+Artikolu 267 Il-ponderazzjoni tar-riskju massimu għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni superjuri: “approċċ ta’ trasparenza”
---+Artikolu 267 1.
---+Artikolu 267 2.
---+Artikolu 267 3.
---+Artikolu 267 4.

Artikolu 267 Il-ponderazzjoni tar-riskju massimu għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni superjuri: “approċċ ta’ trasparenza”

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 267 1.
Istituzzjoni li jkollha għarfien f’kull ħin tal-kompożizzjoni tal-iskoperturi sottostanti tista’ tassenja lill-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni superjuri ponderazzjoni ta’ riskju massimu ugwali għall-iskopertura tal-ponderazzjoni tar-riskju medju ponderat skont l-iskopertura li jkun applikabbli għall-iskoperturi sottostanti, daqs li kieku l-iskoperturi sottostanti ma jkunux ġew titolizzati.
Artikolu 267 2.
Fil-każ ta’ aggregazzjonijiet ta’ skoperturi sottostanti fejn l-istituzzjoni tuża esklussivament l-Approċċ Standardizzat jew l-Approċċ IRB, il-ponderazzjoni tar-riskju massimu tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni superjuri għandha tkun ugwali għall-ponderazzjoni tar-riskju medju ponderat skont l-iskopertura li tapplika għall-iskoperturi sottostanti skont il-Kapitolu 2 jew 3, rispettivament, bħallikieku dawn ma kinux ġew titolizzati.

Fil-każ ta’ aggregazzjonijiet imħalltin, il-ponderazzjoni tar-riskju massimu jiġi kkalkolat kif ġej:

(a) 

meta l-istituzzjoni tapplika s-SEC-IRBA, il-porzjon tal-Approċċ Standardizzat u l-porzjon tal-Approċċ IRB tal-aggregazzjoni sottostanti jiġu assenjati l-ponderazzjoni tar-riskju tal-Approċċ Standardizzat u l-ponderazzjoni tar-riskju tal-Approċċ IRB korrispondenti, rispettivament;

(b) 

meta l-istituzzjoni tapplika s-SEC-SA jew is-SEC-ERBA, il-ponderazzjoni tar-riskju massimu għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni superjuri jkun ugwali għall-ponderazzjoni tar-riskju medju ponderat skont l-Approċċ Standardizzat tal-iskoperturi sottostanti.

Artikolu 267 3.

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-ponderazzjoni tar-riskju li jkun applikabbli fl-Approċċ IRB skont il-Kapitolu 3 jinkludi l-proporzjon ta’:

(a) 

telf mistenni mmultiplikat bi 12,5

(b) 

mal-valur tal-iskoperturi tal-iskoperturi sottostanti.

Artikolu 267 4.
Meta l-ponderazzjoni tar-riskju massimu kkalkolat skont il-paragrafu 1 jirriżulta f’piż ta’ riskju aktar baxx mill-piżijiet ta’ riskju minimi stabbiliti fl-Artikoli 259 sa 264, kif applikabbli, mela minflok għandu jintuża tal-ewwel.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit