+Artikolu 216 Rekwiżiti addizzjonali għad-derivati tal-kreditu
---+Artikolu 216 1.
---+Artikolu 216 2.
---+Artikolu 216 3.
|
Artikolu 216 Rekwiżiti addizzjonali għad-derivati tal-kreditu
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 216 1.
|
Derivat tal-kreditu għandu jikkwalifika bħala protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu eliġibbli fejn jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha fl-Artikolu 213 u l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
l-avvenimenti tal-kreditu speċifikati fil-kuntratt tad-derivat tal-kreditu jinkludu:
(i)
in-nuqqas ta’ pagament tal-ammonti dovuti skont it-termini tal-obbligazzjoni sottostanti li huma fis-seħħ fi żmien it-tali nuqqas, b’perijodu ta’ konċessjoni li huwa ugwali għal jew iqsar mill-perijodu ta’ konċessjoni fl-obbligazzjoni sottostanti;
(ii)
il-falliment, l-insolvenza jew l-inkapaċità tad-debitur li jħallas id-djun tiegħu, jew in-nuqqas jew l-ammissjoni tiegħu bil-miktub tal-inkapaċità tiegħu b’mod ġenerali li jħallas id-djun tiegħu meta jsiru dovuti, u avvenimenti analogi;
(iii)
ir-ristrutturar tal-obbligazzjoni sottostanti li jinvolvi l-maħfra jew ir-rinviju tal-ammont kapitali, l-imgħax jew it-tariffi li jirriżultaw f’avveniment ta’ telf tal-kreditu;
(b)
fejn id-derivati tal-kreditu jippermettu saldu bi flus:
(i)
l-istituzzjonijiet ikollhom fis-seħħ proċess ta’ valutazzjoni robust sabiex jiġi stmat it-telf b’mod affidabbli;
(ii)
hemm perijodu speċifikat b’mod ċar biex jinkisbu valutazzjonijiet tal-obbligazzjoni sottostanti wara li jkun seħħ avveniment tal-kreditu;
(c)
fejn id-dritt u l-kapaċità tax-xerrej tal-protezzjoni li jittrasferixxi l-obbligazzjoni sottostanti lill-fornitur tal-protezzjoni jkunu meħtieġa għas-saldu, it-termini tal-obbligazzjoni sottostanti jispeċifikaw li kull kunsens meħtieġ għal tali trasferiment ma għandux jiġi miċħud mingħajr raġuni valida;
(d)
l-identità tal-partijiet responsabbli biex jiddeterminaw jekk seħħx avveniment ta’ kreditu hija definita b’mod ċar;
(e)
id-determinazzjoni tal-avveniment ta’ kreditu mhijiex ir-responsabbiltà unika tal-fornitur tal-protezzjoni;
(f)
ix-xerrej tal-protezzjoni għandu d-dritt jew il-kapaċità li jinforma lill-fornitur tal-protezzjoni li jkun seħħ avveniment ta’ kreditu.
Fejn l-avvenimenti ta’ kreditu ma jinkludux ristrutturar tal-obbligazzjoni sottostanti kif spjegat fil-punt (a)(iii), il-protezzjoni tal-kreditu tista’ xorta waħda tkun eliġibbli soġġett għal tnaqqis fil-valur kif speċifikat fl-Artikolu 233(2);
|
|
Artikolu 216 2.
|
Diskrepanza bejn l-obbligazzjoni sottostanti u l-obbligazzjoni ta’ riferiment taħt id-derivat tal-kreditu jew bejn l-obbligazzjoni sottostanti u l-obbligazzjoni użata biex jiġi ddeterminat jekk seħħx avveniment ta’ kreditu hija permissibbli biss fejn jiġu ssodisfatti ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-obbligazzjoni ta’ riferiment jew l-obbligazzjoni użata biex jiġi ddeterminat jekk seħħx avveniment ta’ kreditu, skont il-każ, hija klassifikata 'pari passu' ma’ jew hija subordinata għall-obbligazzjoni sottostanti;
(b)
l-obbligazzjoni sottostanti u l-obbligazzjoni ta’ riferiment jew l-obbligazzjoni użata biex jiġi ddeterminat jekk seħħx avveniment ta’ kreditu, skont il-każ, ikollhom l-istess debitur u hemm fis-seħħ klawżoli transversali ta’ inadempjenza u aċċelerazzjoni legalment infurzabbli.
|
|
Artikolu 216 3.
|
B'deroga mill-paragrafu 1, għal skopertura korporattiva koperta permezz ta' derivattiv ta' kreditu, l-avveniment ta' kreditu msemmi fil-punt (a)(iii) ta' dak il-paragrafu ma għandux ikun meħtieġ jiġi speċifikat fil-kuntratt tad-derivattivi, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
ikun meħtieġ vot ta' 100 % sabiex tiġi emendata l-maturità, il-kapital, il-kupun, il-munita jew l-istatus ta' prijorità tal-iskopertura korporattiva sottostanti;
(b)
id-domiċilju legali li fih tkun irregolata l-iskopertura korporattiva jkollu kodiċi ta' falliment stabbilit sew li jippermetti li kumpanija torganizza mill-ġdid u tirristruttura, u jipprevedi saldu ordnat tal-pretensjonijiet tal-kredituri.
Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu ma jkunux issodisfati, il-protezzjoni ta' kreditu xorta waħda tista' tkun eliġibbli soġġett għal tnaqqis fil-valur kif speċifikat fl-Artikolu 233(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|