+Artikolu 117 L-iskoperturi għal banek multilaterali tal-iżvilupp
---+Artikolu 117 1.
---+Artikolu 117 2.
---+Artikolu 117 3.

Artikolu 117 L-iskoperturi għal banek multilaterali tal-iżvilupp

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 117 1.

Skoperturi għal banek multilaterali tal-iżvilupp li mhumiex imsemmija fil-paragrafu 2 u li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju f'konformità mat-Tabella 1. Skoperturi għal banek multilaterali tal-iżvilupp li mhumiex imsemmija fil-paragrafu 2 li għalihom ma tkunx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 50 %.



Tabella 1

Skala tal-kwalità kreditizja

1

2

3

4

5

6

Piż tar-riskju

20 %

30 %

50 %

100 %

100 %

150 %

Il-Korporazzjoni Inter-Amerikana għall-Investiment, il-Bank tal-Kummerċ u l-Iżvilupp tal-Baħar l-Iswed, il-Bank tal-Amerika Ċentrali għall-Integrazzjoni Ekonomika u l-Bank tal-Iżvilupp CAF tal-Amerika Latina għandhom jiġu kkunsidrati bħala banek multilaterali tal-iżvilupp.

Artikolu 117 2.

L-iskoperturi għal banek multilaterali tal-iżvilupp li ġejjin għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju ta’ 0 %:

(a) 

il-Bank Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp;

(b) 

il-Korporazzjoni Finanzjarja Internazzjonali;

(c) 

il-Bank Inter-Amerikan tal-Iżvilupp;

(d) 

il-Bank Ażjatiku tal-Iżvilupp;

(e) 

il-Bank Afrikan tal-Iżvilupp;

(f) 

il-Bank ta’ Żvilupp tal-Kunsill tal-Ewropa;

(g) 

il-Bank Nordiku tal-Investiment;

(h) 

il-Bank Karibew tal-Iżvilupp;

(i) 

il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp;

(j) 

il-Bank Ewropew tal-Investiment;

(k) 

il-Fond Ewropew tal-Investiment;

(l) 

l-Aġenzija Multilaterali tal-Garanzija tal-Investiment;

(m) 

il-Faċilità Internazzjonali ta’ Finanzjament għall-Immunizzazzjoni;

(n) 

il-Bank Islamiku tal-Iżvilupp;

▼M8

(o) 

l-Assoċjazzjoni Internazzjonali għall-Iżvilupp;

(p) 

il-Bank Ażjatiku tal-Investiment fl-Infrastruttura.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li temenda dan ir-Regolament billi tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 462 li temenda, f'konformità mal-istandards internazzjonali, il-lista ta' banek ta' żvilupp multilaterali msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 117 3.
Għandu jiġi assenjat piż tar-riskju ta’ 20 % għall-porzjoni ta’ kapital mhux imħallas sottoskritt għall-Fond Ewropew tal-Investiment.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit