-termini f'dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|