+Artikolu 216 3.

Artikolu 216 3.

B'deroga mill-paragrafu 1, għal skopertura korporattiva koperta permezz ta' derivattiv ta' kreditu, l-avveniment ta' kreditu msemmi fil-punt (a)(iii) ta' dak il-paragrafu ma għandux ikun meħtieġ jiġi speċifikat fil-kuntratt tad-derivattivi, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

ikun meħtieġ vot ta' 100 % sabiex tiġi emendata l-maturità, il-kapital, il-kupun, il-munita jew l-istatus ta' prijorità tal-iskopertura korporattiva sottostanti;

(b) 

id-domiċilju legali li fih tkun irregolata l-iskopertura korporattiva jkollu kodiċi ta' falliment stabbilit sew li jippermetti li kumpanija torganizza mill-ġdid u tirristruttura, u jipprevedi saldu ordnat tal-pretensjonijiet tal-kredituri.

Meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu ma jkunux issodisfati, il-protezzjoni ta' kreditu xorta waħda tista' tkun eliġibbli soġġett għal tnaqqis fil-valur kif speċifikat fl-Artikolu 233(2).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit