+Artikolu 116 L-iskoperturi għal entitajiet tas-settur pubbliku
---+Artikolu 116 1.
---+Artikolu 116 2.
---+Artikolu 116 3.
---+Artikolu 116 4.
---+Artikolu 116 5.
|
Artikolu 116 L-iskoperturi għal entitajiet tas-settur pubbliku
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 116 1.
|
L-iskoperturi għal entitajiet tas-settur pubbliku li għalihom ma tkunx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju skont l-iskala ta’ kwalità kreditizja li għaliha jkunu assenjati l-iskoperturi għall-gvern ċentrali tal-ġurisdizzjoni fejn tkun inkorporata l-entità tas-settur pubbliku skont it-Tabella 2 segwenti:
Tabella 2
|
Skala tal-kwalità kreditizja li għaliha l-gvern ċentrali jkun assenjat
|
1
|
2
|
3
|
4
|
5
|
6
|
|
Piż tar-riskju
|
20 %
|
50 %
|
100 %
|
100 %
|
100 %
|
150 %
|
Fir-rigward ta’ skoperturi għall-entitajiet tas-settur pubbliku inkorporati f’pajjiżi fejn il-gvern ċentrali mhuwiex ikklassifikat, il-piż tar-riskju għandu jkun ta’ 100 %.
|
|
Artikolu 116 2.
|
L-iskoperturi għal entitajiet tas-settur pubbliku li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu ttrattati f'konformità mal-Artikolu 115(-1).
|
|
Artikolu 116 3.
|
Fir-rigward ta’ skoperturi għal entitajiet tas-settur pubbliku b’maturità oriġinali ta’ inqas minn tliet xhur, il-piż tar-riskju għandu jkun ta’ 20 %.
|
|
Artikolu 116 4.
|
F’ċirkostanzi eċċezzjonali, l-iskoperturi għal entitajiet tas-settur pubbliku jistgħu jiġu ttrattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali, għall-gvern reġjonali jew għall-awtorità lokali li fil-ġurisdizzjoni tagħhom ikunu stabbiliti meta fl-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti ta’ din il-ġurisdizzjoni ma jkun hemm l-ebda differenza fir-riskju bejn dawn l-iskoperturi minħabba l-eżistenza ta’ garanzija adegwata mill-gvern ċentrali, il-gvern reġjonali jew l-awtorità lokali. L-EBA għandha żżomm bażi tad-data disponibbli għall-pubbliku tal-entitajiet kollha tas-settur pubbliku fl-Unjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.
|
|
Artikolu 116 5.
|
Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ ġurisdizzjoni ta’ pajjiż terz, li japplikaw arranġamenti superviżorji u regolatorji li mill-inqas ikunu ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni, jittrattaw l-iskoperturi għall-entitajiet tas-settur pubbliku f’konformità mal-paragrafu 1 jew 2, l-istituzzjonijiet jistgħu jippeżaw ir-riskju ta’ skoperturi għal dawn l-entitajiet tas-settur pubbliku bl-istess mod. Altrimenti, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw piż tar-riskju ta’ 100 %. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, u soġġetta għall-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 464(2), deċiżjoni dwar jekk pajjiż terz japplikax arranġamenti superviżorji u regolatorji li tal-anqas ikunu ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni. Fin-nuqqas ta’ tali deċiżjoni, sal-1 ta’ Jannar 2015, l-istituzzjonijiet jistgħu jkomplu japplikaw it-trattament stabbilit f’dan il-paragrafu għall-pajjiż terz meta l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kienu approvaw il-pajjiż terz bħala eliġibbli għal dak it-trattament qabel l-1 ta’ Jannar 2014.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|