+Artikolu 190 Kontroll tar-riskji tal-kreditu
---+Artikolu 190 1.
---+Artikolu 190 2.
---+Artikolu 190 3.
---+Artikolu 190 4.

Artikolu 190 Kontroll tar-riskji tal-kreditu

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 190 1.
L-unità ta’ kontroll tar-riskji tal-kreditu għandha tkun indipendenti mill-persunal u mill-funzjonijiet tal-ġestjoni li huma responsabbli għall-oriġini jew it-tiġdid ta’ skoperturi u tirraporta direttament għand l-amministrazzjoni għolja. L-unità għandha tkun responsabbli mit-tfassil jew l-għażla, l-implimentazzjoni, is-sorveljar u l-prestazzjoni tas-sistemi tal-klassifikazzjoni. Għandha tipproduċi u tanalizza rapporti b’mod regolari dwar l-outputs tas-sistemi ta’ klassifikazzjoni.
Artikolu 190 2.

L-oqsma ta’ responsabbiltà għall-unità jew l-unitajiet ta’ kontroll tar-riskji tal-kreditu għandhom jinkludu:

(a) 

l-ittestjar u l-monitoraġġ tal-gradi u l-aggregazzjonijiet;

▼C2

(b) 

il-produzzjoni u l-analiżi ta' rapporti ta' sinteżi tas-sistemi tal-klassifikazzjoni tal-istituzzjoni;

▼B

(c) 

gradi u l-aggregazzjonijiet huma applikati b’konsistenza fid-dipartimenti u ż- żoni ġeografiċi;

(d) 

l-analiżi u d-dokumentazzjoni ta’ kwalunkwe bidla fil-proċess tal-klassifikazzjoni, inklużi r-raġunijiet għall-bidliet;

(e) 

l-analiżi tal-kriterji tal-klassifikazzjoni sabiex jiġi evalwat jekk għadhomx jipprevedu r-riskji. Il-bidliet fil-proċess tal-klassifikazzjoni, fil-kriterji jew fil-parametri ta’ klassifikazzjoni individwali għandhom jiġu dokumentati u miżmuma;

(f) 

parteċipazzjoni attiva fit-tfassil jew fl-għażla, fl-implimentazzjoni u l-validazzjoni tal-mudelli użati fil-proċess tal-klassifikazzjoni;

(g) 

sorveljanza u superviżjoni tal-mudelli użati fil-proċess tal-klassifikazzjoni;

(h) 

analiżi u alterazzjonijiet kontinwi fil-mudelli użati fil-proċess tal-klassifikazzjoni.

Artikolu 190 3.

L-istituzzjonijiet li jużaw data aggregata skont l-Artikolu 179(2) jistgħu jesternalizzaw l-inkarigi li ġejjin:

(a) 

il-produzzjoni ta’ informazzjoni rilevanti għall-ittestjar u l-monitoraġġ tal-gradi u l-aggregazzjonijiet;

▼C2

(b) 

il-produzzjoni ta' rapporti ta' sinteżi tas-sistemi ta' klassifikazzjoni tal-istituzzjoni;

▼B

(c) 

il-produzzjoni ta’ informazzjoni rilevanti għall-analiżi tal-kriterji ta’ klassifikazzjoni sabiex jiġi evalwat jekk għadhomx jipprevedu r-riskji;

(d) 

id-dokumentazzjoni tal-bidliet fil-proċess tal-klassifikazzjoni, il-kriterji jew il- parametri ta’ klassifikazzjoni individwali;

(e) 

il-produzzjoni ta’ informazzjoni rilevanti għall-analiżi u l-alterazzjonijiet kontinwi fil-mudelli użati fil-proċess ta’ klassifikazzjoni.

Artikolu 190 4.
L-istituzzjonijiet li jagħmlu użu mill-paragrafu 3 għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha mill-parti terza li hija neċessarja għall-eżami tal-konformità mar-rekwiżiti u li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jwettqu eżamijiet fuq il-post, sal-istess punt bħal fl-istituzzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit