|
+Artikolu 125 1. |
Artikolu 125 1.Għal skopertura ggarantita permezz ta' proprjetà residenzjali kif imsemmi fl-Artikolu 124(2), il-punt (a)(i) jew (ii), il-parti tal-iskopertura sa 55 % tal-valur tal-proprjetà għandha tiġi assenjata piż tar-riskju ta' 20 %. Meta istituzzjoni jkollha rahan subordinat u jkun hemm irhna aktar prijoritarji li ma jkunux miżmuma minn dik l-istituzzjoni, sabiex tiġi ddeterminata l-parti tal-iskopertura tal-istituzzjoni li tkun eliġibbli għall-piż tar-riskju ta' 20 %, l-ammont ta' 55 % tal-valur tal-proprjetà għandu jitnaqqas bl-ammont tal-irhna aktar prijoritarji li ma jkunux miżmuma mill-istituzzjoni. Meta l-irhna li ma jkunux miżmuma mill-istituzzjoni jikklassifikaw pari passu mar-rahan miżmum mill-istituzzjoni, sabiex tiġi ddeterminata l-parti tal-iskopertura tal-istituzzjoni li tkun eliġibbli għall-piż tar-riskju ta' 20 %, l-ammont ta' 55 % tal-valur tal-proprjetà, imnaqqas bl-ammont ta' kwalunkwe irhna aktar prijoritarji li ma jkunux miżmuma mill-istituzzjoni għandu jitnaqqas bil-prodott ta':
(a)
55 % tal-valur tal-proprjetà, imnaqqas bl-ammont ta' rahan aktar prijoritarju, jekk ikun hemm, it-tnejn miżmuma mill-istituzzjoni u miżmuma minn istituzzjonijiet oħra; u
(b)
l-ammont ta' irhna li ma jkunux miżmuma mill-istituzzjoni li jikklassifikaw pari passu mar-rahan miżmum mill-istituzzjoni diviż bis-somma tal-irhna pari passu kollha. Meta, f'konformità mal-Artikolu 124(9), l-awtorità kompetenti jew l-awtorità maħtura tkun stabbiliet piż tar-riskju ogħla jew perċentwal aktar baxx tal-valur tal-proprjetà minn dawk imsemmija f'dan il-paragrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw il-piż tar-riskju jew il-perċentwal stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 124(9). Il-parti li jifdal tal-iskopertura msemmija fl-ewwel subparagrafu, jekk ikun hemm, għandha tiġi ponderata għar-riskju bħala skopertura għall-kontroparti li ma tkunx iggarantita permezz ta' proprjetà residenzjali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|