+Artikolu 116 5.
|
Artikolu 116 5.
Meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ ġurisdizzjoni ta’ pajjiż terz, li japplikaw arranġamenti superviżorji u regolatorji li mill-inqas ikunu ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni, jittrattaw l-iskoperturi għall-entitajiet tas-settur pubbliku f’konformità mal-paragrafu 1 jew 2, l-istituzzjonijiet jistgħu jippeżaw ir-riskju ta’ skoperturi għal dawn l-entitajiet tas-settur pubbliku bl-istess mod. Altrimenti, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw piż tar-riskju ta’ 100 %. Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, u soġġetta għall-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 464(2), deċiżjoni dwar jekk pajjiż terz japplikax arranġamenti superviżorji u regolatorji li tal-anqas ikunu ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni. Fin-nuqqas ta’ tali deċiżjoni, sal-1 ta’ Jannar 2015, l-istituzzjonijiet jistgħu jkomplu japplikaw it-trattament stabbilit f’dan il-paragrafu għall-pajjiż terz meta l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kienu approvaw il-pajjiż terz bħala eliġibbli għal dak it-trattament qabel l-1 ta’ Jannar 2014.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|