+Artikolu 174 L-użu ta’ mudelli

Artikolu 174 L-użu ta’ mudelli

Artikolu 174

L-użu ta’ mudelli

▼M17

L-istituzzjonijiet għandhom jużaw metodi (“mudelli”) statistiċi jew matematiċi oħrajn sabiex jassenjaw skoperturi għal gradi jew aggregazzjonijiet ta' debituri jew ta' faċilitajiet. Għandhom jiġu ssodisfati r-rekwiżiti li ġejjin:

(a) 

il-mudell għandu jkollu kapaċità ta' tbassir tajba u r-rekwiżiti ta' fondi proprji ma għandhomx jiġu distorti minħabba l-użu tiegħu;

▼B

(b) 

l-istituzzjoni għandu jkollha implimentat proċess għal kontroll bir-reqqa tal-inputs fil-mudell, li jinkludi valutazzjoni tal-preċiżjoni, il-kompletezza u l-idonjetà tad-data;

(c) 

id-data użata sabiex jinbena l-mudell għandha tkun rappreżentattiva tal-popolazzjoni tad-debituri jew l-iskoperturi attwali tal-istituzzjoni;

(d) 

l-istituzzjoni għandu jkollha ċiklu regolari ta’ validazzjoni tal-mudelli li jinkludi l-monitoraġġ tal-prestazzjoni u l-istabbiltà tal-mudell; l-analiżi tal-ispeċifikazzjoni tal-mudell; u l-ittestjar tal-outputs tal-mudell mal-eżiti;

(e) 

l-istituzzjoni għandha tikkumplimenta l-mudell statistiku permezz tal-ġudizzju uman u s-sorveljanza umana sabiex jiġu analizzati l-assenjazzjonijiet ibbażati fuq il-mudell u sabiex ikun żgurat li l-mudelli qed jintużaw b’mod xieraq. Il-proċeduri ta’ analiżi għandhom jimmiraw sabiex isibu u jillimitaw l-iżbalji assoċjati mal-punti debboli tal-mudell. Il-ġudizzji umani għandhom iqisu l-informazzjoni rilevanti kollha li mhijiex ikkunsidrata mill-mudell. L-istituzzjoni għandha tiddokumenta dwar kif għandhom jiġu kkombinati l-ġudizzju uman u r-riżultati tal-mudell.

▼M17

Għall-finijiet tal-ewwel paragrafu, il-punt (a), il-varjabbli tal-input għandhom jifformaw bażi raġonevoli u effettiva għat-tbassir li jirriżulta. Il-mudell ma għandux ikollu preġudizzji materjali. Għandu jkun hemm rabta funzjonali bejn l-inputs u l-outputs tal-mudell, li tista' tiġi ddeterminata permezz ta' ġudizzju espert, fejn xieraq.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit