+Artikolu 259 Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju skont is-SEC-IRBA
---+Artikolu 259 1.
---+Artikolu 259 2.
---+Artikolu 259 3.
---+Artikolu 259 4.
---+Artikolu 259 5.
---+Artikolu 259 6.
---+Artikolu 259 7.
---+Artikolu 259 8.

Artikolu 259 Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju skont is-SEC-IRBA

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 259 1.

Skont is-SEC-IRBA, l-ammont ta’ skoperturi ponderati għar-riskju għal pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni għandu jiġi kkalkolat billi l-valur tal-iskopertura tal-pożizzjoni kkalkolat skont l-Artikolu 248 jiġi mmultiplikat bil-ponderazzjoni tar-riskju applikabbli ddeterminat kif ġej, fil-każijiet kollha soġġetti għal limitu minimu ta’ 15 %:



RW = 1 250  %

meta D ≤ KIRB

image

meta A ≥ KIRB

image

meta A < KIRB < D

fejn:

KIRB

hija l-imposta kapitali tal-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti kif definita fl-Artikolu 255

D

huwa l-punt ta’ distakkament kif iddeterminat skont l-Artikolu 256

A

huwa l-punt ta’ akkoppjament kif iddeterminat skont l-Artikolu 256

image

fejn:

a

=

– (1/(p * KIRB))

u

=

D – KIRB

l

=

max (A – KIRB; 0)

fejn:

image

fejn:

N

huwa n-numru effettiv ta’ skoperturi fl-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti, ikkalkolat skont il-paragrafu 4;

LGD

huwa t-telf medju fil-każ ta’ inadempjenza ponderat skont l-iskopertura tal-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti, ikkalkolat skont il-paragrafu 5;

MT

hija l-maturità tas-segment kif iddeterminata skont l-Artikolu 257.

Il-parametri A, B, C, D u E għandhom jiġu ddeterminati skont it-tabella ta’ referenza li ġejja:



 

A

B

C

D

E

Mhux fil-livell tal-konsumatur

Superjuri, granulari (N ≥ 25)

0

3,56

-1,85

0,55

0,07

Superjuri, mhux granulari (N < 25)

0,11

2,61

-2,91

0,68

0,07

Mhux superjuri, granulari (N ≥ 25)

0,16

2,87

-1,03

0,21

0,07

Mhux superjuri, mhux granulari (N < 25)

0,22

2,35

-2,46

0,48

0,07

Fil-livell tal-konsumatur

Superjuri

0

0

-7,48

0,71

0,24

Mhux superjuri

0

0

-5,78

0,55

0,27

Artikolu 259 2.
Jekk l-aggregazzjoni tal-IRB sottostanti tkun tinkludi kemm skoperturi fil-livell tal-konsumatur kif ukoll mhux fil-livell tal-konsumatur, l-aggregazzjoni għandha tinqasam f’sottoaggregazzjoni fil-livell tal-konsumatur u waħda mhux fil-livell tal-konsumatur u, għal kull sottoaggregazzjoni, għandu jiġi stmat parametru p separat (u l-parametri tal-input korrispondenti N, KIRB u LGD). Sussegwentement, għandu jiġi kkalkolat parametru p medju ponderat għat-tranżazzjoni abbażi tal-parametri p ta’ kull sottoaggregazzjoni u d-daqs nominali tal-iskoperturi f’kull sottoaggregazzjoni.
Artikolu 259 3.
Meta istituzzjoni tapplika s-SEC-IRBA għal aggregazzjoni mħallta, il-kalkolu tal-parametru p għandu jkun ibbażat fuq l-iskoperturi sottostanti soġġett għall-Approċċ IRB biss. L-iskoperturi sottostanti soġġetti għall-Approċċ Standardizzat għandhom jiġu injorati għal dawn il-finijiet.
Artikolu 259 4.

In-numru effettiv ta’ skoperturi (N) għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

image

fejn EADi tirrappreżenta l-valur tal-iskopertura assoċjata mal-iskopertura fl-aggregazzjoni.

L-iskoperturi multipli għall-istess obbligant għandhom jiġu kkonsolidati u ttrattati bħala skopertura waħda.

Artikolu 259 5.

L-LGD medju ponderat skont l-iskopertura għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

image

fejn LGDi jirrappreżenta l-LGD medju assoċjat mal-iskoperturi kollha għall-obbligant i.

Meta r-riskji ta’ kreditu u ta’ dilwizzjoni għar-riċevibbli mixtrija jiġu ġestiti b’mod aggregat f’titolizzazzjoni, l-input tal-LGD għandu jitqies bħala medja ponderata tal-LGD għar-riskju tal-kreditu u 100 % LGD għar-riskju ta’ dilwizzjoni. Il-ponderazzjonijiet għandhom ikunu r-rekwiżiti kapitali tal-Approċċ IRB awtonomi għar-riskju tal-kreditu u għar-riskju ta’ dilwizzjoni, rispettivament. Għal dawn il-finijiet, il-preżenza ta’ fond ta’ riżerva wieħed jew sovrakollateralizzazzjoni disponibbli biex jiġi kopert it-telf minn riskju tal-kreditu jew minn riskju ta’ dilwizzjoni tista’ titqies bħala indikazzjoni li dawn ir-riskji huma ġestiti b’mod aggregat.

Artikolu 259 6.

Meta s-sehem tal-akbar skopertura sottostanti fl-aggregazzjoni (C1) ma jkunx akbar minn 3 %, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw il-metodu simplifikat li ġej sabiex jikkalkolaw N u l-LGDs medji ponderati skont l-iskopertura:

image

LGD = 0,50

fejn

Cm

jirrappreżenta s-sehem tal-aggregazzjoni li tikkorrispondi għas-somma tal-akbar skoperturi m; u

m

huwa stabbilit mill-istituzzjoni.

Jekk huwa disponibbli biss C1 u dan l-ammont mhuwiex aktar minn 0.03, mela allura l-istituzzjoni tista’ tistabbilixxi l-LGD bħala 0,50 u N bħala 1/C1.

Artikolu 259 7.

Meta l-pożizzjoni tiġi appoġġjata minn aggregazzjoni mħallta u l-istituzzjoni tkun tista’ tikkalkula l-KIRB fuq mill-inqas 95 % tal-ammonti ta’ skoperturi sottostanti skont il-punt (a) tal-Artikolu 258(1), l-istituzzjoni għandha tikkalkula l-imposta kapitali għall-aggregazzjoni tal-iskoperturi sottostanti bħala:

image

fejn

d huwa s-sehem tal-ammont ta’ skopertura tal-iskoperturi sottostanti li għalihom l-istituzzjoni tista’ tikkalkula l-KIRB fuq l-ammont ta’ skopertura tal-iskoperturi sottostanti kollha.

Artikolu 259 8.
Meta istituzzjoni jkollha pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni fil-forma ta’ derivattiva biex tiħħeġġja r-riskji tas-suq, inkluż ir-riskji tar-rata ta’ imgħax jew tal-munita, l-istituzzjoni tista’ tattribwixxi lil dik id-derivattiva ponderazzjoni tar-riskju inferit ekwivalenti għall-ponderazzjoni tar-riskju tal-pożizzjoni ta’ referenza kkalkolat skont dan l-Artikolu.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-pożizzjoni ta’ referenza għandha tkun il-pożizzjoni li hija pari passu f’kull aspett mad-derivattiva jew, fin-nuqqas ta’ tali pożizzjoni pari passu, il-pożizzjoni li hija immedjatament subordinata għad-derivattiva.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit