+Artikolu 169 Prinċipji ġenerali
---+Artikolu 169 1.
---+Artikolu 169 2.
---+Artikolu 169 3.
|
Artikolu 169 Prinċipji ġenerali
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 169 1.
|
Fejn l-istituzzjoni tuża sistemi multipli ta’ klassifikazzjoni, ir-raġuni tal-assenjazzjoni ta’ debitur jew transazzjoni f’sistema ta’ klassifikazzjoni għandha tiġi dokumentata u applikata b’mod li jirrefletti b’mod xieraq il-livell tar-riskju.
|
|
Artikolu 169 2.
|
Il-kriterji u l-proċess tal-assenjazzjoni għandhom jiġu reveduti perjodikament sabiex jiġi ddeterminat jekk jibqgħux adatti għall-portafoll u l-kondizzjonijiet esterni attwali.
|
|
Artikolu 169 3.
|
Fejn l-istituzzjoni tuża l-istimi diretti ta’ parametri tar-riskju għal debituri jew skoperturi individwali, dawn jistgħu jitqiesu bħala stimi assenjati lil livelli fuq skala ta’ klassifikazzjoni kontinwa. L-EBA għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar kif għandhom jiġu applikati fil-prattika r-rekwiżiti dwar id-disinn tal-mudell, il-kwantifikazzjoni tar-riskju, il-validazzjoni u l-applikazzjoni tal-parametri tar-riskju bl-użu ta' skali ta' klassifikazzjoni kontinwi jew granulari ħafna għal kull parametru tar-riskju.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|