|
+Artikolu 267 2. |
Artikolu 267 2.Fil-każ ta’ aggregazzjonijiet ta’ skoperturi sottostanti fejn l-istituzzjoni tuża esklussivament l-Approċċ Standardizzat jew l-Approċċ IRB, il-ponderazzjoni tar-riskju massimu tal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni superjuri għandha tkun ugwali għall-ponderazzjoni tar-riskju medju ponderat skont l-iskopertura li tapplika għall-iskoperturi sottostanti skont il-Kapitolu 2 jew 3, rispettivament, bħallikieku dawn ma kinux ġew titolizzati. Fil-każ ta’ aggregazzjonijiet imħalltin, il-ponderazzjoni tar-riskju massimu jiġi kkalkolat kif ġej:
(a)
meta l-istituzzjoni tapplika s-SEC-IRBA, il-porzjon tal-Approċċ Standardizzat u l-porzjon tal-Approċċ IRB tal-aggregazzjoni sottostanti jiġu assenjati l-ponderazzjoni tar-riskju tal-Approċċ Standardizzat u l-ponderazzjoni tar-riskju tal-Approċċ IRB korrispondenti, rispettivament;
(b)
meta l-istituzzjoni tapplika s-SEC-SA jew is-SEC-ERBA, il-ponderazzjoni tar-riskju massimu għall-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni superjuri jkun ugwali għall-ponderazzjoni tar-riskju medju ponderat skont l-Approċċ Standardizzat tal-iskoperturi sottostanti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|