+Artikolu 87 Fondi proprji kwalifikattivi inklużi f’fondi proprji konsolidati
---+Artikolu 87 1.
---+Artikolu 87 2.
---+Artikolu 87 3.
|
Artikolu 87 Fondi proprji kwalifikattivi inklużi f’fondi proprji konsolidati
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 87 1.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont ta’ fondi proprji kwalifikattivi ta’ sussidjarja li jiġi inkluż fil-fondi proprji konsolidati billi jitnaqqas mill-fondi proprji kwalifikattivi ta’ dik l-impriża r-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-ammont imsemmi fil-punt (a) bil-perċentwal imsemmi fil-punt (b) kif ġej:
▼M17
(a)
il-fondi proprji tas-sussidjarja nieqes l-iċken minn dawn li ġejjin:
(i)
l-ammont ta' fondi proprji tas-sussidjarja li jkun meħtieġ sabiex jissodisfa dan li ġej:
(1)
meta s-sussidjarja tkun waħda minn dawk elenkati fl-Artikolu 81(1), il-punt (a), ta' dan ir-Regolament iżda mhux ditta ta' investiment jew kumpanija azzjonarja ta’ investiment intermedja, is-somma tar-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 92(1), il-punt (c), ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi ta' fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata ta' kapital iddefinita fl-Artikolu 128, il-punt (6), ta' dik id-Direttiva, jew kwalunkwe regolament superviżorju lokali f'pajjiżi terzi sa fejn dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati minn fondi proprji;
(2)
meta s-sussidjarja tkun ditta ta' investiment jew kumpanija azzjonarja ta’ investiment intermedja, is-somma tar-rekwiżit stabbilita fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/2033, ir-rekwiżiti speċifiċi ta' fondi proprji msemmija fl-Artikolu 39(2), il-punt (a), tad-Direttiva (UE) 2019/2034, jew kwalunkwe regolament superviżorju lokali f'pajjiżi terzi, sa fejn dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati minn fondi proprji;
(ii)
l-ammont tal-fondi proprji relatat ma' dik is-sussidjarja meħtieġa fuq bażi konsolidata biex tintlaħaq is-somma tar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 92(1), il-punt (c), ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti imsemmija fl-Artikoli 458 u 459 ta' dan ir-Regolament, ir-rekwiżiti speċifiċi tal-fondi proprji msemmija fl-Artikolu 104 tad-Direttiva 2013/36/UE, ir-rekwiżit ta' riżerva kombinata tal-kapital definit fl-Artikolu 128, il-punt (6), ta' dik id-Direttiva, u kwalunkwe regolament superviżorju lokali addizzjonali f'pajjiżi terzi sakemm dawk ir-rekwiżiti għandhom jiġu ssodisfati mill-fondi proprji;
▼C6
(b)
il-fondi proprji kwalifikattivi tal-impriża, espressi bħala perċentwal tas-somma tal-entrati kollha tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni, tal-entrati tal-Grad 1 Addizzjonali u tal-entrati tal-Grad 2, bl-esklużjoni tal-ammonti msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 62, ta’ dik l-impriża.
B'deroga mill-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-awtorità kompetenti tista' tippermetti lil istituzzjoni tnaqqas wieħed mill-ammonti msemmija fil-punt (a)(i) jew (ii), ladarba dik l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-ammont addizzjonali ta' fondi proprji huwa disponibbli biex jassorbi t-telf f'livell konsolidat.
|
|
Artikolu 87 2.
|
Il-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jsir fuq bażi subkonsolidata għal kull sussidjarja msemmija fl-Artikolu 81(1). Istituzzjoni tista’ tagħżel li ma tagħmilx dan il-kalkolu għal sussidjarja kif imsemmi fl-Artikolu 81(1). Fejn istituzzjoni tieħu tali deċiżjoni, il-fondi proprji ta’ dik is-sussidjarja li jikkwalifikaw ma jistgħux jiġu inklużi fil-fondi proprji konsolidati.
|
|
Artikolu 87 3.
|
Fejn awtorità kompetenti tidderoga mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti prudenzjali fuq bażi individwali, kif stabbilit fl-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament jew, kif applikabbli, kif stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament 2019/2033], l-istrumenti ta’ fondi proprji fis-sussidjarji li għalihom tapplika l-eżenzjoni m’għandhomx ikunu rikonoxxuti f’fondi proprji fil-livell subkonsolidat jew konsolidat, kif applikabbli.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|