+Artikolu 115 L-iskoperturi għal gvernijiet reġjonali jew għal awtoritajiet lokali
---+Artikolu 115 -1.
---+Artikolu 115 1.
---+Artikolu 115 2.
---+Artikolu 115 3.
---+Artikolu 115 4.
---+Artikolu 115 5.

Artikolu 115 L-iskoperturi għal gvernijiet reġjonali jew għal awtoritajiet lokali

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 115 -1.

L-iskoperturi għall-gvernijiet reġjonali jew għall-awtoritajiet lokali li għalihom ikun hemm disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju f'konformità mat-Tabella 1, li jikkorrispondi għall-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI f'konformità mal-Artikolu 136.



Tabella 1

Skala tal-kwalità kreditizja

1

2

3

4

5

6

Piż tar-riskju

20 %

50 %

50 %

100 %

100 %

150 %

Artikolu 115 1.

L-iskoperturi għall-gvernijiet reġjonali jew għall-awtoritajiet lokali li għalihom ma tkunx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju f'konformità mal-iskala ta' kwalità kreditizja li għaliha jkunu assenjati l-iskoperturi għall-gvern ċentrali tal-ġuriżdizzjoni fejn ikunu inkorporati l-gvernijiet reġjonali jew l-awtoritajiet lokali f'konformità mat-Tabella 2.



Tabella 2

Skala tal-kwalità kreditizja

1

2

3

4

5

6

Piż tar-riskju

20 %

50 %

100 %

100 %

100 %

150 %

Għall-iskoperturi msemmija fl-ewwel subparagrafu, għandu jiġi assenjat piż tar-riskju ta' 100 % meta l-gvern ċentrali tal-ġuriżdizzjoni li fiha jkunu inkorporati gvernijiet reġjonali jew awtoritajiet lokali ma jkunx ikklassifikat.

Artikolu 115 2.
►M17  B'deroga mill-paragrafi - 1 u 1, l-iskoperturi għall-gvernijiet reġjonali jew għall-awtoritajiet lokali għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali fil-ġuriżdizzjoni li fiha jkunu stabbiliti meta ma jkunx hemm differenza fir-riskju bejn dawn l-iskoperturi minħabba s-setgħat speċifiċi ta' dawk tal-ewwel biex jiġġeneraw dħul, u l-eżistenza ta' arranġamenti istituzzjonali speċifiċi li l-effett tagħhom ikun li jnaqqas ir-riskju ta' inadempjenza tagħhom. ◄

L-ABE għandha żżomm bażi tad-data disponibbli għall-pubbliku tal-gvernijiet reġjonali u l-awtoritajiet lokali kollha fi ħdan l-Unjoni li l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jitrattaw bħala skoperturi tal-gvernijiet ċentrali tagħhom.

Artikolu 115 3.
L-iskoperturi għal knejjes jew għal komunitajiet reliġjużi kostitwiti fil-forma ta' persuna ġuridika skont id-dritt pubbliku għandhom, sakemm jiġbru t-taxxi f'konformità mal-atti legali li tikkonferixxi lilhom id-dritt li jagħmlu dan, jiġu trattati bħala skoperturi għal gvernijiet reġjonali u għal awtoritajiet lokali. F'dak il-każ, il-paragrafu 2 ma għandux japplika.
Artikolu 115 4.
►M17  B'deroga mill-paragrafi - 1 u 1, meta l-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiż terz li japplika arranġamenti superviżorji u regolatorji li mill-inqas ikunu ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni jittrattaw l-iskoperturi għall-gvernijiet reġjonali jew għall-awtoritajiet lokali bħala skoperturi għall-gvern ċentrali tagħhom u ma jkunx hemmx differenza fir-riskju bejn dawn l-iskoperturi minħabba li l-gvern reġjonali jew l-awtoritajiet lokali jkollhom setgħat speċifiċi biex jiġġeneraw dħul u arranġamenti istituzzjonali speċifiċi biex inaqqsu r-riskju ta' inadempjenza, l-istituzzjonijiet jistgħu jippeżaw ir-riskju ta' skoperturi għal dawn il-gvernijiet reġjonali u l-awtoritajiet lokali bl-istess mod. ◄

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, u soġġetta għall-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 464(2), deċiżjoni dwar jekk pajjiż terz japplikax arranġamenti superviżorji u regolatorji li tal-anqas ikunu ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni. Fin-nuqqas ta’ tali deċiżjoni, sal-1 ta’ Jannar 2015, l-istituzzjonijiet jistgħu jkomplu japplikaw it-trattament stabbilit f’dan il-paragrafu għall-pajjiż terz meta l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kienu approvaw il-pajjiż terz bħala eliġibbli għal dak it-trattament qabel l-1 ta’ Jannar 2014.

Artikolu 115 5.
B'deroga mill-paragrafi - 1 u 1, skoperturi għal gvernijiet reġjonali jew għal awtoritajiet lokali tal-Istati Membri li mhumiex imsemmija fil-paragrafi 2, 3 u 4 u li huma denominati u ffinanzjati fil-munita domestika ta' dak il-gvern reġjonali jew l-awtorità lokali għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 20 %.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit