+Artikolu 252 Trattament ta’ diskrepanzi fil-maturitajiet f’titolizzazzjonjiet sintetiċi

Artikolu 252 Trattament ta’ diskrepanzi fil-maturitajiet f’titolizzazzjonjiet sintetiċi

Artikolu 252

Trattament ta’ diskrepanzi fil-maturitajiet f’titolizzazzjonjiet sintetiċi

Għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju skont l-Artikolu 251, kwalunkwe diskrepanza fil-maturità bejn il-protezzjoni tal-kreditu li permezz tagħha jinkiseb it-trasferiment tar-riskju u l-iskoperturi sottostanti għandha tiġi kkalkolata kif ġej:

(a) 

il-maturità tal-iskoperturi sottostanti għandha titqies bħala l-itwal maturità ta’ kull waħda minn dawk l-iskoperturi soġġetta għal massimu ta’ ħames snin. Il-maturità tal-protezzjoni tal-kreditu għandha tiġi ddeterminata skont il-Kapitolu 4;

(b) 

istituzzjoni oriġinatriċi għandha tinjora kull diskrepanza fil-maturità meta tiġi biex tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni soġġetti għal ponderazzjoni tar-riskju ta’ 1 250  % skont din it-Taqsima. Għall-pożizzjonijiet l-oħrajn kollha, it-trattament tad-diskrepanza fil-maturità stabbilit fil-Kapitolu 4 għandu jiġi applikat skont il-formula li ġejja:

image

fejn:

▼M17

RW *

=

l-ammonti tal-iskoperturi ponderati għar-riskju għall-finijiet tal-Artikolu 92(4), il-punt (a);

▼M5

RWAss

=

l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju għall-iskoperturi sottostanti daqs li kieku ma jkunux ġew titolizzati, ikkalkolati fuq bażi pro-rata;

RWSP

=

l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju kkalkolati skont l-Artikolu 251 daqs li kieku ma kienx hemm diskrepanza fil-maturità;

T

=

il-maturità tal-iskoperturi sottostanti, espressa fi snin;

t

=

maturità tal-protezzjoni tal-kreditu, espressa fi snin;

t*

=

0,25

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit