+Artikolu 216 1.

Artikolu 216 1.

Derivat tal-kreditu għandu jikkwalifika bħala protezzjoni mhux iffinanzjata tal-kreditu eliġibbli fejn jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha fl-Artikolu 213 u l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-avvenimenti tal-kreditu speċifikati fil-kuntratt tad-derivat tal-kreditu jinkludu:

(i) 

in-nuqqas ta’ pagament tal-ammonti dovuti skont it-termini tal-obbligazzjoni sottostanti li huma fis-seħħ fi żmien it-tali nuqqas, b’perijodu ta’ konċessjoni li huwa ugwali għal jew iqsar mill-perijodu ta’ konċessjoni fl-obbligazzjoni sottostanti;

(ii) 

il-falliment, l-insolvenza jew l-inkapaċità tad-debitur li jħallas id-djun tiegħu, jew in-nuqqas jew l-ammissjoni tiegħu bil-miktub tal-inkapaċità tiegħu b’mod ġenerali li jħallas id-djun tiegħu meta jsiru dovuti, u avvenimenti analogi;

(iii) 

ir-ristrutturar tal-obbligazzjoni sottostanti li jinvolvi l-maħfra jew ir-rinviju tal-ammont kapitali, l-imgħax jew it-tariffi li jirriżultaw f’avveniment ta’ telf tal-kreditu;

(b) 

fejn id-derivati tal-kreditu jippermettu saldu bi flus:

(i) 

l-istituzzjonijiet ikollhom fis-seħħ proċess ta’ valutazzjoni robust sabiex jiġi stmat it-telf b’mod affidabbli;

(ii) 

hemm perijodu speċifikat b’mod ċar biex jinkisbu valutazzjonijiet tal-obbligazzjoni sottostanti wara li jkun seħħ avveniment tal-kreditu;

(c) 

fejn id-dritt u l-kapaċità tax-xerrej tal-protezzjoni li jittrasferixxi l-obbligazzjoni sottostanti lill-fornitur tal-protezzjoni jkunu meħtieġa għas-saldu, it-termini tal-obbligazzjoni sottostanti jispeċifikaw li kull kunsens meħtieġ għal tali trasferiment ma għandux jiġi miċħud mingħajr raġuni valida;

(d) 

l-identità tal-partijiet responsabbli biex jiddeterminaw jekk seħħx avveniment ta’ kreditu hija definita b’mod ċar;

(e) 

id-determinazzjoni tal-avveniment ta’ kreditu mhijiex ir-responsabbiltà unika tal-fornitur tal-protezzjoni;

(f) 

ix-xerrej tal-protezzjoni għandu d-dritt jew il-kapaċità li jinforma lill-fornitur tal-protezzjoni li jkun seħħ avveniment ta’ kreditu.

Fejn l-avvenimenti ta’ kreditu ma jinkludux ristrutturar tal-obbligazzjoni sottostanti kif spjegat fil-punt (a)(iii), il-protezzjoni tal-kreditu tista’ xorta waħda tkun eliġibbli soġġett għal tnaqqis fil-valur kif speċifikat fl-Artikolu 233(2);

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit