+Artikolu 120 L-iskoperturi għal istituzzjonijiet ikklassifikati
---+Artikolu 120 1.
---+Artikolu 120 2.
---+Artikolu 120 3.
|
Artikolu 120 L-iskoperturi għal istituzzjonijiet ikklassifikati
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 120 1.
|
L-iskoperturi għall-istituzzjonijiet li għalihom ikun hemm disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju f'konformità mat-Tabella 1 li jikkorrispondi mal-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI f'konformità mal-Artikolu 136.
Tabella 1
|
Skala tal-kwalità kreditizja
|
1
|
2
|
3
|
4
|
5
|
6
|
|
Piż tar-riskju
|
20 %
|
30 %
|
50 %
|
100 %
|
100 %
|
150 %
|
|
|
Artikolu 120 2.
|
L-iskoperturi għall-istituzzjonijiet b'maturità oriġinali ta' tliet xhur jew anqas li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata u skoperturi li jirriżultaw mill-moviment ta' oġġetti bejn il-fruntieri nazzjonali b'maturità oriġinali ta' sitt xhur jew inqas u li għalihom tkun disponibbli valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata, għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju f'konformità mat-Tabella 2 li jikkorrispondi għall-valutazzjoni tal-kreditu tal-ECAI f'konformità mal-Artikolu 136.
Tabella 2
|
Skala tal-kwalità kreditizja
|
1
|
2
|
3
|
4
|
5
|
6
|
|
Piż tar-riskju
|
20 %
|
20 %
|
20 %
|
50 %
|
50 %
|
150 %
|
|
|
Artikolu 120 3.
|
L-interazzjoni bejn it-trattament tal-valutazzjoni tal-kreditu ta’ terminu qasir skont l-Artikolu 131 u t-trattament preferenzjali ġenerali għal skoperturi ta’ terminu qasir stipulati fil-paragrafu 2 għandha tkun kif ġej:
(a)
Jekk ma jkunx hemm valutazzjoni tal-iskopertura ta’ terminu qasir, it-trattament preferenzjali ġenerali għal skoperturi ta’ terminu qasir kif speċifikat fil-paragrafu 2 għandu japplika għall-iskoperturi kollha għall-istituzzjonijiet b’mhux aktar minn tliet xhur ta’ maturità residwa;
(b)
Jekk ikun hemm valutazzjoni ta’ terminu qasir u din il-valutazzjoni tistabbilixxi l-applikazzjoni ta’ piż tar-riskju li jkun aktar favorevoli jew identiku għall-użu ta’ trattament preferenzjali ġenerali għal skoperturi ta’ terminu qasir, kif speċifikat fil-paragrafu 2, għal dik l-iskopertura speċifika biss għandha tintuża l-valutazzjoni ta’ terminu qasir. Skoperturi oħra ta’ terminu qasir għandhom isegwu t-trattament preferenzjali ġenerali għal skoperturi ta’ terminu qasir, kif speċifikat fil-paragrafu 2;
(c)
Jekk ikun hemm valutazzjoni ta’ terminu qasir u din il-valutazzjoni tistabbilixxi piż tar-riskju li jkun inqas favorevoli mill-użu tat-trattament preferenzjali ġenerali għal skoperturi ta’ terminu qasir, kif speċifikat fil-paragrafu 2, ma għandux jintuża t-trattament preferenzjali ġenerali għal skoperturi ta’ terminu qasir u l-pretensjonijiet kollha ta’ terminu qasir mhux ikklassifikati għandhom jiġu assenjati l-istess piż tar-riskju bħal dak applikat mill-valutazzjoni speċifika ta’ terminu qasir.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|