+Artikolu 227 Kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ aġġustament għall-volatilità ta’ 0 % skont il-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju
---+Artikolu 227 1.
---+Artikolu 227 2.
---+Artikolu 227 3.
|
Artikolu 227 Kondizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ aġġustament għall-volatilità ta’ 0 % skont il-Metodu Komprensiv tal-Kollateral Finanzjarju
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 227 1.
|
L-istituzzjonijiet li jużaw l-Approċċ tal-Aġġustamenti Superviżorji għall-Volatilità msemmi fl-Artikolu 224 jistgħu, għal tranżazzjonijiet ta' xiri mill-ġdid u għal tranżazzjonijiet ta' għoti jew ta' teħid b'self ta' titoli, japplikaw aġġustament għall-volatilità ta' 0 % minflok l-aġġustamenti għall-volatilità kkalkulati skont l-Artikoli 224 u 226, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2, il-punti (a) sa (h), ta' dan l-Artikolu. L-istituzzjonijiet li jużaw l-approċċ ibbażat fuq mudell intern stabbilit fl-Artikolu 221 ma għandhomx jużaw it-trattament stabbilit f'dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 227 2.
|
L-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw aġġustament għall-volatilità ta’ 0 % fejn jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
kemm l-iskopertura kif ukoll il-kollateral huma flus jew titoli ta’ dejn maħruġa mill-gvernijiet ċentrali jew banek ċentrali skont is-sens tal-Artikolu 197(1)(b) u eliġibbli għal piż tar-riskju ta’ 0 % skont il-Kapitolu 2;
(b)
kemm l-iskopertura kif ukoll il-kollateral huma denominati fl-istess munita;
(c)
il-maturità tat-transazzjoni mhijiex ta’ aktar minn ġurnata jew inkella kemm l-iskopertura kif ukoll il-kollateral huma soġġetti għal ipprezzar skont il-valur fis-suq ta’ kuljum jew aġġustament tal-marġni ta’ kuljum;
(d)
iż-żmien bejn l-aħħar data tal-ipprezzar skont il-valur fis-suq qabel id-data fejn il-kontroparti tonqos milli tagħmel aġġustament tal-marġni u l-likwidazzjoni tal-kollateral mhijiex aktar minn erbat ijiem ta’ xogħol;
(e)
it-transazzjoni hija saldata f’sistema tas-saldu pprovata għal dak it-tip ta’ transazzjoni;
(f)
id-dokumentazzjoni li tkopri l-ftehim jew it-transazzjoni hija dokumentazzjoni tas-suq standard għal transazzjonijiet ta’ riakkwist jew transazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self ta’ titoli fit-titoli konċernati;
(g)
it-transazzjoni hija rregolata minn dokumentazzjoni li tispeċifika li meta kontroparti tonqos milli tissodisfa obbligazzjoni li tikkonsenja flus jew titoli jew li tikkonsenja l-marġni jew b’xi mod issir inadempjenti, it-transazzjoni tista’ tintemm immedjatament;
(h)
il-kontroparti hija kkunsidrata bħala parteċipant ewlieni fis-suq mill-awtoritajiet kompetenti.
|
|
Artikolu 227 3.
|
Il-parteċipanti ewlenin fis-suq imsemmija fil-punt (h) tal-paragrafu 2 għandhom jinkludu l-entitajiet li ġejjin:
(a)
l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 197(1)(b) li l-iskoperturi għalihom huma assenjati piż tar-riskju ta’ 0 % skont il-Kapitolu 2;
▼M9
▼B
(c)
impriżi finanzjarji oħrajn fit-tifsira tal-punti (25)(b) u (d) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE li l-iskoperturi għalihom huma assenjati b’piż tar-riskju ta’ 20 % skont l-Approċċ Standardizzat jew li, fil-każ tal-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija skont l-Approċċ IRB, ma għandhomx valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI rikonoxxuta u huma kklassifikati internament mill-istituzzjoni;
(d)
CIUs regolati li huma soġġetti għal rekwiżiti ta’ kapital jew ta’ lieva finanzjarja;
(e)
fondi tal-pensjonijiet regolati;
(f)
organizzazzjonijiet ta’ kklerjar rikonoxxuti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|