+Artikolu 254 Ġerarkija tal-metodi
---+Artikolu 254 1.
---+Artikolu 254 2.
---+Artikolu 254 3.
---+Artikolu 254 4.
---+Artikolu 254 5.
---+Artikolu 254 6.
---+Artikolu 254 7.
---+Artikolu 254 8.

Artikolu 254 Ġerarkija tal-metodi

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 254 1.

L-istituzzjonijiet għandhom jużaw wieħed mill-metodi stabbiliti fis-Subtaqsima 3 sabiex jikkalkolaw l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju skont il-ġerarkija li ġejja:

(a) 

meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 258 jiġu ssodisfati, istituzzjoni għandha tuża s-SEC-IRBA skont l-Artikoli 259 u 260;

(b) 

meta s-SEC-ERBA ma jkunx jista’ jintuża, istituzzjoni għandha tuża s-SEC-SA skont l-Artikoli 261 u 262;

(c) 

meta s-SEC-SA ma jkunx jista’ jintuża, istituzzjoni għandha tuża s-SEC-ERBA skont l-Artikoli 263 u 264 għal pożizzjonijiet klassifikati jew pożizzjonijiet li fir-rigward tagħhom tista’ tintuża klassifikazzjoni inferita.

Artikolu 254 2.

Għal pożizzjonijiet klassifikati jew pożizzjonijiet li fir-rigward tagħhom tista’tintuża klassifikazzjoni inferita, istituzzjoni għandha tuża s-SEC-ERBA minflok is-SEC-SA f’kull wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a) 

meta l-applikazzjoni tas-SEC-SA tirriżulta f’ponderazzjoni tar-riskju ogħla minn 25 % għal pożizzjonijiet li jikkwalifikaw bħala pożizzjonijiet f’titolizzazzjoni STS;

(b) 

meta l-applikazzjoni tas-SEC-SA tirriżulta f’ponderazzjoni tar-riskju ogħla minn 25 % jew l-applikazzjoni tas-SEC-ERBA tirriżulta f’ponderazzjoni tar-riskju ogħla minn 75 % għal pożizzjonijiet li ma jikkwalifikawx bħala pożizzjonijiet f’titolizzazzjoni STS;

(c) 

għal tranżazzjonijiet ta’ titolizzazzjoni garantiti b’aggregazzjoni ta’ self għall-karozzi, kirjiet ta’ karozzi u kirjiet ta’ tagħmir.

Artikolu 254 3.
F’każijiet li mhumiex koperti mill-paragrafu 2, u b’deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 1, istituzzjoni tista’ tiddeċiedi li tapplika s-SEC-ERBA minflok is-SEC-SA għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni klassifikata kollha tagħha jew għall-pożizzjonijiet li fir-rigward tagħhom tista’ tintuża klassifikazzjoni inferita.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, istituzzjoni għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-awtorità kompetenti mhux aktar tard mis-17 ta’ Novembru 2018.

Kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti biex tbiddel ulterjorment l-approċċ applikat għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni klassifikata tagħha għandha tiġi notifikat mill-istituzzjoni lill-awtorità kompetenti tagħha qabel il-15 ta’ Novembru immedjatament wara dik id-deċiżjoni.

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe oġġezzjoni mill-awtorità kompetenti sal-15 ta’ Diċembru immedjatament wara d-data tal-għeluq imsemmija fit-tieni jew it-tielet subparagrafu, kif xieraq, id-deċiżjoni notifikata tal-istituzzjoni għandha tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar tas-sena ta’ wara u għandha tkun valida sakemm deċiżjoni notifikata sussegwentament tidħol fis-seħħ. Istituzzjoni ma għandhiex tuża approċċ differenti matul l-istess sena.

Artikolu 254 4.
B’deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipprojbixxu lill-istituzzjonijiet, skont il-każ, milli japplikaw is-SEC-SA meta l-ammont ta’ skoperturi ponderati għar-riskju li jirriżulta mill-applikazzjoni tas-SEC-SA ma jkunux proporzjonat mar-riskji maħluqa għall-istituzzjoni jew l-istabbiltà finanzjarja, inkluż iżda mhux limitat għar-riskju tal-kreditu inkorporat fl-iskoperturi sottostanti għat-titolizzazzjoni. Fil-każ ta’ skoperturi li ma jikkwalifikawx bħala pożizzjonijiet f’titolizzazzjoni STS, għandha tingħata kunsiderazzjoni partikolari għal titolizzazzjonijiet b’karatteristiċi kumplessi ħafna u riskjużi.
Artikolu 254 5.
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, istituzzjoni tista’ tapplika l-Approċċ ta’ Valutazzjoni Interna sabiex tikkalkula l-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju fir-rigward ta’ pożizzjoni mhux klassifikata fi programm ABCP jew tranżazzjoni ABCP skont l-Artikolu 266, dment li jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 265. Fejn istituzzjoni tkun irċeviet permess biex tapplika l-Approċċ ta’ Valutazzjoni Interna f’konformità mal-Artikolu 265(2), u pożizzjoni speċifika fi programm ABCP jew tranżazzjoni ABCP taqa’ fl-ambitu kopert minn tali permess, l-istituzzjoni għandha tapplika dak l-Approċċ biex- jiġi kkalkulat l-ammont ta’ skoperturi ponderat għar-riskju ta’ dik il-pożizzjoni.
Artikolu 254 6.
Għal pożizzjoni f’rititolizzazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw is-SEC-SA skont l-Artikolu 261, bil-modifikazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 269.
Artikolu 254 7.
Fil-każijiet l-oħrajn kollha, għandha tiġi assenjata ponderazzjoni tar-riskju ta’ 1 250  % lill-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni.
Artikolu 254 8.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-EBA dwar kwalunkwe notifika magħmula skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. L-EBA għandha tissorvelja l-impatt ta’ dan l-Artikolu fuq ir-rekwiżiti kapitali u l-medda ta’ prattiki superviżorji b’konnessjoni mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, u ta’ kull sena għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar is-sejbiet tagħha u toħroġ linji gwida f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit