+Artikolu 125 Skoperturi ggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà residenzjali
---+Artikolu 125 1.
---+Artikolu 125 2.
---+Artikolu 125 3.

Artikolu 125 Skoperturi ggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà residenzjali

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 125 1.
Għal skopertura ggarantita permezz ta' proprjetà residenzjali kif imsemmi fl-Artikolu 124(2), il-punt (a)(i) jew (ii), il-parti tal-iskopertura sa 55 % tal-valur tal-proprjetà għandha tiġi assenjata piż tar-riskju ta' 20 %.

Meta istituzzjoni jkollha rahan subordinat u jkun hemm irhna aktar prijoritarji li ma jkunux miżmuma minn dik l-istituzzjoni, sabiex tiġi ddeterminata l-parti tal-iskopertura tal-istituzzjoni li tkun eliġibbli għall-piż tar-riskju ta' 20 %, l-ammont ta' 55 % tal-valur tal-proprjetà għandu jitnaqqas bl-ammont tal-irhna aktar prijoritarji li ma jkunux miżmuma mill-istituzzjoni.

Meta l-irhna li ma jkunux miżmuma mill-istituzzjoni jikklassifikaw pari passu mar-rahan miżmum mill-istituzzjoni, sabiex tiġi ddeterminata l-parti tal-iskopertura tal-istituzzjoni li tkun eliġibbli għall-piż tar-riskju ta' 20 %, l-ammont ta' 55 % tal-valur tal-proprjetà, imnaqqas bl-ammont ta' kwalunkwe irhna aktar prijoritarji li ma jkunux miżmuma mill-istituzzjoni għandu jitnaqqas bil-prodott ta':

(a) 

55 % tal-valur tal-proprjetà, imnaqqas bl-ammont ta' rahan aktar prijoritarju, jekk ikun hemm, it-tnejn miżmuma mill-istituzzjoni u miżmuma minn istituzzjonijiet oħra; u

(b) 

l-ammont ta' irhna li ma jkunux miżmuma mill-istituzzjoni li jikklassifikaw pari passu mar-rahan miżmum mill-istituzzjoni diviż bis-somma tal-irhna pari passu kollha.

Meta, f'konformità mal-Artikolu 124(9), l-awtorità kompetenti jew l-awtorità maħtura tkun stabbiliet piż tar-riskju ogħla jew perċentwal aktar baxx tal-valur tal-proprjetà minn dawk imsemmija f'dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-piż tar-riskju jew il-perċentwal stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 124(9).

Il-parti li jifdal tal-iskopertura msemmija fl-ewwel subparagrafu, jekk ikun hemm, għandha tiġi ponderata għar-riskju bħala skopertura għall-kontroparti li ma tkunx iggarantita permezz ta' proprjetà residenzjali.

Artikolu 125 2.
Skopertura kif imsemmija fl-Artikolu 124(2), il-punt (a)(iii), għandha tiġi assenjata l-piż tar-riskju stabbilit f'konformità mal-bucket rispettiv tal-piż tar-riskju tal-iskopertura għall-valur fit-Tabella 1.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, meta, f'konformità mal-Artikolu 124(9), l-awtorità kompetenti jew l-awtorità maħtura tkun stabbiliet piż tar-riskju ogħla jew perċentwal aktar baxx tal-iskopertura għall-valur minn dawk imsemmija f'dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-piż tar-riskju jew il-perċentwal stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 124(9).


Tabella 1

ETV

ETV ≤ 50 %

50 % < ETV ≤ 60 %

60 % < ETV ≤ 80 %

80 % < ETV ≤ 90 %

90 % < ETV ≤100 %

ETV > 100 %

Piż tar-riskju

30 %

35 %

45 %

60 %

75 %

105 %

Permezz ta' deroga mill-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw it-trattament imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għal skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali li tinsab fit-territorju ta' Stat Membru, meta l-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru tkun ippubblikat, f'konformità mal-Artikolu 430a(3), ir-rati ta' telf għal tali skoperturi li, abbażi tad-data aggregata rrapportata mill-istituzzjonijiet f'dak l-Istat Membru għal dak is-suq nazzjonali tal-proprjetà immobbli, ma jaqbżu l-ebda wieħed mil-limiti li ġejjin għat-telf aggregat għal tali skoperturi li kienu eżistenti fis-sena preċedenti:

(a) 

l-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (a), diviż bl-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (c), ma jaqbiżx 0,3  %;

(b) 

l-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (b), diviż bl-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (c), ma jaqbiżx 0,5  %.

Artikolu 125 3.
L-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw ukoll id-deroga msemmija fil-paragrafu 2, it-tielet subparagrafu, ta' dan l-Artikolu f'każijiet fejn l-awtorità kompetenti ta' pajjiż terz li japplika arranġamenti superviżorji u regolatorji mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni kif iddeterminat f'deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata f'konformità mal-Artikolu 107(4), tippubblika r-rati ta' telf korrispondenti għal skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali li tinsab fit-territorju ta' dak il-pajjiż terz.

Meta awtorità kompetenti ta' pajjiż terz ma tippubblikax ir-rati ta' telf korrispondenti għal skoperturi ggarantiti permezz ta' proprjetà residenzjali li tinsab fit-territorju ta' dak il-pajjiż terz, l-EBA tista' tippubblika tali informazzjoni għal dak il-pajjiż terz, dment li tkun disponibbli data statistika valida li tkun statistikament rappreżentattiva tas-suq korrispondenti tal-proprjetà residenzjali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit