+Artikolu 145 Esperjenza preċedenti fl-użu tal-Approċċi IRB
---+Artikolu 145 1.
---+Artikolu 145 2.
---+Artikolu 145 3.
|
Artikolu 145 Esperjenza preċedenti fl-użu tal-Approċċi IRB
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 145 1.
|
Istituzzjoni li tkun qiegħda tapplika biex tuża l-Approċċ IRB għandha tkun ilha tuża sistemi ta’ klassifikazzjoni, fir-rigward tal-klassijiet ta’ skopertura tal-IRB inkwistjoni, li kienu ġeneralment konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Taqsima 6 għall-finijiet tal-kalkolu u għall-ġestjoni tar-riskji interni għal mill-inqas tliet snin qabel ma kkwalifikat biex tuża l-Approċċ IRB.
|
|
Artikolu 145 2.
|
Istituzzjoni li tkun qiegħda tapplika biex tuża l-istimi proprji tal-LGDs u tal-fatturi ta’ konverżjoni għandha turi għas-sodisfazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti li kienet qiegħda tagħmel stima u tuża l-istimi tagħha proprji tal-LGDs u tal-fatturi ta’ konverżjoni b’mod ġeneralment konsistenti mar-rekwiżiti għall-użu tal-istimi proprji ta’ dawk il-parametri stabbiliti fit-Taqsima 6 għal mill-inqas tliet snin qabel ma tikkwalifika biex tuża l-istimi proprji tal-LGDs u tal-fatturi ta’ konverżjoni.
|
|
Artikolu 145 3.
|
Meta istituzzjoni testendi l-użu tal-Approċċ IRB wara l-permess inizjali għalih, l-esperjenza tal-istituzzjoni għandha tkun suffiċjenti biex tissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 1 u 2 fir-rigward tal-iskoperturi addizzjonali koperti. Jekk l-użu tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni jiġi estiż għal skoperturi li jkunu ferm differenti mill-ambitu tal-iskopetura eżistenti, tant li l-esperjenza eżistenti ma tistax tiġi raġonevolment issoponuta li tkun biżżejjed biex tissodisfa r-rekwiżiti ta’ dawn id-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-iskoperturi addizzjonali, allura r-rekwiżiti tal-paragrafi 1 u 2 għandhom japplikaw separatament għall-iskoperturi addizzjonali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|