►M17
B'deroga mill-paragrafi - 1 u 1, l-iskoperturi għall-gvernijiet reġjonali jew għall-awtoritajiet lokali għandhom jiġu ttrattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali fil-ġuriżdizzjoni li fiha jkunu stabbiliti meta ma jkunx hemm differenza fir-riskju bejn dawn l-iskoperturi minħabba s-setgħat speċifiċi ta' dawk tal-ewwel biex jiġġeneraw dħul, u l-eżistenza ta' arranġamenti istituzzjonali speċifiċi li l-effett tagħhom ikun li jnaqqas ir-riskju ta' inadempjenza tagħhom.
◄
L-ABE għandha żżomm bażi tad-data disponibbli għall-pubbliku tal-gvernijiet reġjonali u l-awtoritajiet lokali kollha fi ħdan l-Unjoni li l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jitrattaw bħala skoperturi tal-gvernijiet ċentrali tagħhom.